LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • L-Għanja taʼ Salamun 4
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti minn L-Għanja taʼ Salamun

    • IS-SULAMIJA F’ĠERUSALEMM (3:6–8:4)

L-Għanja taʼ Salamun 4:1

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    11/15/2006, p. 19

L-Għanja taʼ Salamun 4:3

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “Ngħasek hu.”

L-Għanja taʼ Salamun 4:5

Noti taʼ Taħt

  • *

    Tip taʼ ċerva.

L-Għanja taʼ Salamun 4:7

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    1/15/2015, p. 28

    11/15/2006, p. 20

L-Għanja taʼ Salamun 4:8

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “anti-Libanu.”

L-Għanja taʼ Salamun 4:11

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    1/15/2015, p. 28

    11/15/2006, p. 19

L-Għanja taʼ Salamun 4:12

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    1/15/2015, p. 31

    11/15/2006, p. 20

    11/1/2000, pp. 11-12

L-Għanja taʼ Salamun 4:13

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew forsi “L-ġilda tiegħek ġenna tar-rummien.”

L-Għanja taʼ Salamun 4:14

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    2/1/2014, p. 10

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
L-Għanja taʼ Salamun 4:1-16

L-Għanja taʼ Salamun

4 “Kemm int sabiħa, għażiża tiegħi!

Kemm int sabiħa!

Għajnejk huma bħal tal-ħamiem, taħt il-velu tiegħek.

Xagħrek hu bħal merħla mogħoż

Li nieżla mal-muntanji taʼ Gilegħad.

 2 Snienek huma bojod u sbieħ,

Huma bħal merħla nagħaġ li għadhom kemm ġew imqaxxrin u maħsulin.

Kollha kemm huma għandhom waħda taqbel magħhom

U m’hemmx waħda weħidha.

 3 Xofftejk huma bħal ħajta b’kulur aħmar jgħajjat,

U dak li tgħid hu pjaċevoli.

Il-wardiet taʼ wiċċek huma*

Bħal flieli taʼ rummiena taħt il-velu tiegħek.

 4 Għonqok hu bħat-torri taʼ David,

Li hu mibni b’filati tal-ġebel.

Miegħu hemm imdendlin 1,000 tarka,

It-tarki tondi kollha tal-irġiel b’saħħithom.

 5 Sidrek qisu żewġt ifrieħ tewmin t’għażżiela,*

Li jieklu qalb il-ġilji.”

 6 “Jien se nitlaʼ fuq il-muntanja tal-mirra

U l-għolja tal-inċens abjad

Qabel ma jonfoħ ir-riħ u jitlaq id-dell.”

 7 “Maħbuba tiegħi, kollok kemm int sabiħa,

M’hemmx difett fik.

 8 Ejja miegħi mil-Libanu, għarusa tiegħi,

Ejja miegħi mil-Libanu.

Inżel minn fuq il-quċċata tal-Amana,*

Minn fuq il-quċċata tas-Senir u tal-Ħermon,

Minn fejn jgħixu l-iljuni, u mill-muntanji tal-leopardi.

 9 Sraqtli qalbi, oħti, għarusa tiegħi,

Int sraqtli qalbi b’ħarsa waħda,

B’pendent wieħed tal-ġiżirana tiegħek.

10 Kemm huma sbieħ l-espressjonijiet tal-imħabba tiegħek, oħti, għarusa tiegħi!

L-espressjonijiet tal-imħabba tiegħek huma ħafna aħjar mill-inbid,

Ir-riħa tfuħ tal-fwieħa tiegħek tfuħ iktar minn kull tip taʼ ħwawar!

11 Għarusa tiegħi, xofftejk iqattru għasel pur.

Taħt ilsienek hemm għasel u ħalib.

U r-riħa tfuħ tal-ħwejjeġ tiegħek hi bħal dik tal-Libanu.

12 Oħti, għarusa tiegħi, int bħal ġnien imsakkar,

Ġnien imsakkar u għajn tal-ilma magħluqa.

13 Int bħal siġar fi ġnien li l-friegħi tagħhom mimlijin rummien,*

Bl-aqwa rummien u pjanti tal-ħenna u tal-ispikonardu,

14 L-ispikonardu u ż-żagħfran, il-qasab aromatiku u l-kannella,

Kull tip taʼ siġar tal-inċens abjad, tal-mirra u tas-sabbara,

U l-aqwa fwejjaħ.

15 Int bħal għajn tal-ilma fi ġnien, bir b’ilma ġieri,

U xmara li tiġi mil-Libanu.

16 Riħ mit-Tramuntana, qum;

Riħ min-Nofsinhar, idħol.

Onfħu b’ġentilezza fuq il-ġnien tiegħi.

Ħa tinfirex ir-riħa tfuħ tiegħu.”

“Ħa jiġi l-għażiż tiegħi

U jiekol fil-ġnien tiegħu l-aqwa frott.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja