LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Int Tista’ Tkun Ħabib ta’ Ġeħova
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • Lezzjoni 8. Raġel bilqiegħda fuq bank iħares lejn is-sema.

      LEZZJONI 08

      Int Tista’ Tkun Ħabib ta’ Ġeħova

      Ġeħova jixtieqek tkun tafu aħjar. Għala? Hu jixtieq li int titgħallem dwar il-​kwalitajiet tiegħu, kif jittratta lin-​nies, u dak li jixtieq għalik. Imbagħad iktar se tkun trid issir ħabib tiegħu. Taħseb li veru tista’ tkun ħabib t’Alla? (Aqra Salm 25:14.) X’tista’ tagħmel biex issir ħabib tiegħu? Il-​Bibbja twieġeb dawn il-​mistoqsijiet u turi għala ħbiberija ma’ Ġeħova hija l-​iktar ħbiberija importanti li jista’ jkollok.

      1. Ġeħova x’qed jistiednek tagħmel?

      ‘Ersaq qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejk.’ (Ġakbu 4:8) Xi jfisser dan għalik? Ġeħova qed jistiednek biex tagħmel ħbieb miegħu. Xi wħud isibuha diffiċli biex jifhmu kif jistgħu jkunu ħbieb t’Alla peress li ma jistgħux jarawh. Però, fil-​Bibbja, Ġeħova jurina dak kollu li għandna nkunu nafu dwaru biex inkunu qrib tiegħu. Meta naqraw il-​messaġġ t’Alla għalina fil-​Bibbja, il-​ħbiberija tagħna ma’ Ġeħova tikber għalkemm ma nistgħux narawh.

      2. Ġeħova għala huwa l-​ikbar Ħabib li jista’ jkollok?

      Ħadd ma jħobbok daqs Ġeħova. Hu jridek tkun ferħan u li titolbu meta jkollok bżonn l-​għajnuna. Hu jrid ‘li titfa’ l-​ansjetà kollha tiegħek fuqu, għax hu jimpurtah minnek.’ (1 Pietru 5:7) Ġeħova dejjem lest li jisma’ u dejjem hemm għall-​ħbieb tiegħu.​—Aqra Salm 94:​18, 19.

      3. Ġeħova xi jridna nagħmlu biex inkunu ħbieb tiegħu?

      Ġeħova jħobb lil kulħadd, imma hu għandu ħbiberija mill-​qrib man-​nies sewwa. (Proverbji 3:32) Ġeħova jistenna li l-​ħbieb tiegħu jippruvaw jagħmlu dak li jgħid li hu tajjeb. Imma jistenna wkoll li jevitaw dak li għalih hu ħażin. Xi nies jaħsbu li diffiċli biex jgħixu ma’ dak li Alla jgħid li hu tajjeb u ħażin. Imma kun ċert li Ġeħova jifhimna. Hu ħabib ta’ kull min vera jħobbu u jagħmel l-​aħjar li jista’ biex jogħġbu.​—Salm 147:11; Atti 10:​34, 35.

      TGĦALLEM IŻJED

      Tgħallem kif tista’ ssir ħabib ta’ Ġeħova u għala hu l-​aħjar ħabib li jista’ jkollok.

      4. Abraham kien il-​ħabib ta’ Ġeħova

      Ir-​rakkont ta’ Abraham (jew Abram) li hemm fil-​Bibbja jgħinna nifhmu xi jfisser li tkun ħabib t’Alla. Aqra dwar Abraham f’​Ġenesi 12:​1-​4, u mbagħad iddiskuti:

      • Ġeħova x’qallu jagħmel lil Abraham?

      • Ġeħova x’wiegħdu?

      • Abraham x’għamel?

      5. Ġeħova x’jixtieq mill-​ħbieb tiegħu?

      Normalment, aħna nieħdu pjaċir meta l-​ħbieb jagħmlu xi affarijiet għalina.

      • Kif trid li l-​ħbieb tiegħek jittrattawk?

      Aqra l-​1 Ġwanni 5:​3, u mbagħad iddiskuti:

      • Ġeħova x’jistenna mill-​ħbieb tiegħu?

      Biex nobdu lil Ġeħova, jaf irridu nbiddlu kif inġibu ruħna jew xi kwalitajiet li għandna. Aqra Isaija 48:​17, 18, u mbagħad iddiskuti:

      • Ġeħova għala jixtieq li l-​ħbieb tiegħu jagħmlu xi bidliet f’ħajjithom?

      Ħaddiem jagħti safety helmet lil ħaddiem ieħor.

      Ħabib tajjeb se jfakkarna f’affarijiet li jipproteġuna u li jgħinuna. Ġeħova jagħmel l-istess mal-ħbieb tiegħu

      6. Ġeħova x’jagħmel biex jgħin lill-​ħbieb tiegħu?

      Ġeħova jgħin lill-​ħbieb tiegħu biex ikampaw mal-​problemi tagħhom. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija li ġejja.

      VIDJOW: Ġeħova għamel tant għalija (3:​20)

      • Ġeħova kif għen lill-​mara fil-​vidjow biex tkampa mal-​ħsibijiet negattivi u d-​dwejjaq?

      Aqra Isaija 41:​10, 13, u mbagħad iddiskuti:

      • Ġeħova xi jwiegħed lill-​ħbieb kollha tiegħu?

      • Taħseb li Ġeħova jista’ jkun ħabib tajjeb? Għala taħseb hekk?

      Grupp ta’ Stampi: Ħbieb tajbin jgħinu lil xulxin. 1. Raġel jgħin lil ħabib tiegħu biex imexxu mejda. 2. Mara tiftaħ qalbha ma’ ħabiba tagħha. 3. Raġel jgħin lil ħabib tiegħu biex jimxi.

      Ħbieb ta’ vera jgħinuk meta jkollok bżonn. Ġeħova se jgħinek ukoll

      7. Biex inkunu ħbieb ta’ Ġeħova rridu nkellmuh u nisimgħuh

      Meta l-​ħbieb jitkellmu flimkien, il-​ħbiberija tagħhom tissaħħaħ. Aqra Salm 86:​6, 11, u mbagħad iddiskuti:

      • Kif nistgħu nkellmu lil Ġeħova?

      • Ġeħova kif ikellimna?

      Grupp ta’ Stampi: 1. Mara titlob. Vleġġa tipponta ’l fuq. 2. Mara taqra l-Bibbja. Vleġġa tipponta ’l isfel.

      Aħna nkellmu lil Ġeħova bit-talb u hu jkellimna meta naqraw il-Bibbja

      ĦAFNA JGĦIDU: “Huwa impossibbli li tkun ħabib t’Alla.”

      • Liema skrittura tista’ tuża biex turi li nistgħu nkunu ħbieb ta’ Ġeħova?

      XI DDISKUTEJNA?

      Ġeħova jrid ikun il-​ħabib tiegħek u se jgħinek biex tersaq qrib tiegħu.

      X’Tgħallimt

      • Ġeħova kif jgħin lill-​ħbieb tiegħu?

      • Ġeħova għala jistenna li l-​ħbieb tiegħu jagħmlu xi bidliet f’ħajjithom?

      • Taħseb li huwa diffiċli biex tkun ħabib ta’ Ġeħova? Għala taħseb hekk?

      Ipprova Dan

      ARA IŻJED

      Li tkun ħabib t’Alla kif se jgħinek f’ħajtek?

      “Jehovah​—Alla ta’ Min Isir Jafu” (It-​Torri tal-​Għassa, 15 ta’ Frar 2003)

      Ara kif tista’ ssir ħabib t’Alla.

      “Kif Tista’ Ssir Ħabib t’Alla?” (Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu​—Tweġibiet Prattiċi għall-​Mistoqsijiet Tagħhom, It-​2 Volum, kapitlu 35)

      Sir af għala l-​ħajja ta’ mara saret ħafna aħjar għax għamlet ħbieb ma’ Ġeħova.

      “Ma ridtx immut!” (It-​Torri tal-​Għassa Nru. 1 2017)

      Isma’ kif iħossuhom xi żgħażagħ dwar Ġeħova.

      Ġeħova Għala Hu l-​Aqwa Ħabib? (1:​46)

  • Il-Magħmudija Ġġiblek Futur Sabiħ!
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 6. Meta nitgħammdu, insiru parti mill-​familja taʼ Ġeħova

      Meta nitgħammdu, insiru parti minn familja magħquda madwar id-​dinja. Aħna nemmnu l-​istess u ngħixu kif tgħid il-​Bibbja. Ma tagħmilx differenza minn fejn aħna u x’inhu l-​background tagħna. Aqra Ġakbu 2:23 u l-​1 Pietru 2:​17, u mbagħad iddiskuti:

      • Meta persuna titgħammed, kif teffettwa l-​ħbiberija tagħha maʼ Ġeħova u l-​aħwa kollha?

      Grupp taʼ Stampi: Oħt mgħammda ferħana waqt li taħseb dwar il-​ħbieb tajbin li għandha fil-​kongregazzjoni. 1. Hi tiftaħ qalbha m’oħt. 2. Hi tgħin oħt kbira fl-​età biex timxi. 3. Tiekol maʼ ħbieb taʼ etajiet differenti. 4. M’oħt oħra qed tipprietka lil raġel. 5. Tieħu ritratt f’konvenzjoni maʼ żewġ aħwa nisa minn pajjiżi differenti.
  • Alla X’Ħajja Jixtieq Għalina?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 2. Kif tistaʼ tkun ferħan bħalissa?

      Ġeħova ħalaqna bi “bżonn spiritwali,” jiġifieri li nixtiequ nsiru nafuh u naqduh. (Aqra Mattew 5:​3-​6.) Hu jrid li jkollna ħbiberija tajba miegħu, ‘nimxu fi triqatu kollha, inħobbuh, u naqduh b’qalbna kollha.’ (Dewteronomju 10:12; Salm 25:14) Meta nagħmlu hekk, se nkunu ferħanin anki meta jkollna l-​problemi. U meta naqdu lil Ġeħova, aħna nħossu li għandna raġuni għal xiex ngħixu, għax inkunu qed ngħixu kif iridna hu.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja