LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • hf sezzjoni 5 pp. 15-17
  • Kif iżżommu l-paċi maʼ qrabatkom

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif iżżommu l-paċi maʼ qrabatkom
  • Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • 1 ŻOMM ĦARSA XIERQA LEJN QRABATEK
  • 2 KUN SOD META JKUN HEMM BŻONN
  • Kunu leali lejn xulxin
    Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Duru lejn Alla għal żwieġ hieni
    Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Ittratta lil Sieħbek fiż-Żwieġ bir-Rispett
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Wara l-ġurnata tat-tieġ
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
Ara Iżjed
Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
hf sezzjoni 5 pp. 15-17
Kunjata qed turi lill-mara taʼ binha li ma jogħġobhiex il-mod kif qed issajjar

Il-5 Taqsima

Kif iżżommu l-paċi maʼ qrabatkom

‘Ilbsu l-​qalb tajba, l-​umiltà, il-​ħlewwa, u s-​sabar fit-​tul.’—Kolossin 3:12

Iż-​żwieġ joħloq familja ġdida. Għalkemm int dejjem se tħobb u tirrispetta lill-​ġenituri tiegħek, għalik is-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek fiż-​żwieġ issa hi l-​iktar persuna importanti fid-​dinja. Xi wħud mill-​qraba tiegħek jistgħu jsibuha diffiċli li jaċċettaw dan. Imma l-​prinċipji tal-​Bibbja jistgħu jgħinuk issib bilanċ, u b’hekk tkun tistaʼ żżomm il-​paċi maʼ qrabatek hekk kif taħdem iebes biex issaħħaħ il-​familja ġdida tiegħek.

1 ŻOMM ĦARSA XIERQA LEJN QRABATEK

Koppja jqattgħu ħin flimkien mal-ġenituri tagħhom

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA: “Onora lil missierek u lil ommok.” (Efesin 6:2) Għandek kemm għandek żmien, dejjem hemm bżonn li tonora u tirrispetta lill-​ġenituri tiegħek. Imma għaraf li anki r-​raġel jew il-​mara tiegħek għandha tagħti attenzjoni lill-​ġenituri tagħha. “L-​imħabba ma tgħirx,” u għalhekk qatt m’għandek tibżaʼ mir-​relazzjoni li l-​persuna l-​oħra fiż-​żwieġ għandha mal-​ġenituri tagħha.—1 Korintin 13:4; Galatin 5:26.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Tgħidx affarijiet bħal “Familtek dejjem imaqdruni” jew “Ommok qatt ma jogħġobha dak li nagħmel jien”

  • Ipprova ara l-​affarijiet mill-​ħarsa tas-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek

2 KUN SOD META JKUN HEMM BŻONN

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: “Raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jrid jingħaqad maʼ martu u huma jsiru ġisem wieħed.” (Ġenesi 2:24) Meta tiżżewweġ, għandu mnejn li l-​ġenituri tiegħek iħossu li għadhom responsabbli għalik, u forsi jkunu jridu jkunu involuti fiż-​żwieġ tiegħek iktar milli jmisshom.

Jiddependi minnek u mir-​raġel jew il-​mara tiegħek li taqblu kemm se jkunu involuti fiż-​żwieġ tagħkom u mbagħad għidulhom bi mħabba. Tistaʼ tkun onest u ċar, imma xorta turi rispett. (Proverbji 15:1) L-​umiltà, il-​ħlewwa, u l-​paċenzja se jgħinuk biex tiżviluppa relazzjoni tajba maʼ qrabatek u biex tkomplu “tissaportu lil xulxin bl-​imħabba.”—Efesin 4:2.

Raġel u martu qed jitkellmu flimkien; raġel u martu jagħtu rigal lill-ġenituri tagħhom

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Jekk int ikkonċernat dwar kemm il-​qraba huma involuti f’ħajjitkom, iddiskuti dan mar-​raġel jew il-​mara tiegħek meta t-​tnejn tkunu kalmi

  • Aqblu bejnietkom dwar kif se tieħdu ħsieb dawn il-​kwistjonijiet

IPPROVA IFHEM

Huwa importanti li tifhem kif iħossuhom il-​ġenituri tiegħek u x’inhi l-​ħarsa tagħhom. Mhuwiex l-​iskop tagħhom li jagħmlulkom il-​bsaten fir-​roti. Huma verament jimpurtahom minnek. Jistaʼ jkun diffiċli għall-​ġenituri tiegħek li jqisu lilek u l-​persuna li żżewwiġt bħala familja ġdida. Saħansitra jistgħu jħossuhom imwarrbin. Imma billi ssegwi l-​prinċipji tal-​Bibbja u billi jkollok komunikazzjoni bil-​miftuħ, int xorta se tkun tistaʼ tirrispetta lill-​ġenituri tiegħek u żżomm iż-​żwieġ tiegħek b’saħħtu.

SAQSI LILEK INNIFSEK . . .

  • Għala hi xi ħaġa naturali li l-​kunjati jinteressahom miż-​żwieġ tagħna?

  • Kif nistaʼ npoġġi lir-​raġel jew il-​mara tiegħi qabel il-​ġenituri tiegħi u, fl-​istess ħin, nurihom rispett?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja