LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 12/15 pp. 12-16
  • Ibqaʼ Qrib taʼ Jehovah

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ibqaʼ Qrib taʼ Jehovah
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Rispons Skond il-​Għan t’Alla
  • Eżempji taʼ li Wieħed Jibqaʼ Qrib taʼ Jehovah
  • Ġesù, l-​Eżempju Tagħna
  • Nitfgħu t-​Tagħbijiet Tagħna Fuq Jehovah
  • It-​Talb u t-​Tama se Jkomplu
  • Għala Għandna Nitolbu bla Heda?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Kif Tistaʼ Tersaq Qrib Lejn Alla
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Erfaʼ ’l Fuq Idejn Leali Biex Titlob
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Ersaq Qrib Lejn Alla bit-​Talb
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 12/15 pp. 12-16

Ibqaʼ Qrib taʼ Jehovah

“Ipperseveraw fit-​talb.”−RUMANI 12:12.

1. X’inhi r-​rieda taʼ Jehovah rigward it-​talb, u l-​appostlu Pawlu liema inkuraġġiment ta dwar it-​talb?

JEHOVAH huwa “dak Alla li jagħti t-​tama” lin-​nies leali kollha tiegħu. Bħala “Semmiegħ it-​talb,” hu jismaʼ t-​talbiet tagħhom għall-​għajnuna biex jaslu għat-​tama ferrieħa li hu jqiegħed quddiemhom. (Rumani 15:13; Salm 65:2) U permezz tal-​Kelma tiehħu, il-​Bibbja, hu jinkuraġġixxi lill-​qaddejja kollha tiegħu biex jiġu għandu kull x’ħin iridu. Hu dejjem hemm, billi jixtieq li jirċievi t-​tħassib l-​iktar ġewwieni tagħhom. Fil-​fatt, hu jinkuraġġihom biex “jipperseveraw fit-​talb” u biex ‘jitolbu bla ma jaqtgħu.’a (Rumani 12:12; 1 Tessalonkin 5:17) Hija r-​rieda taʼ Jehovah li l-​Kristjani kollha l-​ħin kollu jsejħulu bit-​talb, billi jferrgħu lil qlubhom lilu u jagħmlu dan f’isem l-​Iben maħbub tiegħu, Ġesù Kristu.—Ġwann 14:6, 13, 14.

2, 3. (a) Pawlu għala ħeġġiġna biex ‘nipperseveraw fit-​talb’? (b) Liema assigurazzjoni għandna li Alla jridna nitolbu?

2 Alla għala jagħtina dan it-​tħeġġiġ? Għaliex il-​pressjonijiet u r-​responsabbiltajiet tal-​ħajja jistgħu jtaqqluna tant li nistgħu ninsew nitolbu. Jew il-​problemi jistgħu jegħlbuna u jġagħluna nieqfu milli nifirħu bit-​tama u ma nitolbux. Minħabba f’dawn l-​affarijiet, għandna bżonn tfakkiriet li jinkuraġġuna biex nitolbu u biex nersqu qrib ferm lejn is-​sors taʼ għajnuna u faraġ, Jehovah Alla tagħna.

3 Id-​dixxiplu Ġakbu kiteb: “Ersqu qrib lejn Alla, u hu se jersaq qrib lejkom.” (Ġakbu 4:8) Iva, Alla la hu fil-​għoli wisq u lanqas ’il bogħod minna wisq biex jismaʼ l-​espressjonijiet tagħna li nagħmlulu, minkejja l-​kundizzjoni umana imperfetta tagħna. (Atti 17:27) Iktar minn hekk, hu mħux indifferenti jew ma jimportahx. Igħid is-​salmista: “Għajnejn Jehovah huma lejn it-​twajbin, u widnejh huma lejn il-​għajta tagħhom għall-​għajnuna.”−Salm 34:15; 1 Pietru 3:12.

