LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 9/15 p. 22
  • Mistoqsijiet mill-qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • “Dawk li Jfittxu lil Ġeħova Ma Jonqoshom Xejn li Hu Tajjeb”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Ġeħova—‘Dak li Ħarrab’ fi Żminijiet Bibliċi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • “Għallimni Nagħmel ir-Rieda Tiegħek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Strieħ fuq l-Ispirtu t’Alla Meta Tiffaċċja Bidliet fil-Ħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 9/15 p. 22

MISTOQSIJIET MILL-QARREJJA

Il-kumment taʼ David f’​Salm 37:25 u l-istqarrija taʼ Ġesù f’​Mattew 6:33, ifissru li Ġeħova qatt mhu se jippermetti li Kristjan ma jkollux biżżejjed ikel?

David kiteb li hu ‘qatt ma ra lil xi ħadd ġust abbandunat għalkollox, lanqas lil uliedu jfittxu l-​ħobż.’ B’hekk, hu għamel stqarrija ġenerali bbażata fuq l-​esperjenza tiegħu stess. Hu kien jaf li Alla dejjem ħa ħsiebu. (Salm 37:25) Madankollu, il-​kliem taʼ David ma jfissirx li l-​ebda aduratur qatt ma bata għax ma kellux l-​affarijiet neċessarji jew li qatt mhu se jiġri dan.

Kien hemm żminijiet meta David innifsu esperjenza ċirkustanzi diffiċli ħafna. Wieħed minn dawn iż-​żminijiet kien meta kien qed jaħrab minn Sawl. David ma tantx kellu provvisti, u hu talab biex jingħata ħobż għalih innifsu u għal dawk li kienu miegħu. (1 Sam. 21:1-​6) Għalhekk, dak il-​ħin David kien qed ‘ifittex il-​ħobż.’ Però, f’dik is-​sitwazzjoni kritika, hu kien jaf li Ġeħova ma kienx abbandunah. Il-​fatt hu li mkien ma naqraw li David kellu joqgħod joħroġ jittallab għall-​ikel li kellu bżonn biex jibqaʼ ħaj.

F’​Mattew 6:33 insibu l-​assiguranza taʼ Ġesù li Alla se jissodisfa l-​bżonnijiet tal-​qaddejja leali li jpoġġu l-​interessi tas-​Saltna l-​ewwel f’ħajjithom. Ġesù qal: “Mela, ibqgħu fittxu l-​ewwel is-​saltna u s-​sewwa tiegħu, u dawn l-​affarijiet l-​oħrajn kollha [inkluż l-​ikel, ix-​xorb, u l-​ilbies] se jiżdidulkom.” Madankollu, Ġesù indika wkoll li minħabba l-​persekuzzjoni, ‘ħutu’ għandhom mnejn ibatu l-​ġuħ. (Mt. 25:35, 37, 40) Hekk ġralu l-​appostlu Pawlu. Kultant, hu bata l-​ġuħ u l-​għatx.—2 Kor. 11:27.

Irġiel qed imutu bil-ġuħ f’kamp tal-konċentrament

Ġeħova jgħidilna li se niġu persegwitati b’diversi modi. Għandu mnejn jippermetti li ngħaddu mingħajr ċerti affarijiet bżonjużi hekk kif ngħinu biex inwieġbu l-​akkużi li għamel ix-​Xitan. (Ġob 2:3-​5) Pereżempju, xi wħud minn sħabna l-​Kristjani, bħal dawk li tpoġġew f’kampijiet tal-​konċentrament tan-​Nazi, sabu ruħhom fil-​periklu minħabba l-​persekuzzjoni. Li x-​Xhieda jiġu mċaħħdin minn ikel xieraq kien wieħed mill-​agħar metodi li kienu jużaw l-​opponenti biex jipprovaw ikissru l-​integrità tagħhom. Xhieda leali baqgħu jobdu lil Ġeħova; hu m’abbandunahomx. Hu ppermetta li jgħaddu minn din il-​prova, bħalma jippermetti li l-​Kristjani kollha jiffaċċjaw provi oħrajn. Madankollu, ċertament li Ġeħova jgħinhom jissaportu lil dawk kollha li jbatu minħabba ismu. (1 Kor. 10:13) Nistgħu nżommu f’moħħna l-​kliem li nsibu f’​Filippin 1:29: “Għaliex lilkom ngħata l-​privileġġ għan-​nom taʼ Kristu, mhux biss biex tpoġġu l-​fidi tagħkom fih, imma wkoll biex issofru għalih.”

Ġeħova jwiegħed li se jkun mal-​qaddejja tiegħu. Pereżempju, Isaija 54:17 jgħid: “Kwalunkwe arma li tissawwar kontrik ma tirnexxix.” Din u wegħdi simili oħrajn jiggarantixxu li l-​poplu t’Alla bħala grupp se jkun protett. Imma b’mod individwali, Kristjan jistaʼ jgħaddi minn provi, saħansitra sal-​punt tal-​mewt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja