Eżekjel
15 Irċivejt messaġġ ieħor mingħand Ġeħova, li jgħid: 2 “Bin il-bniedem, x’inhi d-differenza bejn l-injam tad-dielja u l-injam taʼ kwalunkwe siġra oħra jew taʼ fergħa tas-siġar tal-foresta? 3 Jistgħu minnu jagħmlu lasta biex jaħdmu biha? Jew jistgħu jagħmlu musmar biex idendlu xi ħaġa miegħu? 4 Dan jintefaʼ fin-nar biex ikompli jaqbad. Iż-żewġt itruf tiegħu jittieklu bin-nar u anki n-nofs jinħaraq. Ikun tajjeb għal xi ħaġa issa? 5 Anki meta kien sħiħ ma setaʼ jintuża għal xejn. Aħseb u ara meta n-nar jaħarqu u jġibu fix-xejn!”
6 “Għalhekk, hekk jgħid Ġeħova s-Sid taʼ Kollox:* ‘Jien se nittratta lin-nies taʼ Ġerusalemm bħall-injam tad-dielja fost is-siġar tal-foresta, li jien tfajtu fin-nar biex ikompli jaqbad. 7 Jien se niħodha kontrihom. Għalkemm ħelsuha min-nar, xorta se jaħraqhom nar ieħor. U meta niħodha kontrihom, se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.’”
8 “‘Peress li ma kinux leali lejja, il-pajjiż se nagħmlu art abbandunata,’ jgħid Ġeħova s-Sid taʼ Kollox.”