4. Li Jehovah hu attent għat-​talb kif jistaʼ jiġi muri b’tixbieha?

4 Iva, Jehovah jistieden it-​talb. Nistgħu nqabblu dan maʼ laqgħa soċjali fejn għadd taʼ nies qegħdin flimkien jitkellmu. Int qiegħed hemm, tismaʼ lill-​oħrajn jitkellmu. L-​irwol tiegħek huwa dak taʼ osservatur. Imma mbagħad xi ħadd idur lejk, isemmi ismek, u jidderieġi l-​kliem tiegħu lejk. Dan jiġbed l-​attenzjoni tiegħek b’mod speċjali. Bl-​istess mod, Alla huwa dejjem attent għan-​nies tiegħu, huma fejn huma. (2 Kronaki 16:9; Proverbji 15:3) Mela hu jismaʼ l-​kliem tagħna, billi josserva b’mod protettiv u b’interess, bħal li kieku. Meta nsejħu isem Alla fit-​talb, madankollu, l-​attenzjoni tiegħu tiġi miġbuda, u hu issa ffokat fuqna b’mod espliċitu. Bil-​qawwiet tiegħu, Jehovah jistaʼ saħansitra jagħraf u jifhem il-​petizzjoni mhix imlissna tal-​bniedem offruta ġewwa l-​partijiet moħbijin taʼ qalbu u moħħu. Alla jassigurana li se jersaq qrib lejn dawk kollha li qegħdin isejħu lil ismu bis-​sinċerità u qegħdin ifittxu biex jibqgħu qrib tiegħu.—Salm 145:18.

Rispons Skond il-​Għan t’Alla

5. (a) Il-​parir “ipperseveraw fit-​talb” x’jindika rigward it-​talb tagħna? (b) Alla kif iwieġeb it-​talb?

5 Il-​parir biex nipperseveraw fit-​talb jindika li Jehovah kultant jistaʼ jħallina nibqgħu nitolbu dwar kwistjoni għal xi żmien qabel ma t-​tweġiba tiegħu ssir apparenti. Jistaʼ saħansitra jkollna t-​tendenza li ngħejjew nitolbu lil Alla għal xi favur jew għal qalb tajba bl-​imħabba li tistaʼ tidher li hi meħtieġa ferm imma li se ddum ma tiġi. B’hekk, Alla Jehovah jitlobna bil-​ħrara biex ma nċedux għal raġunar bħal dan imma biex nibqgħu nitolbu. Għandna nkomplu nitolbuh bil-​ħniena dwar it-​tħassib tagħna, fiduċjużi li hu jirrispetta t-​talba tagħna u se jissodisfa l-​ħtieġa reali tagħna, mhux sempliċement dak li stajna rraġunajna. Alla Jehovah bla dubju jibbilanċja l-​petizzjonijiet tagħna skond il-​għan tiegħu. Per eżempju, oħrajn jistgħu jiġu effettwati bit-​talba tagħna. Nistgħu nxebbhu l-​kwistjoni maʼ dik taʼ missier li ibnu jitolbu rota. Il-​missier jaf li jekk jixtri rota lil dak l-​iben, ibnu l-​ieħor ikun irid waħda wkoll. Ladarba iben wieħed jistaʼ jkun żgħir wisq biex jirkeb rota, il-​missier jistaʼ jiddeċiedi biex ma jixtri xejn f’dak iż-​żmien partikulari. Bl-​istess manjiera, fid-​dawl tal-​għan tieġħu u taʼ kif jikkalkula l-​ħin taʼ kollox, Missierna tas-​sema jiddeċiedi x’inhu verament l-​aħjar għalina u għal oħrajn.—Salm 84:8, 11; qabbel Ħabakkuk 2:3.

6. Ġesù ta liema tixbieha rigward it-​talb, u l-​perseveranza fit-​talb x’turi?

