LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g17 Nru. 4 p. 9
  • ‘Isem tajjeb aħjar minn ħafna rikkezzi’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Isem tajjeb aħjar minn ħafna rikkezzi’
  • Stenbaħ!—2017
  • Materjal Simili
  • “Ħa Jitqaddes Ismek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Kif Tistaʼ Turi Umiltà Vera?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Uri Rispett lil Oħrajn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Ibqaʼ fit-Tinda taʼ Ġeħova għal Dejjem!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2017
g17 Nru. 4 p. 9
Mekkanik li għandu reputazzjoni tajba

Isem tajjeb, jew reputazzjoni tajba, hi xi ħaġa li ġġib magħha fiduċja u rispett

‘Isem tajjeb aħjar minn ħafna rikkezzi’

ISEM tajjeb, jew reputazzjoni tajba, tant hi xi ħaġa taʼ valur li f’xi pajjiżi dan hu protett legalment. Dan jistaʼ jinkludi protezzjoni kontra l-​malafama (sew jekk tkun bil-​kliem, bil-​kitba, jew imxandra fuq il-​midja). Dan ifakkarna fi proverbju antik: “Aħjar jintgħażel isem tajjeb minflok ħafna rikkezzi; l-​approvazzjoni [jew, ir-​rispett] hi saħansitra aħjar mill-​fidda u d-​deheb.” (Proverbji 22:1) Kif jistaʼ jkollna isem tajjeb u r-​rispett t’oħrajn? Fil-​Bibbja nsibu suġġerimenti mill-​aqwa.

Pereżempju, ikkunsidra dak li tgħid il-​Bibbja f’​Salm 15. Biex iwieġeb il-​mistoqsija, “Min se jkun mistieden fit-​tinda [t’Alla]”? is-​salmista kiteb: ‘Dak li jipprattika s-​sewwa u jitkellem il-​verità f’qalbu. Ma jimmalafamax. Lil sieħbu ma jagħmillu xejn ħażin, u ma jxerred l-​ebda tmaqdir kontra l-​ħabib tiegħu. F’għajnejh, kulmin hu taʼ min jistmerru għandu jitwarrab. Għalkemm dak li ħalef jistaʼ jkun taʼ ħsara għalih, xorta ma jbiddlux. Tixħim ma jaċċettax.’ (Salm 15:1-​5) Kieku int ma tirrispettahx lil min jgħix b’dawn il-​prinċipji mill-​isbaħ?

Kwalità oħra li tgħinek tikseb ir-​rispett hi l-​umiltà. Proverbji 15:33 jgħid: “Qabel il-​glorja hemm l-​umiltà.” Aħseb dwar dan: Xi ħadd umli jara fejn jistaʼ jitjieb u jagħmel ħiltu biex jagħmel dan. Ukoll, ikun lest li jiskuża ruħu jekk ikun offenda b’xi mod lil xi ħadd. (Ġakbu 3:2) Il-​kburi ma jagħmel xejn minn dan; anzi, minflok jieħu għalih malajr. Proverbji 16:18 jgħid: “Qabel tisbita jkun hemm il-​kburija, u qabel it-​tfixkil ikun hemm spirtu supperv.”

Imma xi ngħidu jekk xi ħadd jimmalafamak? Għandek taġixxi fis-​saħna tal-​mument, forsi waqt li tkun irrabjat? Staqsi lilek innifsek, ‘Jekk nipprova niddefendi ismi, se nkun minflok qed inxerred iktar il-​gidba?’ Filwaqt li hemm xi drabi fejn ikun xieraq li tieħu azzjoni legali, il-​Bibbja tagħtina dan il-​parir għaqli: “Tgħaġġilx biex tagħmel kawża legali.” Minflok, “iddefendi l-​kawża tiegħek m’għajrek.” (Proverbji 25:8, 9)a B’dan il-​metodu, tkun qed tuża iktar kawtela u tistaʼ tiffranka ħafna spejjeż legali.

Il-​Bibbja mhijiex sempliċement ktieb dwar ir-​reliġjon. Hi ktieb taʼ min joqgħod fuqu li fih gwida għall-​ħajja. Dawk kollha li japplikaw l-​għerf li hemm fil-​Bibbja jiżviluppaw kwalitajiet mill-​isbaħ. Dan jgħin biex jiksbu isem tajjeb u rispett profond.

a Iktar prinċipji tal-​Bibbja dwar kif tistaʼ tissolva kwistjoni nsibuhom f’​Mattew 5:23, 24; 18:15-​17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja