-
Tista’ int verament ‘tersaq qrib lejn Alla’?Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
-
-
3. Liema stedina jagħmlilna Jehovah, u x’wegħda hemm konnessa magħha?
3 Jehovah jistidinna biex nersqu qrib lejh. Hu jrid u jinsab lest li jaċċettana bħala ħbieb. Fl-istess ħin, iwegħedna li jekk nieħdu passi biex nersqu qrib lejh, hu se jaġixxi bl-istess mod. Se jersaq qrib lejna. B’hekk inkunu nistgħu niksbu xi ħaġa tassew prezzjuża—“il-ħbiberija tal-Mulej.”a (Salm 25:14, Saydon) Ħabib intimu huwa xi ħadd li wieħed jaqsam miegħu affarijiet moħbija jew kunfidenzjali.
4. Kif tiddeskrivih ħabib intimu, u Jehovah b’liema mod juri li hu ħabib bħal dan għal dawk li jersqu qrib lejh?
4 Għandek xi ħabib intimu ma’ min tistaʼ tiftaħ qalbek? Ħabib bħal dan hu wieħed li jimpurtah minnek. Int tafdah, għax wera li hu leali. Meta jkollok xi ħaġa għalxiex tifraħ, tħossok iktar ferħan x’ħin taqsamha miegħu. In-niket tiegħek jittaffa għax hu jisimgħek b’mogħdrija. Hu jifhmek, anki meta donnu ma jkun hemm ħadd iktar li jifhmek. Bl-istess mod, meta tersaq qrib lejn Alla, int ikollok Ħabib speċjali li verament jistmak, jimpurtah minnek, u jifhmek mija fil-mija. (Salm 103:14; 1 Pietru 5:7) Int tafdah bis-sentimenti l-iktar profondi tiegħek, għax taf li hu jimxi b’mod leali, jew tajjeb, ma’ dawk li jimxu b’mod leali miegħu. (Salm 18:26 [18:25, NW]) Madankollu, din l-intimità privileġġata m’Alla nistgħu niksbuha biss għax hu għamilha possibbli.
-
-
Tista’ int verament ‘tersaq qrib lejn Alla’?Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
-
-
a Ta’ interess, il-kelma Ebrajka tradotta “ħbiberija” tintuża f’Għamos 3:7, li tgħid li l-Mulej Sovran Jehovah juri “l-ħwejjeġ moħbija” tiegħu lill-qaddejja tiegħu, u jgħarrfilhom minn qabel x’għandu f’moħħu li jagħmel.
-