6 Taʼ min jinnotaha hija t-​tixbieha li Ġesù ta dwar il-​bżonn għad-​dixxipli tiegħu “dejjem biex jitolbu u biex ma jċedux.” Armla, li ma setgħetx tikseb ġustizzja, ipperseverat fit-​talba tagħha lil imħallef uman sakemm sa fl-​aħħar irċeviet ġustizzja. Ġesù żied: “Ċertament, allura, sejjer Alla ma jġigħelx li ssir ġustizzja mal-​magħżulin tiegħu?” (Luqa 18:1-7) Il-​perseveranza fit-​talb turi l-​fidi tagħna, kemm niddependu minn Jehovah, kemm aħna lesti li nibqgħu qrib tiegħu u nagħmlu l-​petizzjoni tagħna, billi nħallu r-​riżultat f’idejh.—Ebrej 11:6.

Eżempji taʼ li Wieħed Jibqaʼ Qrib taʼ Jehovah

7. Kif nistgħu aħna nimitaw il-​fidi taʼ Abel f’li nibqgħu qrib taʼ Jehovah?

7 Il-​Bibbja miżgħuda b’rakkonti taʼ talb imlissen mill-​qaddejja t’Alla. Dawn “inkitbu għat-​tagħlim tagħna, biex permezz tas-​sabar tagħna u permezz tal-​faraġ mill-​Iskrittura nistgħu jkollna t-​tama.” (Rumani 15:4) It-​tama tagħna tiġi msaħħa billi nikkunsidraw xi eżempji taʼ dawk li baqgħu qrib taʼ Jehovah. Abel offra sagrifiċċju aċċettabbli lil Alla, u għalkemm ebda talba ma hi rrapportata, hu bla dubju appella bit-​talb lil Jehovah biex l-​offerta tiegħu tistaʼ tkun aċċettata. Ebrej 11:4 igħid: “Bil-​fidi Abel offra ’l Alla sagrifiċċju li jiswa iktar minn taʼ Kajjin, permezz taʼ liema fidi kellu xiehda mogħtija lilu li hu kien twajjeb.” Abel kien jaf bil-​wegħda t’Alla f’​Ġenesi 3:15, imma mqabbel maʼ dak li aħna nafu issa, hu kien jaf ftit ferm. Madankollu, Abel aġixxa fuq il-​għarfien li kellu. Hekk ukoll illum, xi wħud minn dawk li huma ġodda f’dak li hu interess fil-​verità t’Alla għad m’għandhomx ħafna għarfien. Imma jitolbu u jieħdu li jistgħu mill-​għarfien li għandhom, kif għamel Abel. Iva, huma jaġixxu bil-​fidi.

8. Għala nistgħu nkunu ċerti li Abraham baqaʼ qrib taʼ Jehovah, u liema mistoqsija għandna nistaqsu lilna nfusna?

8 Qaddej leali ieħor t’Alla kien Abraham, “il-​missier taʼ dawk kollha li għandhom il-​fidi.” (Rumani 4:11) Illum, iktar minn qatt qabel, aħna għandna bżonn fidi qawwija, u għandna bżonn li nitolbu bil-​fidi, bħalma għamel Abraham. Ġenesi 12:8 igħid li hu bena artal “lil Jehovah u beda jsejjaħ isem Jehovah.” Abraham kien jafu l-​isem t’Alla u wżah fit-​talb. Darba wara l-​oħra hu b’mod sinċier ippersevera fit-​talb, billi sejjaħ “l-​isem taʼ Jehovah dak Alla li jdum b’mod indefinit.” (Ġenesi 13:4; 21:33) Abraham kien qiegħed isejjaħ lil Alla bil-​fidi li għaliha sar famuż. (Ebrej 11:17-19) It-​talb għen lil Abraham biex jibqaʼ jifraħ ħafna bit-​tama tas-​Saltna. Qegħdin aħna nsegwu l-​eżempju taʼ Abraham taʼ perseveranza fit-​talb?

9. (a) It-​talb taʼ David għala hu taʼ benefiċċju kbir għan-​nies t’Alla llum? (b) X’jistaʼ jirriżulta milli aħna nitolbu bħalma għamel David biex nibqgħu qrib taʼ Jehovah?

9 David kien jispikka f’dik li hi perseveranza fit-​talb, u s-​salmi tiegħu juru x’għandu jkun fih it-​talb. Per eżempju, il-​qaddejja t’Alla jistgħu jitolbu b’mod xieraq għal affarijiet bħalma huma s-​salvazzjoni jew il-​ħelsien (Sa 3:7, 8; 60:5), il-​gwida (Sa 25:4, 5), il-​protezzjoni (Sa 17:8), il-​maħfra tad-​dnubiet (Sa 25:7, 11, 18), u l-​qalb pura (Sa 51:10). Meta David ħassu milqut, hu talab: “Ġiegħel lill-​qalb tal-​qaddej tiegħek tifraħ.” (Sa 86:4) Aħna nistgħu nitolbu bl-​istess mod għal ferħ tal-​qalb, billi nafu li Jehovah jixtieq li nifirħu bit-​tama tagħna. David baqaʼ qrib taʼ Jehovah u talab: “Ruħi segwietek mill-​qrib; fuqi idek il-​leminija żżomm qabda soda.” (Sa 63:8) Sejrin aħna nibqgħu qrib taʼ Jehovah, kif għamel David? Jekk iva, hu se jappoġġjana wkoll.

10. Is-​salmista Asaf liema ħsibijiet żballjati kellu darba minnhom, imma x’sar jirrealizza?

10 Jekk irridu nibqgħu qrib taʼ Jehovah, għandna bżonn li ma ngħirux għal dawk li huma mill-​agħar minħabba l-​ħajjiet komdi u materjalistiċi tagħhom. Is-​salmista Asaf darba minnhom ħass li ma kien taʼ ebda valur li wieħed jaqdi lil Jehovah, għax dawk li huma mill-​agħar “huma komdi b’mod indefinit.” Imma hu nduna li r-​raġunar tiegħu kien żballjat u li dawk li huma mill-​agħar qegħdin “fuq art tiżloq.” Hu rrealizza li ma kien hemm xejn aħjar milli wieħed jibqaʼ qrib taʼ Jehovah, u hu esprima ruħu lil Alla b’dan il-​mod: “Jien il-​ħin kollu miegħek; int qbadt lil idi l-​leminija. Għax, ħares! dawk stess li qegħdin iżommu ’l bogħod minnek se jgħibu.... Imma nkwantu għalija, li nersaq qrib lejn Alla huwa tajjeb għalija. Fil-​Mulej Sovran Jehovah jien qigħedt il-​kenn tiegħi, biex niddikjara x-​xogħlijiet kollha tiegħek.” (Salm 73:12, 13, 18, 23, 27, 28) Minflok ma ngħiru għall-​ħajjiet tan-​nies mill-​agħar li ma jimportahom minn xejn, in-​nies taʼ mingħajr tama, ejjew nimitaw lil Asaf f’li nibqgħu qrib taʼ Jehovah.

11. Danjel għala hu eżempju mill-​aħjar taʼ li wieħed jibqaʼ qrib taʼ Jehovah, u kif nistgħu nimitawh?

11 Danjel ippersevera b’mod riżolut fit-​talb, saħansitra f’wiċċ il-​periklu taʼ li jitqiegħed fil-​ħofra tal-​iljuni minħabba li m’obdiex restrizzjonijiet uffiċċjali fuq it-​talb. Imma Jehovah “bagħat lill-​anġlu tiegħu u għalaq ħalq l-​iljuni,” u b’hekk ħeles lil Danjel. (Danjel 6:7-10, 22, 27) Danjel kien imbierek bil-​kbir bil-​perseveranza tiegħu fit-​talb. Nipperseveraw aħna wkoll fit-​talb, speċjalment meta niffaċċjaw oppożizzjoni għall-​ippridkar tagħna tas-​Saltna?

Ġesù, l-​Eżempju Tagħna

12. (a) Fil-​bidu tal-​ministeru tiegħu, Ġesù liema eżempju ta rigward it-​talb, u dan kif jistaʼ jibbenefika lill-​Kristjani? (b) It-​talba mudell taʼ Ġesù x’tirrivela dwar it-​talb?

