LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 6/1 pp. 7-11
  • Ħalli “l-Paċi t’Alla” Tgħasses lil Qalbek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħalli “l-Paċi t’Alla” Tgħasses lil Qalbek
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Paċi m’Alla—Kif Intilfet
  • Fil-​Paċi f’Dinja Ostili
  • Bażi Aħjar għall-​Paċi
  • Patt taʼ Paċi
  • Paċi Vera—Minn Liema Sors?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • “Fittex Il-Paċi u Iġri Warajha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Il-​paċi—Kif tistaʼ ssibha?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Min Se Jmexxi lill-Bniedem Lejn il-Paċi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 6/1 pp. 7-11

Ħalli “l-Paċi t’Alla” Tgħasses lil Qalbek

“Jalla Jehovah igħolli wiċċu lejk u jagħtik il-​paċi.”−NUMRI 6:26.

1. Ftit qabel il-​mewt tiegħu, x’kiteb Pawlu lil Timotew, u dan xi żvela?

FIS-​SENA 65 E.K., l-​appostlu Pawlu kien priġunier f’Ruma. Għalkemm ma kienx se jdum ma jmut b’mod vjolenti minn idejn xi bojja uman, Pawlu kien fil-​paċi. Dan jidher sew mill-​kliem li hu kiteb lill-​ħabib iżgħar minnu tiegħu Timotew, meta qallu: “Jien iġġilidt il-​ġlieda mill-​aħjar, jien ġrejt il-​korsa sat-​tmiem, jien osservajt il-​fidi. Minn dan iż-​żmien ’il quddiem hemm riżervata għalija l-​kuruna tat-​tjieba, li l-​Mulej, l-​imħallef twajjeb, se jagħtini bħala rigal f’dak il-​jum.”−2 Timotew 4:7, 8.

2. X’kien li għasses lil qalb Pawlu matul ħajtu kollha mimlija ġrajjiet, sa ma miet?

2 Pawlu kif setaʼ jkun daqshekk kalm wiċċ imb’wiċċ mal-​mewt? Kien għaliex “[i]l-paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb” kienet qed tgħasses lil qalbu. (Filippin 4:7) Din l-​istess paċi kienet ipproteġietu matul is-​snin kollha mimlijin azzjoni minn żmien il-​konverżjoni bikrija tiegħu lejn il-​Kristjanità. Kienet appoġġjatu meta ġie diversi drabi attakkat minn marmalja, mitfugħ il-​ħabs, ifflaġellat, u mħaġġar. Kienet saħħitu hekk kif hu ggwerra kontra l-​apostasija u l-​influwenzi tal-​Ġudaiżmu. U kienet għenitu jissara maʼ forzi demoniċi li ma jidhrux. Jidher ċar li saħħitu sal-​aħħarnett.—2 Korintin 10:4, 5; 11:21-27; Efesin 6:11, 12.

3. Liema mistoqsijiet jitqajmu dwar il-​paċi t’Alla?

3 Kemm sabha forza qawwija Pawlu lil din il-​paċi! Nistgħu aħna llum nitgħallmu x’inhi? Sejra hi tgħinna ngħassu lil qlubna u tqawwina hekk kif aħna ‘niġġieldu l-​ġlieda mill-​aħjar tal-​fidi’ matul dawn iż-​“żminijiet kritiċi li iebes biex issib tarfhom” u li huma tant diffiċli?—1 Timotew 6:12; 2 Timotew 3:1.

Il-​Paċi m’Alla—Kif Intilfet

4. Liema huma xi tifsiriet tal-​kelma “paċi” fil-​Bibbja?

4 Fil-​Bibbja l-​kelma “paċi” għandha bosta tifsiriet. Dawn li ġejjin huma xi wħud minnhom, kif jidhru f’The New International Dictionary of New Testament Theology: “Matul it-​T[estment il-​]Q[adim], [shalohmʹ] (paċi) tkopri l-​qagħda tajba taʼ dak li jkun fl-​iktar sens wiesaʼ tal-​kelma (Imħ. 19:20); prosperità (Salm 73:3), saħansitra f’referenza għal uħud taʼ mingħajr Alla; saħħa fiżika (Isa. 57:18[, 19]; Salm 38:3); kuntentizza . . . (Ġen. 15:15 eċċ.); relazzjonijiet tajbin bejn il-​ġnus u l-​bnedmin ( . . . Imħ. 4:17; 1 Kron. 12:17, 18); salvazzjoni ( . . . Ġer. 29:11; ċf. Ġer. 14:13).” Taʼ l-​iktar importanza huma r-​relazzjonijiet taʼ paċi maʼ Jehovah, li mingħajrhom kull paċi oħra hi, l-​iktar l-​iktar, biss temporanja u limitata.—2 Korintin 13:11.

5. Il-​paċi tal-​ħolqien t’Alla kif kienet iddisturbata oriġinalment?

5 Oriġinalment, il-​ħolqien kollu kien f’paċi sħiħa maʼ Jehovah. Mhux taʼ b’xejn li Alla ddikjara li x-​xogħlijiet kreattivi tiegħu kollha kienu tajbin ħafna. Tabilħaqq, l-​anġli tas-​sema għajtu b’applaws malli rawhom. (Ġenesi 1:31; Ġob 38:4-7) B’niket, iżda, dik il-​paċi universali ma baqgħetx. Ġiet imfarrka meta l-​ħlejqa spirtu magħruf issa bħala Satana sseduċa lill-​iktar ħlejqa intelliġenti ġdida t’Alla, Eva, biex ma tibqax tobdi ’l Alla. Ir-​raġel taʼ Eva, Adam, segwieha, u bi tliet ribelli jiġru mas-​saqajn, kien hemm nuqqas taʼ qbil fl-​univers.—Ġenesi 3:1-6.

6. It-​telfien tal-​paċi m’Alla fiex irriżulta għall-​bniedem?

6 It-​telfien tal-​paċi m’Alla kien diżastruż għal Adam u Eva, li issa bdew fiżikament jitmermru bil-​mod il-​mod sakemm waslu biex mietu. Minflok ma gawda l-​paċi fil-​Ġenna tal-​Art, Adam kellu jitħabat biex jaħdem il-​ħamrija iebsa ’l barra mill-​Għeden biex jitmaʼ lill-​familja tiegħu li kienet qiegħda dejjem tikber. Minflok ma b’kuntentizza kienet omm taʼ razza umana perfetta, Eva pproduċiet nisel imperfett bl-​uġigħ u t-​tbatija. It-​telfien tal-​paċi m’Alla wassal għal għira u vjolenza fost il-​bnedmin. Kajjin qatel lil ħuh Abel, u sa żmien id-​Dulluvju, l-​art kollha kienet mimlija bil-​vjolenza. (Ġenesi 3:7-4:16; 5:5; 6:11, 12) Meta l-​ewwel ġenituri tagħna mietu, żgur li ma marrux lejn qabarhom sodisfatti, “fil-​paċi,” bħalma għamel Abraham ħafna mijiet taʼ snin iktar tard.—Ġenesi 15:15.

7. (a) Liema profezija lissen Alla li wriet lejn restorazzjoni taʼ paċi sħiħa? (b) Kemm sar influwenti Satana, l-​għadu t’Alla?

7 Wara li Adam u Eva tilfu l-​paċi, insibu l-​ewwel darba li tissemma għadwa fil-​Bibbja. Alla kellem lil Satana u qal: “Se nqiegħed għadwa bejnek u l-​mara u bejn iż-​żerriegħa tiegħek u ż-​żerriegħa tagħha. Hu se jbenġlek fir-​ras u int se tbenġlu fil-​għarqub.” (Ġenesi 3:15) Mal-​mogħdija taż-​żmien, l-​influwenza taʼ Satana kibret sal-​punt li l-​appostlu Ġwanni setaʼ jgħid: “[I]d-dinja kollha qiegħda taħt il-​qawwa tal-​wieħed mill-​agħar.” (1 Ġwann 5:19) Dinja taħt Satana żgur li mhix fil-​paċi m’Alla. B’mod xieraq, allura, id-​dixxiplu Ġakbu wissa lill-​Kristjani: “Ma tafux li l-​ħbiberija mad-​dinja hi għadwa m’Alla?” —Ġakbu 4:4.

Fil-​Paċi f’Dinja Ostili

8, 9. Wara li dineb Adam, il-​bnedmin kif setgħu jkunu paċi m’Alla?

