LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 7/15 pp. 4-5
  • Jismaʼ Alla Meta Titlob Int?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jismaʼ Alla Meta Titlob Int?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Talbiet li Nstemgħu
  • Tweġibiet għal Talbiet
  • Kun Fiduċjuż li Alla Jismaʼ
  • It-Talb taʼ Min Jiġi Mwieġeb?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Ersaq Qrib Lejn Alla bit-​Talb
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • It-Talb Taʼ Min Jinstemaʼ?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Introduzzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 7/15 pp. 4-5

Jismaʼ Alla Meta Titlob Int?

WIEĦED li jikkmanda jiddeċiedi hu jekk iqabbadx li xi ħadd ieħor għal xi biċċa xogħol jew jiħux ħsiebha hu personalment. B’mod simili, il-​Ħakkiem Sovran tal-​univers għandu l-​ghażla li jiddetermina safejn għandu jindaħal personalment fi kwalunkwe kwistjoni. L-​Iskrittura tgħallem li Alla ghażel li jinvolvi ruħu personalment fit-​talbiet tagħna u għalhekk tgħidilna biex nindirizzaw dawn lilu.−Salm 66:19; 69:13.

Il-ghażla t’Alla f’din il-​kwistjoni tirrivela l-​interess persunali tiegħu fit-​talbiet tal-​qaddejja umani tiegħu. Minflok ma jiskuraġġixxi lin-​nies tiegħu milli jersqu lejh b’kull ħsieb u b’kulma jinkwetahom, hu jħeġġigħom: “Itolbu bla ma taqtgħu,” “ipperseveraw fit-​talb,“ ˈixħtu t-​tagħbija tagħkom fuq Jehovah innifsu,ˈ “itfgħu l-​anzjetà kollha tagħkom fuq [Alla].“−1 Tessalonkin 5:17; Rumani 12:12; Salm 55:22; 1 Pietru 5:7.

Kieku Alla ma riedx li jagħti attenzjoni lit-​talbiet tal-​qaddejja tiegħu, qatt ma kien joħloq aċċess bħal dan għalih u jinkuraġġixxi l-​użu liberu tiegħu. Dan, allura, li Alla jagħżel li jagħmel lilu nnifsu tant aċċessibbli għan-​nies tiegħu, huwa raġuni waħda għala għandna jkollna fiduċja li hu attwalment jismaʼ. Iva, hu jikkunsidra lil kull waħda mit-​talbiet tal-​qaddejja tiegħu.

M’għandna qatt ninsew il-​fatt li l-​Bibbja tistqarr b’mod ċar li Alla jismaʼ t-​talb. L-​appostlu Ġwanni, per eżempju, jikteb: “Din hi l-​fiduċja li għandna fih, li, hu x’inhu li nitolbu skond ir-​rieda tiegħu, hu jismagħna.” (1 Ġwann 5:14) Is-​Sultan David irrefera għal Alla Jehovah bħala “Semmiegħ it-​talb” u stqarr b’fiduċja: “Hu jismaʼ lil leħni.”−Salm 55:17; 65:2.

Mela fil-​waqt li l-​att tat-​talb bla dubju fih beneficcji fih innifsu, l-​Iskrittura turi li ħafna iktar huwa involut meta jitlob wieħed taʼ tjieba. Xi ħadd qiegħed jismaʼ. Dak is-​semmiegħ huwa Alla.−Ġakbu 5:16-18.

Talbiet li Nstemgħu

Il-​Bibbja miżghuda b’rakkonti taʼ nies li t-​talbiet tagħhom kienu, fil-​fatt, mismugħin u mweġbin minn Alla. L-​esperjenzi tagħhom jikkonfermaw b’mod ċar li l-​benefiċċji tat-​talb imorru iktar ’il bogħod mill-​effett terapewtiku taʼ li wieħed isir jifhem u jesprimi l-​ħsibijiet tiegħu. Imorru iktar ’il bogħod mill-​isforzi persunali taʼ dak li jkun fi qbil mat-​talbiet tiegħu.

Per eżempju, meta ġie kkonfrontat mill-​konfoffa taʼ Absalom biex jisraq it-​tron fis-​saltna taʼ Iżrael, is-​Sultan David talab: “Dawwar, jekk jogħġbok, il-​parir taʼ Aħitofel [dak li jagħti parir lil Absalom] fi bluha, O Jehovah!” Ma kinetx xi ħaġa żgħira li talab, peress li “l-​parir taʼ Aħitofel . . . kien sewwa sew bħal meta raġel kien jistħarreġ dwar il-​kelma tal-​veru Alla. Dak kien il-​mod kif il-​parir kollu taʼ Aħitofel kien.” Absalom, wara dan, irrifjuta l-​istrateġija ssuġġerita minn Aħitofel biex jiġi megħlub is-​Sultan David. Għala? “Jehovah innifsu kien ta kmand biex ifixkel il-​parir taʼ Aħitofel għalkemm tajjeb sabiex Jehovah ikun jistaʼ jġib gwaj fuq Absalom.” B’mod ċar, it-​talba taʼ David kienet instemgħet.−2 Samwel 15:31; 16:23; 17:14.

B’mod simili, wara li Ħeżekija talab bi tħannin lil Alla biex jeħilsu mill-​marda qerrieda tiegħu, hu fieq. Kien dan sempliċement minħabba l-​benefiċċji psikoloġiċi għal Ħeżekija bħala riżultat talli kien talab? Le, tabilħaqq! Il-​messaġġ taʼ Jehovah lil Ħeżekija, kif imwassal mill-​profeta Isaija, kien: “Smajt it-​talba tiegħek. Rajt id-​dmugħ tiegħek. Hawn jien qiegħed infejqek.”−2 Slaten 20:1-6.

Danjel, li t-​talba tiegħu twieġbet iktar tard milli forsi stenna, ġie assigurat mill-​anġlu taʼ Jehovah: “Kliemek ġie mismugħ.” It-​talbiet taʼ oħrajn, bħalma huma dawk taʼ Ħanna tad-​dixxipli taʼ Ġesù, u taʼ Kornelju l-​fizzjai tal-​armata, kienu mweġbin b’modi li ma jistgħux jiġu kkreditati lill-​abbiltà tal-​bniedem biss. Il-​Bibbja, allura, tgħallem b’mod ċar li t-​talbiet fi qbil mar-​rieda divina jiġu milqugħin, mismugħin, u mweġbin minn Alla.−Danjel 10: 2-14; 1 Samwel 1:1-20; Atti 4:24-31; 10:1-7.

Imma Alla kif iwieġeb it-​talbiet tal-​qaddejja leali tiegħu llum?

Tweġibiet għal Talbiet

It-​talbiet imsemmijin hawn fuq kienu mweġbin b’modi drammatiċi u mirakolużi. Jekk jogħġbok żomm f’moħħok, iżda li saħansitra fi żminijiet Bibliċi, it-​tweġibiet l-​iktar spissi għal talbiet ma kontx tkun tistaʼ tinduna bihom daqshekk faċilment. Dan għaliex dawn kellhom x’jaqsmu maʼ li jagħtu saħħa u tidwil morali, billi jagħmluha possibbli għall-​qaddejja t’Alla li jibqgħu f’korsa taʼ tjieba. B’mod speċjali għall-​Kristjani, it-​tweġibiet għat-​talbiet kienu jinvolvu kwistjonijiet li kienu prinċipalment spiritwali, mhux atti spettakulari jew taʼ qawwa.−Kolossin 1:9.

B’hekk, tkunx iddiżappuntat jekk it-​talbiet tiegħek ma jiġux imweġbin dejjem bil-​mod kif tistenna jew tippreferi int. Per eżempju, minflok ma jwarrab xi prova, Alla forsi jagħżel li jagħtik “qawwa iktar min-​normal” biex tissaportiha. (2 Korintin 4:7; 2 Timotew 4:17) Qatt ma għandna nċekknu valur taʼ qawwa bħal din, u lanqas ma għandna nikkonkludu li Jehovah ma weġibha xejn it-​talba tagħna.

Ikkunsidra l-​każ taʼ ħadd ħlief l-​Iben t’Alla, Ġesù Kristu. Fit-​tħassib tiegħu biex ma jmutx bħala qisu midgħi, Ġesù talab: “Missier, jekk tixtieq, neħħi dan il-​kies minni.” Kienet din it-​talba mismugħa b’mod favorevoli minn Alla? Iva, bħalma huwa kkonfermat f’Ebrej 5:7. Jehovah ma ħelisx lil Ibnu mill-​ħtieġa li jmut fuq zokk tat-​tortura. Minflok, “anġlu mis-​sema deherlu u saħħu.”−Luqa 22:42, 43.

Tweġiba drammatika u mirakoluża? Għal kwalunkwe wieħed minna, hekk hi! Imma għal Alla Jehovah, is-​sors taʼ qawwa bħal din, dan ma kienx miraklu. U Ġesù kien, mill-​ħajja iktar bikrija tiegħu fis-​sema, familjari maʼ okkażjonijiet fl-​imgħoddi meta anġli dehru lil bnedmin. Mela d-​dehra taʼ anġlu ma kellhiex l-​impatt drammatiku fuqu li kien ikollha fuqna. Madankollu, dan l-​anġlu, li Ġesù b’mod evidenti kien jafu personalment mill-​eżistenza pre-umana Tiegħu, għen biex isaħħaħ lil Ġesù għall-​prova li kellu quddiemu dalwaqt.

Meta jwieġeb it-​talbiet tal-​qaddejja leali tiegħu llum, Jehovah spiss jagħti s-​saħħa meħtieġa biEx wieħed jissaporti. Dan l-​appoġġ jistaʼ jkun fil-​għamla taʼ inkuraġġiment minn adoraturi sħabna li magħhom aħna mseħbin personalment. Hemm xi ħadd minna li jkun irid li jirrifjuta dak l-​inkuraġġiment, forsi billi jikkonkludi li ladarba l-​qaddejja sħabna ma ġarrbux provi bħal tagħna, m’humiex f’pożizzjoni li jsaħħuna? Ġesù setaʼ ħasibha hekk dwar l-​anġlu li deherlu. Minflok, hu aċċetta l-​inkuraġġiment bħala t-​tweġiba taʼ Jehovah għat-​talba tiegħu u għalhekk kellu l-​ħila li jwettaq fedelment ir-​rieda taʼ Missieru. Aħna wkoll se nkunu rridu li naċċettaw bi ħlewwa s-​saħħa li Alla jagħti bi tweġiba għat-​talbiet tagħna. Ftakar, ukoll, li perijodi bħal dawn taʼ sabar paċenzjuż huma spiss segwiti minn barkiet bla għadd.−Ekkleżjasti 11:6; Ġakbu 5:11.

Kun Fiduċjuż li Alla Jismaʼ

Qatt titlef il-​fiduċja f’kemm hu effettiv it-​talb jekk ma tkunx imwieġeb minnufih. It-​tweġibiet għal xi talbiet, bħal dawk għal serħan persunali minn niket jew għal iktar responsabbiltà fis-​servizz taʼ dak li jkun lejn Alla, forsi jridu jistennew iż-​żmien li Alla jaf li hu sewwa u l-​aħjar. (Luqa 18:7, 8; 1 Pietru 5:6) Jekk int qed titlob rigward xi ħaga taʼ tħassib persunali profond, uri lil Alla bil-​persistenza tiegħek li x-​xewqa tiegħek hi intensa, u l-​mottiv tiegħek hu pur u ġenwin. Ġakobb wera dan l-​ispirtu meta, wara li ssara fit-​tul maʼ anġlu, hu qal: “M’inix se nħallik tmur qabel ma int l-​ewwel tberikni.” (Ġenesi 32:24-32) Irid ikollna l-​istess fiduċja li, jekk nibqgħu nitolbu, se nirċievu barka fiż-​żmien xieraq.−Luqa 11:9.

L-aħħar ħsieb. Li ningħataw widen mis-​Sovran tal-​univers huwa privileġġ prezzjuż. Minħabba dan, nisimgħu aħna b’attenzjoni meta Alla Jehovah, permezz tal-​Kelma tiegħu, ikellimna dwar il-​ħtigijiet tiegħu? Hekk kif it-​talbiet tagħna jġibuna eqreb b’mod intimu lejn il-​Ħallieq tagħna, aħna se nkunu rridu li nagħtu attenzjoni serja għal kulma hu għandu x’igħidilna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja