LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 12/1 pp. 3-5
  • Ir-Ruħ Tibqaʼ Ħajja Wara l-Mewt?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ir-Ruħ Tibqaʼ Ħajja Wara l-Mewt?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Mhux Tagħlim tal-​Bibbja
  • X’jiġri Wara l-​Mewt?
  • Minn Tagħlim Pagan għal Duttrina tal-​Knisja
  • Tama għall-​Mejtin
  • Ir-Ruħ Skond il-Bibbja
    X’Jiġrilna meta Mmutu?
  • Għandek Int Ruħ Immortali?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Il-Ħarsa Tiegħek Dwar ir-Ruħ Teffettwa lil Ħajtek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • X’inhi r-ruħ?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 12/1 pp. 3-5

Ir-​Ruħ Tibqaʼ Ħajja Wara l-​Mewt?

“IR-​RUĦ: Il-​parti spiritwali tal-​bniedem li hi meqjusa bħala li tibqaʼ ħajja wara l-​mewt u li tistaʼ tħoss kemm hena kif ukoll miżerja fi stat futur.” (The Compact Edition of the Oxford English Dictionary) Il-​parti l-​kbira tar-​reliġjonijiet ftit jew wisq jaqblu maʼ din id-​definizzjoni. In-​New Catholic Encyclopedia tgħid: “Id-​duttrina li r-​ruħ umana hija immortali u li se tkompli teżisti wara l-​mewt tal-​bniedem . . . hija waħda mill-​iktar bażijiet importanti fil-​filosofija u t-​teoloġija Kristjana.”

Forsi tissorprendik, mela, li tkun taf li dan it-​twemmin bażiku ġej mill-​filosofija pagana. Ħafna qabel it-​twelid taʼ Ġesù, kienu jemmnu li r-​ruħ kienet xi ħaġa mhix fiżika u li setgħet teżisti barra mill-​ġisem. B’hekk setgħet tibqaʼ ħajja wara l-​mewt tal-​ġisem, billi tibqaʼ tgħix ġo forma taʼ xi fatat, jew spirtu.

Il-Griegi poġġew b’mod li jiftihem dan it-​twemmin f’termini filosofiċi. Sokrate, il-​famuż filosfu Grieg, ġie kkwotat li qal: “Ir-​ruħ, . . . jekk toħroġ pura, billi ma ġġorr xejn magħha mill-​ġisem, . . . titlaq’ il hemm f’dak li hu bħalha, f’dak li hu inviżibbli, divin, immortali, u għaref, u meta tasal hemm hija ferħana, meħlusa minn kull żball u bluha u biżaʼ . . . u mill-​affarijiet l-​oħra kollha li jgħakksu lill-​bnedmin, u . . . tgħix fil-​verità għaż-​żminijiet kollha taʼ wara mal-​allat.”−Phaedo, 80, D, E; 81, A.

Mhux Tagħlim tal-​Bibbja

Kif, mela, ġie mgħallem dan it-​twemmin fl-​immortalità tar-​ruħ fil-​Kristjaneżmu u fil-​Ġudajiżmu?

In-New Catholic Encyclopedia ma tkunx qed tagħti l-​importanza li suppost lill-​kwistjoni meta tgħid: “Il-​ħsieb taʼ li r-​ruħ tibqaʼ ħajja wara l-​mewt ma tantx tistaʼ tinduna bih malajr fil-​Bibbja.” Ikun iktar eżatt li tgħid li d-​duttrina tal-​immortalità tar-​ruħ ma tistaʼ ssibha b’xejn fil-​Bibbja! L-​enċiklopedija tammetti: “Il-​kunċett tar-​ruħ umana nnifsu m’huwiex l-​istess fit-​T[estment il-​]Q[adim] bħalma hu fil-​filosofija Griega u moderna.”

Fl-hekk imsejjaħ Testment il-​Qadim, il-​kelma Ebrajka ne’phesh, li hija tradotta l-​iktar bħala “ruħ,” tinstab 754 darba. Fl-​hekk imsejjaħ Testment il-​Ġdid, il-​kelma Griega psy.khe’, ukoll tradotta l-​iktar bħala “ruħ,” tidher għal 102 darbiet. Meta neżaminaw kif dawn il-​kelmiet huma wżati fil-​Bibbja, toħroġ stampa li tissorprendik.

F’Ġenesi 2:7 naqraw li Alla nefaħ f’imnifsejn Adam in-​nifs tal-​ħajja u Adam “sar ruħ ħajja [Ebrajk, ne’phesh].” Innota: Adam ma ġiex mogħti ruħ ħajja; hu sar ruħ ħajja. Fi kliem ieħor, il-​ħolqien ġdid Adam kien ruħ! Mhux taʼ b’xejn li n-​New Catholic Encyclopedia tikkonkludi: “Ir-​ruħ fit-​T[estment il-​]Q[adim] ma tfissirx parti mill-​bniedem, imma l-​bniedem sħiħ—bniedem bħala esseri ħaj.”

Skritturi oħra jikkonfermaw dan. Levitiku 7:20, per eżempju, jirreferi għar-​“ruħ li tiekol il-​laħam tas-​sagrifiċċju tal-​komunjoni.” Levitiku 23:30 igħid: “Inkwantu għal xi ruħ li tagħmel kwalunkwe xorta taʼ xogħol.” Proverbji 25:25 igħid: “Bħal ilma kiesaħ fuq ruħ għajjiena, hekk hu rapport tajjeb minn art imbiegħda.” U Salm l05:18 igħidilna: “Bi ktajjen rabtulu saqajh; fil-​ħadid ġiet ruħu.” Issa, x’inhi dik li tistaʼ tiekol il-​laħam, taħdem, tiffriska bl-​ilma, u titqiegħed fil-​ħadid? Hija xi parti spiritwali u separata mill-​bniedem, jew il-​bniedem innifsu? It-​tweġiba hija ovvja.

Taʼ interess, ir-​ruħ mhix użata unikament għall-​bniedem. Ġenesi 1:20 igħidilna li f’epoka waħda taʼ ħolqien, Alla qal: “Ħalli l-​ilmijiet jimtlew tilja erwieħ ħajjin.” Iva, saħansitra l-​ħut huma erwieħ! F’epoka oħra taʼ ħolqien, Alla indika li l-​“annimal domestiku u annimal li jiċċaqlaq u bhima selvaġġa” huma erwieħ!—Ġenesi 1:24; qabbel Levitiku 11:10, 46; 24:18; Numri 31:28; Ġob 41:21; Eżekjel 47:9.

Il-kelma “ruħ” fil-​Bibbja, għalhekk, ma tirreferix għal xi entità spirtu u mdellija li tħalli l-​ġisem wara l-​mewt. Tfisser persuna jew annimal, jew il-​ħajja li jgawdi l-​persuna jew l-​annimal.

X’jiġri Wara l-​Mewt?

Jidher ċar, mela, li l-​Bibbja ma taqbilx mal-​ħsieb pagan li l-​bniedem jippossjedi ruħ immortali. Min, taħseb int, għallem il-​verità f’dan ir-​rigward? Il-​filosfi Griegi pagani jew il-​poplu tal-​patt t’Alla nnifsu? Żgur li kien il-​poplu t’Alla, li lilu ta l-​Kelma mnebbħa tiegħu.

Xorta, tibqaʼ l-​mistoqsija, X’jiġrilha verament ir-​ruħ wara l-​mewt? Ladarba r-​ruħ hija l-​persuna, jidher ċar li r-​ruħ tmut meta l-​persuna tmut. Fi kliem ieħor, bniedem mejjet huwa ruħ mejta. Partita skritturi jikkonfermawh dan. “Ir-​ruħ li qed tidneb—hi nfisha se tmut,” igħid Eżekjel 18:4. F’Imħallfin 16:30 naqraw: “U Sansun issokta jgħid: ‘Ħalli ruħi tmut mal-​Filistej.’” Skritturi oħra juru li l-​erwieħ jistgħu jiġu maqtugħin ’il barra (Ġenesi 17:14), maqtulin bis-​sejf (Ġożwè 10:37), fgati (Ġob 7:15), u mgħarrqin (Ġona 2:5). Ruħ bla ħajja, jew ruħ mejta, hija persuna mejta.—Levitiku 19:28; 21:1, 11.

X’inhi, mela, l-​kundizzjoni tal-​erwieħ mejtin? Fi kliem sempliċi, il-​mewt hija l-​oppost tal-​ħajja. Is-​sensi kollha tagħna huma konnessi mal-​iġsma fiżiċi tagħna. L-​abbiltà li naraw, nisimgħu, u naħsbu tiddependi fuq li għajnejna, widnejna, u moħħna jaħdmu tajjeb. Mingħajr għajnejn ma nistgħux naraw. Mingħajr widnejn ma nistgħux nisimgħu. Mingħajr moħħ ma nistgħu nagħmlu xejn. Meta persuna tmut, dawn l-​organi fiżiċi kollha jieqfu jaħdmu. Aħna nieqfu milli neżistu.

Fi qbil maʼ dan, Ekkleżjasti 9:5, 10 jgħid: “Inkwantu għall-​mejtin, m’huma konxji taʼ xejn affattu . . . La hemm xogħol la ħsieb la għarfien u lanqas għerf f’Xeol [il-qabar], il-​post li lejh int sejjer.” Bl-​istess mod, Salm 146:3, 4 jistqarr: “Tpoġġux il-​fiduċja tagħkom fin-​nobbli, lanqas f’bin il-​bniedem tal-​art, li lilu ma tappartjeni ebda salvazzjoni. L-​ispirtu tiegħu [il-forza tal-​ħajja] joħroġ, hu jerġaʼ lura lejn artu; f’dak il-​jum ħsibijietu jgħibu.” Mela meta n-​nies (l-erwieħ) imutu, huma sempliċement jieqfu jeżistu.

Minn Tagħlim Pagan għal Duttrina tal-​Knisja

‘Imma jgħallem it-​Testment il-​Ġdid l-​immortalità tar-​ruħ?’ jistgħu xi wħud jistaqsu. Lanqas xejn. In-​New Catholic Encyclopedia tammetti: “It-​T[estment il-​] Ġ[did] iżomm fedelment maʼ din il-​fehma [tat-Testment il-​Qadim] tal-​mewt.” Fi kliem ieħor, it-​“Testment il-​Ġdid” igħallem li r-​ruħ tmut. Ġesù Kristu wera li hu ma kienx jemmen li r-​ruħ kienet immortali. Huwa staqsa: “Huwa skond il-​liġi f’jum is-​sibt li tagħmel għemil tajjeb jew li tagħmel għemil ħażin, li ssalva jew li toqtol ruħ?” (Mark 3:4) L-​appostlu Kristjan Pawlu bl-​istess mod aċċetta l-​ħarsa tat-​“Testment il-​Qadim” tar-​ruħ billi kkwota Ġenesi 2:7: “Huwa saħansitra hekk miktub: ‘L-​ewwel bniedem Adam sar ruħ ħajja.’”—1 Korintin 15:45.

Il-mod taʼ ħsieb Platoniku kif, mela, sar duttrina tal-​knisja? L-​Encyclopedia of Religion and Ethics, minn James Hastings, tispjega: “Meta l-​evanġelju Kristjan ħareġ ’il barra mix-​xatba tas-​sinagoga Lhudija għal ġol-​arena tal-​Imperu Ruman, ideja fundamentalment Ebrajka dwar ir-​ruħ ġiet trasferita f’ambjent taʼ ħsieb Grieg, b’konsegwenzi kbar fil-​proċess taʼ adattar.” L-​għalliema tal-​knisja ppruvaw jagħmlu l-​messaġġ tagħhom “intelliġibbli għal dinja b’mod taʼ ħsieb tal-​Griegi” billi wżaw “it-​termini stabbiliti u konċetti tal-​psikoloġija Griega.” Teoloġi Lhud bl-​istess mod bdew juru “influwenzi qawwija tal-​Platoniżmu” fil-​kitbiet tagħhom.—Encyclopedia Judaica.

It-tagħlim Bibliku dwar ir-​ruħ ġie mitfugħ fil-​ġenb u ħaditlu postu duttrina li kienet bla dubju pagana. Dan ma jistaʼ bl-​ebda mod jiġi ġġustifikat fuq il-​bażi taʼ li talli għamlu hekk il-​Kristjanità saret iktar tappella lill-​massa. Meta kien qed jippriedka f’Ateni, il-​qalba tal-​kultura Griega, l-​appostlu Pawlu ma għallimx id-​duttrina Platonika tar-​ruħ. Għall-​kuntrarju, hu ppriedka d-​duttrina Kristjana tal-​irxoxt saħansitra meta ħafna mis-​semmiegħa Griegi tiegħu sabuha iebsa biex jaċċettaw dak li qal hu.—Atti 17:22-32.

Tabilħaqq, l-​appostlu Pawlu wissa kontra t-​taħlit taʼ verità bbażata fuq il-​Bibbja mal-​paganiżmu meta qal: “X’sehem għandu d-​dawl mad-​dlam? Iktar minn hekk, x’armonija hemm bejn Kristu u Beljal?” (2 Korintin 6:14, 15) Ma hemm l-​ebda dubju li billi ħalla tagħlim pagan isir waħda mill-​bażijiet tal-​filosofija u t-​teoloġija tiegħu, il-​Kristjaneżmu ġab diżunur fuq Alla nnifsu!

Tama għall-​Mejtin

In-​nies huma ħielsa li jemmnu dak li jridu. Madankollu, ma jistax jiġi miċħud li d-​duttrina tal-​immortalità tar-​ruħ ma hix skritturali. Il-​bnedmin, allura, m’għandhom ebda tama għal ħajja wara l-​mewt?

Wara li Ġob staqsa l-​mistoqsija, “Jistaʼ [bniedem] igħix mill-​ġdid?” hu għadda biex jagħti t-​tweġiba mnebbħa. Hu qal: “Int [Jehovah] se ssejjaħ, u jien stess se nwieġbek. Għax-​xogħol taʼ jdejk se jkollok xenqa.” (Ġob 14:14, 15) Iva, il-​Bibbja toffri t-​tama taʼ rxoxt għal dawk kollha fil-​memorja t’Alla. Hu ħerqan biex jirrestawra lil qaddejja lejali minn tiegħu, bħal Ġob, lura għall-​ħajja! Kristu Ġesù kkonferma r-​realtà taʼ din it-​tama, billi qal: “Tistagħġbux b’dan, għaliex ġejja s-​siegħa li fiha dawk kollha fl-​oqbra tal-​mafkar se jisimgħu leħnu u joħorġu, dawk li għamlu affarijiet tajbin għal irxoxt taʼ ħajja, dawk li pprattikaw affarijiet viljakki għal irxoxt taʼ ġudiżzju.”−Ġwann 5:28, 29.

Meta jasal iż-​żmien biex titwettaq dik il-​profezija, Isaija 25:8 iwiegħed li Alla “attwalment se jiblaʼ l-​mewt għal dejjem.” Dan ifisser dinja li fiha, bħalma jpoġġiha Rivelazzjoni 21:4, ”[i]l-mewt ma tkunx iżjed.” Ma tixtieqx int li tgħix f’dinja mingħajr funerali jew bokkamorti, mingħajr oqbra jew ċimiterji, mhux iktar bi dmugħ taʼ niket imma biss dmugħ taʼ ferħ?

Veru, forsi inti trabbejt f’li temmen fid-​duttrina tal-​immortalità tar-​ruħ. Imma billi tistudja l-​Bibbja, int tistaʼ tiżżviluppa fidi fil-​wegħdiet tal-​Bibbja li jilliberaw.a Int tistaʼ wkoll titgħallem x’tistaʼ tagħmel int biex tiret tal-​Bibbja, mhux taʼ li tibqaʼ ħaj bħala ruħ immortali, imma taʼ li tirċievi “ħajja taʼ dejjem” f’Ġenna tal-​art!—Ġwann 17:3; Luqa 23:43.

[Nota taʼ taħt]

a Jekk int tixtieq li tagħmel dan, jekk jogħġbok iżżommx lura milli tikteb lill-​pubbikaturi taʼ din ir-​rivista jew ikkuntattja lis-​Sala tas-​Saltna lokali tax-​Xhieda taʼ Jehovah.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja