Ġob
40 Ġeħova kompla jwieġeb lil Ġob:
2 “Għandu xi ħadd jaħseb li jien, Dak li Jistaʼ Kollox, għandi żball u jħaqqaqha miegħi?
Ħa jwieġeb dak li jrid jikkoreġini.”
3 Ġob wieġeb lil Ġeħova:
4 “Jien ma niswa għal xejn.
X’nistaʼ ngħid biex inwieġbek?
Ħa ngħatti ħalqi b’idi.
5 Jien tkellimt għal darba darbtejn
Imma mhux se nwieġeb iktar, mhu se nżid xejn.”
6 Imbagħad Ġeħova wieġbu mir-riefnu:
7 “Jekk jogħġbok ipprepara ruħek bħal raġel b’saħħtu;
Jien se nistaqsik u int wiġibni.
8 Se tiddubita l-ġustizzja tiegħi?
Jaqaw se tikkundannani biex tidher tajjeb int?
9 Għandek int saħħa daqsi, l-Alla l-veru?
Għandek int leħen bħal tiegħi li hu qawwi bħar-ragħad?
10 Jekk jogħġbok uri l-glorja u l-qawwa tiegħek;
Uri l-unur u s-sbuħija tiegħek.
11 Sfoga r-rabja kollha li għandek;
Ħares lejn kull min hu mkabbar u baxxih.
12 Innota lil kull min hu mkabbar u umiljah,
Għaffeġ lill-ħżiena mill-ewwel.
Jien għamilt kemm lilu u kemm lilek.
Hu jiekol il-ħaxix bħal barri.
16 Hu għandu saqajh b’saħħithom
U muskoli sodi f’żaqqu.
17 Hu jwebbes denbu bħall-injam taċ-ċedru;
In-nervituri taʼ koxxtejh huma mmaljati flimkien.
18 L-għadam tiegħu hu bħal kanen tar-ram;
Saqajh huma bħal vireg tal-ħadid.
19 Hu l-aqwa* fost il-ħolqien tiegħi kollu.
Jien biss, Dak li Għamiltu, nistaʼ nersaq lejh bix-xabla.
20 Hu jsib l-ikel fuq il-muntanji,
Fejn l-annimali slavaġ jilagħbu.
21 Hu jimtedd taħt is-siġar tal-lotus,
Qalb il-qasab fl-għadajjar.
22 Is-siġar tal-lotus jagħmlulu d-dell,
U s-siġar tal-luq tal-wied qegħdin madwaru.
23 Dan ma jippanikjax meta jkun hemm kurrenti qawwijin fix-xmara.
Hu moħħu mistrieħ avolja x-Xmara Ġordan tħabbat bis-saħħa miegħu.