Salm
Faħħru isem Ġeħova;
Faħħru lil Ġeħova, qaddejja tiegħu,
2 Intom li qed taqdu fid-dar taʼ Ġeħova,
Fil-btieħi tad-dar tal-Alla tagħna.
3 Faħħru lil Jah, għax Ġeħova hu tajjeb.
Faħħru bil-kant lil* ismu, għax dan hu pjaċevoli.
5 Għax jien naf sew li Ġeħova hu kbir;
Il-Mulej tagħna hu akbar mill-allat l-oħrajn kollha.
6 Ġeħova jagħmel kulma jogħġbu
Fis-sema, fl-art, fil-baħar, u fl-ilmijiet fondi.
7 Hu jġiegħel is-sħab* jitlaʼ mit-truf tal-art;
Hu jibgħat is-sajjetti max-xita;*
Hu joħroġ ir-riħ mill-imħażen tiegħu.
8 Hu qatel lil kull l-ewwel imwieled tal-Eġittu,
Sew tan-nies u sew tal-annimali.
9 Hu għamel sinjali u mirakli fl-Eġittu,
Kontra l-Fargħun u l-qaddejja kollha tiegħu.
10 Hu għeleb lil ħafna popli
U qatel rejiet b’saħħithom:
12 Hu ta l-art tagħhom bħala wirt,
Bħala wirt lill-poplu tiegħu Iżrael.
13 Ġeħova, ismek jibqaʼ għal dejjem.
Ġeħova, int* se tibqaʼ magħruf tul il-ġenerazzjonijiet kollha.
15 L-idoli tal-popli huma tal-fidda u d-deheb,
Magħmulin mill-bniedem.
16 Għandhom ħalq, imma ma jistgħux jitkellmu;
Għandhom għajnejn, imma ma jistgħux jaraw;
17 Għandhom widnejn, imma ma jistgħux jisimgħu.
Huma ma jiħdux nifs.
18 In-nies li jagħmluhom se jsiru bħalhom,
U anki dawk kollha li jafdaw fihom.
19 Dar t’Iżrael, faħħru lil Ġeħova.
Dar t’Aron, faħħru lil Ġeħova.
20 Dar taʼ Levi, faħħru lil Ġeħova.
Intom li tirrispettaw ħafna lil* Ġeħova, faħħru lil Ġeħova.
21 Jalla Ġeħova jiġi mfaħħar minn Sijon,
Dak li jgħix Ġerusalemm.
Faħħru lil Jah!