Isaija
28 Is-sakranazzi t’Efrajm iqisu l-belt tagħhom
Bħala kuruna* li tagħti fl-għajn*
U fjura sabiħa fuq il-muntanja tal-wied fertili.
Imma n-nies hemmhekk huma fis-sakra minħabba l-inbid.
Ħażin għalihom għax il-fjura sabiħa tagħhom se tispiċċa!
2 Ġeħova għandu lil xi ħadd b’saħħtu u qawwi.
Hu se jsabbatha mal-art bis-saħħa
Bħal maltempata bir-ragħad u s-silġ, riefnu li jeqred,
U bħal maltempata b’dulluvju kbir t’ilma.
4 U l-fjura sabiħa t’Efrajm li qed tispiċċa
U li qiegħda fuq il-muntanja tal-wied fertili,
Se ssir bħat-tina tal-bidu taʼ qabel is-sajf.
Meta xi ħadd jaraha, jaqtagħha u jiblagħha malajr.
5 Dakinhar, Ġeħova tal-armati se jsir bħal kuruna glorjuża u kuruna tal-fjuri mill-isbaħ* għal dawk li jifdal mill-poplu tiegħu. 6 Hu se jġiegħel lill-imħallfin* ikunu jixtiequ jiġġudikaw b’mod ġust, u se jagħti s-saħħa lil dawk li jiddefendu bieb il-belt mill-attakki tal-għadu.
7 Il-qassisin u l-profeti jiżvijaw minħabba l-inbid;
Ix-xorb alkoħoliku tagħhom iġegħelhom jixxenglu.
Huma jiżvijaw minħabba l-alkoħol;
L-inbid ifixkilhom,
U huma jixxenglu bl-alkoħol tagħhom;
Huma jaraw viżjonijiet li jġegħluhom jiżvijaw,
U jitfixklu meta jagħmlu ġudizzju.
8 Għax l-imwejjed tagħhom mimlijin b’remettar li jqażżek.
M’hemmx post nadif.
9 Huma jgħidu: “Lil min se jgħallem,
U lil min se jispjega l-messaġġ?
Lil dawk li għadhom kif qatgħu l-ħalib,
U li għadhom kif tneħħew minn maʼ sider ommhom?
10 Għax dejjem kmand wara kmand, kmand wara kmand,
Regola wara regola, regola wara regola,*
Ftit hawn u ftit hemm.”*
11 Alla se jkellem lil dan il-poplu permezz taʼ wħud li jtemtmu u li jitkellmu b’lingwa barranija. 12 Hu darba qalilhom: “Dan hu l-post taʼ mistrieħ. Ħa jistrieħ l-għajjien; dan hu l-post taʼ serħan,” imma huma ma ridux jisimgħu. 13 Allura Ġeħova se jgħidilhom:
“Kmand wara kmand, kmand wara kmand,
Regola wara regola, regola wara regola,*
Ftit hawn u ftit hemm,”
Ħalli meta jimxu jitfixklu, jaqgħu lura,
Jitfarrku, jidħlu f’nassa, u jinqabdu.
14 Għalhekk isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova, intom li tiftaħru,
Intom il-mexxejja taʼ dan il-poplu f’Ġerusalemm,
15 Għax tgħidu: “Għamilna patt mal-Mewt,
Meta jgħaddi dulluvju qawwi f’daqqa,
Ma jilħaqniex,
Għax il-gidba li nafdaw fiha se tipproteġina,
U l-qerq se jaħbina.”
16 Għalhekk, Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* jgħid:
“Jien qed inqiegħed f’Sijon bħala pedament ġebla li wriet li hi taʼ kwalità,
L-iktar ġebla importanti* u prezzjuża taʼ pedament sod.
Kull min juri li għandu fidi fiha mhux se jippanikja.
Is-silġ se jiknes il-protezzjoni li hi gidba,
U l-ilmijiet se jgħarrqu l-post fejn tistaħbew.
Meta jgħaddi dulluvju qawwi f’daqqa,
Se jfarrakkom.
19 Kull darba li jgħaddi,
Se jkaxkarkom miegħu,
Għax se jgħaddi kull filgħodu,
Matul il-ġurnata u matul il-lejl.
It-twerwir biss se jġegħelhom jifhmu l-messaġġ.”*
20 Għax is-sodda hi qasira wisq biex wieħed jimtedd fuqha,
U l-liżar dejjaq wisq biex jitgeżwer fih.
21 Għax Ġeħova se jaġixxi bħalma għamel fuq il-Muntanja Perasim;
Hu se jieħu azzjoni bħalma għamel fil-wied* taʼ ħdejn Gibegħon,
Biex jagħmel ix-xogħol tiegħu, ix-xogħol stramb tiegħu,
U jagħmel dak li għandu jagħmel, ix-xogħol mhux tas-soltu tiegħu.
22 Twaqqgħux kollox għaċ-ċajt,
Ħalli l-ktajjen tagħkom ma jiġux iktar issikkati,
Għax jien smajt mis-Sid taʼ Kollox Ġeħova tal-armati
Li hu ddeċieda li jeqred il-pajjiż kollu.*
23 Agħtu kas u isimgħu leħni;
Oqogħdu attenti u isimgħu dak li ngħid.
24 Min jaħrat ma jibqax jaħrat il-ġurnata kollha qabel jitfaʼ ż-żerriegħa.
Ma jibqax ikisser u jwitti l-ħamrija.
26 Alla jgħallmu* dak li hu ġust u jittrennjah.
27 Għax il-kemmun iswed ma jiġix imfarrak bis-slitta tad-dris,
U r-rota tal-karru ma tgħaddix fuq il-kemmun normali.
Minflok, il-kemmun iswed jingħata daqqiet bil-bastun,
U l-kemmun normali bil-ħatar.
28 Jekk xi ħadd ikun qed jidres iċ-ċereali li se juża għall-ħobż bis-slitta,
Ma joqgħodx iġibu trab.
Hu ma jibqax jidirsu.
U jekk jgħaddi minn fuqu bil-karru miġbud biż-żwiemel, ma jġibux trab.