12 Dritt mill-​bidu tal-​ministeru tiegħu fuq l-​art, Ġesù huwa osservat qiegħed jitlob. L-​attitudni taʼ talb tiegħu waqt li kien qiegħed jiġi mgħammed kienet taʼ eżempju mill-​aħjar għal dawk li jitgħammdu bil-​magħmudija tal-​ilma llum. (Luqa 3:21, 22) Wieħed jistaʼ jitlob għall-​għajnuna t’Alla biex iwettaq dak li tissimbolizza l-​magħmudija tal-​ilma. Ġesù għen ukoll lil oħrajn biex jersqu lejn Jehovah bit-​talb. Darba minnhom meta Ġesù kien f’ċertu post jitlob, wieħed mid-​dixxipli tiegħu qallu wara: “Mulej, għallimna kif nitolbu.” Ġesù mbagħad irrakkonta dik li hi magħrufa maʼ kullimkien bħala t-​talba mudell, li fiha s-​sekwenza tas-​suġġetti turi li l-​isem u l-​għan t’Alla għandhom jingħataw prijorità. (Luqa 11:1-4) B’hekk, fit-​talb tagħna għandna bżonn inżommu l-​perspettiva u l-​bilanċ, u ma nittraskurawx “l-​affarijiet iktar importanti.” (Filippin 1:9, 10) M’għandniex xi ngħidu, hemm żminijiet meta jkun hemm xi bżonn speċjali jew meta xi problema speċifika jkollha bżonn li jsir talb għaliha. Bħal Ġesù, il-​Kristjani jistgħu jmorru għand Alla bit-​talb biex ifittxu s-​saħħa biex iwettqu ċerti inkarigi jew biex jiffaċċjaw provi jew perikli partikulari. (Mattew 26:36-44) Fil-​fatt, talb persunali jistaʼ jħaddan tistaʼ tgħid lil kull aspett tal-​ħajja.

13. Ġesù kif wera l-​importanza taʼ li nitolbu għal oħrajn, u b’liema effett taʼ ġid fuq it-​talb tagħna?

13 Bl-​eżempju mill-​aħjar tiegħu, Ġesù wera l-​importanza taʼ li wieħed jitlob għannom taʼ ħaddieħor. Hu kien jaf li d-​dixxipli tiegħu kellhom ikunu mibgħudin u ppersegwitati, saħansitra bħalma kien hu. (Ġwann 15:18-20; 1 Pietru 5:9) Hu, għalhekk, għamel petizzjoni lil Alla ‘biex igħasses fuqhom minħabba l-​wieħed mill-​agħar.’ (Ġwann 17:9, 11, 15, 20) U billi kien jaf bil-​prova speċjali li Pietru kellu quddiemu, hu qallu: “Jien għamilt tħannin għalik biex il-​fidi tiegħek ma tonqosx.” (Luqa 22:32) Kemm isir ġid jekk aħna wkoll nippersistu f’li nitolbu għal ħutna, billi naħsbu f’oħrajn u mhux biss fil-​problemi u l-​interessi tagħna stess!—Filippin 2:4; Kolossin 1:9, 10.

14. Kif nafu li Ġesù baqaʼ qrib ferm taʼ Jehovah matul il-​ministeru tiegħu fuq l-​art, u kif nistgħu nimitawh?

14 Matul il-​ministeru tiegħu, Ġesù ppersevera fit-​talb, billi baqaʼ qrib ferm taʼ Jehovah. (Ebrej 5:7-10) L-​appostlu Pietru, f’​Atti 2:25-28, jikkwota Salm 16:8 u japplikah għall-​Mulej Ġesù Kristu: “David igħid dwaru, ‘Jien kelli lil Jehovah il-​ħin kollu quddiem għajnejja; għaliex hu qiegħed fuq il-​leminija tiegħi biex nistaʼ ma niġi mheżheż qatt.”ˈ Aħna nistgħu nagħmlu l-​istess ħaġa. Nistgħu nitolbu biex Alla jkun qrib tagħna, u nistgħu nuru l-​fiduċja tagħna f’Jehovah billi nżommuh il-​ħin kollu mentalment quddiem għajnejna. (Qabbel Salm 110:5; Isaija 41:10, 13.) Imbagħad se nevitaw kull xorta taʼ nkwiet, għax Jehovah se jappoġġjana, u qatt m’aħna se nixxenglu.

15. (a) Rigward liema ħaġa m’għandna qatt nonqsu li nipperseveraw fit-​talb? (b) Liema attenzjoni tingħata rigward ir-​radd il-​ħajr tagħna?

15 Jalla qatt ma nonqsu li nesprimu radd il-​ħajr lil Jehovah għat-​tjubija kollha tiegħu lilna, iva, “[i]l-qalb tajba mhix mistħoqqa li tisboq t’Alla,” li tinkludi r-​rigal taʼ Ibnu bħala sagrifiċċju taʼ rahan għal dnubietna. (2 Korintin 9:14, 15; Mark 10:45; Ġwann 3:16; Rumani 8:32; 1 Ġwann 4:9, 10) Tabilħaqq, f’isem Ġesù, kunu qegħdin “troddu ħajr dejjem għall-​affarijiet kollha lil Alla u Missier tagħna.” (Efesin 5:19, 20; Kolossin 4:2; 1 Tessalonkin 5:18) Irridu noqogħdu attenti biex ma nħallux ir-​radd il-​ħajr tagħna għal dak li għandna jsir taʼ togħma qarsa minħabba li nkunu tant preokkupati b’dak li m’għandniex jew bil-​problemi tagħna.

Nitfgħu t-​Tagħbijiet Tagħna Fuq Jehovah

16. Meta xi tagħbija tinkwetana, x’għandna nagħmlu?

16 Il-​persistenza fit-​talb turi kemm hi profonda d-​devozzjoni tagħna. Meta nsejħu lil Alla, l-​effett fuqna huwa tajjeb saħansitra qabel ma tiġi tweġiba mingħandu. Jekk xi tagħbija qiegħda tinkwieta lil moħħna, nistgħu nibqgħu qrib taʼ Jehovah billi nsegwu l-​parir: “Ixħet it-​tagħbija tiegħek fuq Jehovah innifsu, u hu nnifsu se jsostnik.” (Salm 55:22) Billi nixħtu t-​tagħbijiet kollha tagħna—l-​anzjetajiet, l-​inkwiet, id-​diżappunti, il-​biżaʼ, u nibqgħu sejrin—fuq Alla, b’fidi sħiħa fih, nirċievu kalma tal-​qalb, “[i]l-paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb.”−Filippin 4:4, 7; Salm 68:19; Mark 11:24; 1 Pietru 5:7.

17. Kif nistgħu aħna niksbu l-​paċi t’Alla?

17 Tigi din il-​paċi t’Alla minnufih? Għalkemm nistgħu niksbu xi serħan immedjatament, dak li Ġesù qal dwar li wieħed jitlob għall-​ispirtu qaddis igħodd għal hawnhekk ukoll: “Ibqgħu staqsu, u se jingħatalkom; ibqgħu fittxu, u se ssibu; ibqgħu ħabbtu, u se jinfetħilkom.” (Luqa 11:9-13) Ladarba l-​ispirtu qaddis huwa l-​mezz li bih inwarrbu l-​anzjeta, għandna bżonn nipperseveraw f’li nitolbu l-​paċi t’Alla u l-​għajnuna tiegħu rigward it-​tagħbijiet tagħna. Nistgħu nkunu żguri li bil-​persistenza fit-​talb, aħna se niksbu s-​serħan u l-​kalma tal-​qalb li nixtiequ.

18. Jehovah x’jagħmel għalina jekk ma nkunux nafu eżatt għal liema ħaġa se nitolbu f’ċerta sitwazzjoni?

18 Imma x’jiġri jekk ma nkunux nafu eżatt għal liema ħaġa se nitolbu? Il-​krib ġewwieni tagħna spiss jibqaʼ mhux imlissen għaliex ma nifhmux għalkollox is-​sitwazzjoni tagħna, jew ma nafux assolutament x’se nippreżentaw lil Jehovah. Huwa hawn li l-​ispirtu qaddis jistaʼ jinterċedi għalina. Pawlu kiteb: “Il-​problema taʼ x’għandna nitolbu skond ma neħtieġu ma nafux, imma l-​ispirtu nnifsu jidħol għalina bi krib mhux imlissen.” (Rumani 8:26) Kif? Fil-​Kelma t’Alla hemm profeziji mnebbħin u talb li għandhom x’jaqsmu mas-​sitwazzjoni tagħna. Hu jħalli lil dawn jinterċedu għalina, bħal li kieku. Hu jaċċetta dawn bħala li huma dak li aħna konna nitolbu għalih kieku biss konna nafu t-​tifsir tagħhom fil-​każ tagħna, u għaldaqstant hu jwettaqhom.

It-​Talb u t-​Tama se Jkomplu

19. It-​talb u t-​tama għala se jibqgħu għal dejjem?

19 It-​talb lil Missierna tas-​sema se jkomplu għal dejjem, speċjalment rigward ir-​radd il-​ħajr għad-​dinja l-​ġdida u l-​barkiet kollha tagħha. (Isaija 65:24; Rivelazzjoni 21:5) Aħna se nkomplu wkoll nifirħu bit-​tama, għax tama f’xi għamla se tibqaʼ għal dejjem. (Qabbel 1 Korintin 13:13.) Liema affarijiet ġodda Jehovah se joħloq meta ma jkunx għadu taħt il-​jum taʼ mistrieħ tas-​Sabat lejn l-​art li kien imponut fuqu minnu stess, lanqas nistgħu saħansitra nimmaġinaw. (Ġenesi 2:2, 3) Għall-​eternità kollha, hu se jkollu sorpriżi taʼ mħabba ’l quddiem għan-​nies tiegħu, u l-​futur joffri affarijiet grandjużi f’dak li għandu x’jaqsam maʼ li wieħed jagħmel ir-​rieda tiegħu.

20. X’għandha tkun id-​determinazzjoni tagħna, u għala?

20 B’tama li tqanqal bħal din quddiemna jalla lkoll kemm aħna nibqgħu qrib taʼ Jehovah billi nipperseveraw fit-​talb. Jalla qatt ma nieqfu niżżu ħajr lil Missierna tas-​sema għall-​barkiet kollha tagħna. Fiż-​żmien xieraq l-​istennijiet tagħna se jiġu rrealizzati bil-​ferħ, saħansitra iktar milli stajna immaġinajna jew antiċipajna, għax Jehovah jistaʼ “jagħmel iktar bil-​kotra mill-​affarijiet kollha li nitolbu jew naħsbu.” (Efesin 3:20) Minħabba f’dan, allura, ejjew nagħtu t-​tifħir kollu u l-​glorja kollha u r-​radd il-​ħajr kollu għall-​eternità kollha lil Jehovah Alla tagħna, dak “Semmiegħ it-​talb”!

[Nota taʼ taħt]

a Skond Webster’s New Dictionary of Synonyms, il-​frażi “Li tippersevera kwazi dejjem timplika kwalità ammirevoli; hi tissuġġerixxi kemm li wieħed jirrifjuta li jiġi skuraġġit minn falliment, dubji, jew diffikultajiet, u kemm li wieħed jiġri b’mod sod u determinat wara għan jew twettieq.”

Kif Twieġeb Int?

◻ Għala għandna bżonn nipperseveraw fit-​talb?

◻ X’nitgħallmu minn eżempji taʼ talb taʼ qabel l-​era Kristjana?

◻ L-​eżempju taʼ Ġesù x’igħallimna dwar it-​talb?

◻ Kif nistgħu nixħtu t-​tagħbijiet tagħna fuq Jehovah u b’liema riżultat?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja