Għamos
3 “Isimgħu din il-kelma li Ġeħova qal dwarkom,+ O wlied Israel, dwar il-familja sħiħa li jien ħriġt mill-art taʼ l-Eġittu.+ Hu qal, 2 ‘Lilkom biss kont naf+ mill-familji kollha taʼ l-art.+ Huwa għalhekk li se nitlob kont minnkom għall-iżbalji kollha tagħkom.+
3 “‘Sejrin tnejn jimxu flimkien jekk ma jkunux ftiehmu minn qabel biex jiltaqgħu?+ 4 Jgħajjat iljun fil-foresta meta ma jkollux priża?+ Iljun b’saħħtu se jsemmaʼ leħnu mill-moħba tiegħu jekk ma jkun qabad xejn? 5 Se jaqaʼ għasfur f’nasba fl-art meta m’hemmx xbiek għalih?+ Titlaʼ nasba mill-art meta ma tkun qabdet assolutament xejn? 6 Jekk qarn jindaqq f’belt, ma jitregħdux in-nies?+ Jekk jinqalaʼ gwaj fil-belt, ma jkunx Ġeħova li aġixxa? 7 Għax il-Mulej Sovran Ġeħova ma jagħmel xejn jekk ma jkunx irrivela l-ħaġa kunfidenzjali tiegħu lill-qaddejja tiegħu l-profeti.+ 8 Għajjat iljun!+ Min ma jibżax? Tkellem il-Mulej Sovran Ġeħova! Min ma jipprofetizzax?’+
9 “‘Xandru dan fuq it-torrijiet mgħammrin f’Asdod u fuq it-torrijiet mgħammrin fl-art taʼ l-Eġittu,+ u għidu: “Inġabru flimkien kontra l-muntanji tas-Samarija,+ u araw il-ħafna diżordnijiet f’nofsha u l-imbrolji li jsiru fiha.+ 10 Ma jafux jagħmlu s-sewwa,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, “dawk li qed jimlew it-torrijiet mgħammrin tagħhom bil-priża li ħadu bil-vjolenza.”’+
11 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Hemm avversarju madwar il-pajjiż,+ u se jneħħilek saħħtek u jaħtaf il-priża tat-torrijiet mgħammrin tiegħek.’+
12 “Hekk qal Ġeħova, ‘Bħalma r-ragħaj jaħtaf żewġ riġlejn* jew biċċa widna minn ħalq l-iljun,+ hekk jinħatfu wlied Israel, dawk li qegħdin bil-qiegħda fis-Samarija fuq friex impressjonanti+ u fuq xi divan+ taʼ Damasku.’
13 “‘Isimgħu u agħtu xiehda+ fid-dar taʼ Ġakobb,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, l-Alla taʼ l-armati. 14 ‘Għax dakinhar li nitlob kont+ minn Israel taʼ l-irvellijiet tiegħu, jien se nitlob kont ukoll mill-artali taʼ Betel;+ u l-qrun taʼ l-artal jitqaċċtu u jaqgħu fl-art.+ 15 U nġarraf id-dar tax-xitwa+ kif ukoll id-dar tas-sajf.’+
“‘U d-djar taʼ l-avorju se jkollhom jgħibu,+ u bosta djar se jkollhom jiġu fi tmiemhom,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.”