8 Lura f’Għeden, meta Alla semmaʼ għall-​ewwel darba l-​kelma “għadwa,” hu bassar ukoll kif il-​paċi sħiħa kienet se tkun restawrata għall-​ħolqien. Iż-​żerriegħa mwiegħed tal-​mara t’Alla kellu jbenġel lil ras il-​qerriedi oriġinali tal-​paċi. Minn Għeden ’il hawn, dawk li eżeċitaw fidi f’dik il-​wegħda gawdew relazzjonijiet taʼ paċi m’Alla. Għal Abraham, din żviluppat fi ħbiberija.—2 Kronaki 20:7; Ġakbu 2:23.

9 Fi żmien Mosè, Jehovah ifforma lit-​tfal taʼ Iżrael, in-​neputi t’Abraham, f’ġens. Hu offra l-​paċi tiegħu lil dan il-​ġens, kif inhu muri minn barka li Aronne, il-​qassis il-​kbir, ippronunzja fuqhom: “Jalla Jehovah ibierkek u jżommok. Jalla Jehovah jagħmel lil wiċċu jiddi lejk, u jalla jiffavorik. Jalla Jehovah igħolli wiċċu lejk u jagħtik il-​paċi.” (Numri 6:24-26) Il-​paċi taʼ Jehovah kellha ġġib premjijiet għonja, imma kienet offruta b’kundizzjoni.

10, 11. Għal Iżrael, il-​paċi m’Alla kienet b’liema kundizzjoni, u fiex kienet se tirriżulta?

10 Jehovah qal lill-​ġens: “Jekk tkomplu mexjin fl-​istatuti tiegħi u żżommu l-​kmandamenti tiegħi u tassew twettquhom, jien ukoll ċertament se nagħti l-​ħalbiet taʼ xita tagħkom fiż-​żmien xieraq tagħhom, u l-​art tabilħaqq se tagħti l-​frott tagħha, u s-​siġra tal-​għalqa se tagħti l-​frotta tagħha. U jien se npoġġi l-​paċi fl-​art, u intom tabilħaqq se timteddu, u ħadd ma jagħmilkom tirtogħdu; u jien se nġiegħel lill-​bhima selvaġġa li tagħmel il-​ħsara tispiċċa minn fuq l-​art, u sejf mhux se jgħaddi minn ġol-​art tagħkom. U jien tabilħaqq se nimxi f’nofskom u nuri li jien innifsi Alla tagħkom, u intom, min-​naħa tagħkom, se turu li intom infuskom il-​poplu tiegħi.” (Levitiku 26:3, 4, 6, 12) Iżrael setaʼ jgawdi l-​paċi f’li kellu sigurtà mill-​egħdewwa tiegħu, abbundanza materjali, u relazzjoni mill-​qrib maʼ Jehovah. Imma dan kien jiddepeni minn li huma jżommu mal-​Ligi taʼ Jehovah.—Salm 119:165.

11 Matul l-​istorja kollha tal-​ġens, l-​Iżraeliti li fedelment ipprovaw iżommu l-​istatuti taʼ Jehovah tassew li gawdewha l-​paċi miegħu, u dak spiss ġabilhom ħafna barkiet oħra. Matul is-​snin bikrin tal-​ħakma tas-​Sultan Salamun, il-​paċi m’Alla ġabet prosperità materjali kif ukoll serħan mill-​gwerer mal-​ġirien taʼ Iżrael. Billi tiddeskrivi dak ż-​żmien, il-​Bibbja tgħid: “Ġuda u Iżrael komplew igħammru fis-​sigurtà, kull wieħed taħt id-​dielja tiegħu stess u taħt it-​tina tiegħu stess, minn Dan sa Bir-​xeba, il-​jiem kollha taʼ Salamun.” (1 Slaten 4:25) Saħansitra meta qamu ostilitajiet m’artijiet fil-​qrib, l-​Iżraeliti leali xorta waħda kellhom il-​paċi li tassew tgħodd, il-​paċi m’Alla. B’hekk, is-​Sultan David, gwerrier magħruf, kiteb: “Fil-​paċi jien se nimtedd u wkoll norqod, għax int innifsek biss, O Jehovah, tagħmilni noqgħod fis-​sigurtà.”—Salm 4:8.

Bażi Aħjar għall-​Paċi

12. Iżrael kif ċaħad għalkollox il-​paċi m’Alla?

12 Eventwalment, iż-​Żerriegħa li kellu jirrestawra l-​paċi sħiħa wasal fil-​persuna taʼ Ġesù, u mat-​twelid tiegħu l-​anġli kantaw: “Glorja lil Alla fil-​għoli fuq, u fuq l-​art paċi fost bnedmin taʼ rieda tajba.” (Luqa 2:14) Ġesù deher f’Iżrael, imma minkejja li kien taħt il-​patt t’Alla, dak il-​ġens bħala ħaġa sħiħa ċaħdu u tah f’idejn ir-​Rumani biex jiġi maqtul. Ftit qabel mewtu, Ġesù beka għal Ġerusalemm, billi qal: “Kieku int, saħansitra int, kont għaraft f’dan il-​jum l-​affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-​paċi—imma issa ġew moħbijin minn għajnejk.” (Luqa 19:42; Ġwann 1:11) Talli ċaħad lil Ġesù, Iżrael tilef għalkollox il-​paċi tiegħu m’Alla.

13. Liema mod ġdid stabbilixxa Jehovah għall-​bniedem biex isib il-​paċi Miegħu?

13 Minkejja dan kollu, il-​għanijiet t’Alla ma tħassrux. Ġesù ġie rxoxtat mill-​imwiet, u offra lil Jehovah il-​valur tal-​ħajja perfetta tiegħu bħala rahan għall-​bnedmin taʼ qalbhom sewwa. (Ebrej 9:11-14) Is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù sar mod ġdid u aħjar għall-​bnedmin—kemm għal Iżraeliti naturali u wkoll għall-​Ġentili—biex isibu l-​paċi m’Alla. Pawlu qal fl-​ittra tiegħu lill-​Kristjani f’Ruma: “Meta konna egħdewwa, tħabbibna mill-​ġdid m’Alla permezz tal-​mewt taʼ Ibnu.” (Rumani 5:10) Fl-​ewwel seklu, dawk li għamlu paċi b’dan il-​mod ġew midlukin bi spirtu qaddis biex ikunu adottati bħala wlied Alla u membri taʼ ġens ġdid spiritwali msejjaħ “l-​Iżrael t’Alla.”−Galatin 6:16; Ġwann 1:12, 13; 2 Korintin 1:21, 22; 1 Pietru 2:9.

14, 15. Iddeskrivi l-​paċi t’Alla, u spjega kif din tipproteġi lill-​Kristjani saħansitra meta huma l-​mira tal-​ostilità taʼ Satana.

14 Dawn l-​Iżraeliti spiritwali ġodda kellhom ikunu l-​mira taʼ ostilità mingħand Satana u d-​dinja tiegħu. (Ġwann 17:14) Madankollu, huma kien se jkollhom il-​“paċi mingħand Alla l-​Missier u Kristu Ġesù l-​Mulej tagħna.” (2 Timotew 1:2) Ġesù qalilhom: “Jien għedtilkom dawn l-​affarijiet biex permezz tiegħi jistaʼ jkollkom il-​paċi. Fid-​dinja qed ikollkom tribulazzjoni, imma agħmlu kuraġġ! Jien ikkonkwistajt id-​dinja.”−Ġwann 16:33.

15 Din hija l-​paċi li għenet lil Pawlu u lil sħabu l-​Kristjani jissaportu minkejja t-​tbatijiet kollha li ffaċċjaw. Tirrifletti relazzjoni trankwilla u armonjuża m’Alla li saret possibbli bis-​sagrifiċċju taʼ Ġesù. Din tagħti lil kulmin jippossjediha paċi serena tal-​moħħ hekk kif isir jaf kemm hu kkonċernat Jehovah. Tfajjel imdiegħes f’dirgħajn missier li jħobbu għandu sentiment simili taʼ paċi, ċertezza bla dubju taʼ xejn li hu mħares minn xi ħadd li jimpurtah minnu. Pawlu nkuraġġixxa lill-​Filippin: “Tkunu anzjużi fuq xejn, imma f’kollox bit-​talb u bit-​tħannin flimkien maʼ radd il-​ħajr ħa jkunu l-​petizzjonijiet tagħkom imgħarrfin lil Alla; u l-​paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb se tgħasses lil qlubkom u l-​qawwiet mentali tagħkom permezz taʼ Kristu Ġesù.”−Filippin 4:6, 7.

16. Il-​paċi m’Alla kif effettwat ir-​relazzjoni tal-​Kristjani tal-​ewwel seklu bejniethom?

16 Riżultat wieħed taʼ li l-​bniedem tilef il-​paċi m’Alla kien il-​mibgħeda u n-​nuqqas taʼ qbil. Għall-​Kristjani tal-​ewwel seklu, is-​sejbien tal-​paċi m’Alla rriżulta preċiż fl-​oppost: paċi u unità bejniethom, dik li Pawlu sejħilha “r-​rabta li tgħaqqad tal-​paċi.” (Efesin 4:3) Huma ‘ħasbuu fi qbil u għexu fil-​paċi, u dak Alla taʼ mħabba u paċi kien magħhom.’ Iktar minn hekk, huma ppridkaw “l-​aħbar tajba tal-​paċi,” li kienet, essenzjalment, l-​aħbar tajba taʼ salvazzjoni għall-​‘ħbieb tal-​paċi,’ dawk li jwieġbu għall-​aħbar tajba.—2 Korintin 13:11; Atti 10:36; Luqa 10:5, 6.

Patt taʼ Paċi

17. X’għamel Alla mal-​poplu tiegħu fi żmienna?

17 Tistaʼ tinstab paċi bħal din illum? Iva, tistaʼ. Mindu ġiet stabbilita s-​Saltna t’Alla taħt Ġesù Kristu gglorifikat fl-​1914, Jehovah ġabar lill-​uħud li fadal minn Iżrael t’Alla ’l barra minn did-dinja u għamel patt taʼ paċi magħhom. Hu b’hekk wettaq il-​wegħda tiegħu magħmula permezz tal-​profeta Eżekjel: “Se nikkonkludi magħhom patt taʼ paċi; patt li jdum għal żmien indefinit jiġi li se jkun hemm magħhom. U jien se nqigħedhom u nkattarhom u npoġġi s-​santwarju tiegħi f’nofshom għal zmien indefinit.” (Eżekjel 37:26) Jehovah għamel dan il-​patt maʼ Kristjani midlukin li, bħal ħuthom fl-​ewwel seklu, eżerċitaw fidi fis-​sagrifiċċju taʼ Ġesù. Imnaddfin minn tniġġis spiritwali, huma ddedikaw lilhom infushom lil Missierhom tas-​sema u jistinkaw biex isegwu l-​kmandamenti tiegħu, l-​iktar billi jkunu minn taʼ quddiem fl-​ippridkar mad-​dinja kollha tal-​aħbar tajba tas-​Saltna stabbilita t’Alla.—Mattew 24:14.

18. Xi wħud minn fost il-​ġnus kif wieġbu meta għarfu li l-​isem t’Alla qiegħed fuq l-​Iżrael t’Alla?

18 Il-​profezija tkompli: “U t-​tabernaklu tiegħi se jkun attwalment fuqhom, u jien żgur li se nsir Alla tagħhom, u huma nfushom se jsiru l-​poplu tiegħi. U l-​ġnus se jkollhom ikunu jafu li jien, Jehovah, qed inqaddes lil Iżrael.” (Eżekjel 37:27, 28) Fi qbil maʼ dan, mijiet taʼ eluf, iva, miljuni, mill-​“ġnus” għarfu li l-​isem taʼ Jehovah qiegħed fuq dak Iżrael t’Alla. (Żakkarija 8:23) Mill-​ġnus kollha, huma marru bi ħġarhom biex jaqdu lil Jehovah maʼ dak il-​ġens spiritwali, b’mod li fformaw il-​“folla kbira” li dehret minn qabel f’Rivelazzjoni. Billi “ħaslu lbieshom u għamluhom bojod fid-​demm tal-​Ħaruf,” huma se jibqgħu ħajjin matul it-​tribulazzjoni l-​kbira għal ġod-​dinja ġdida taʼ paċi.—Rivelazzjoni 7:9, 14.

19. Liema paċi jgawdu n-​nies t’Alla llum?

19 Flimkien, l-​Iżrael t’Alla u l-​folla kbira jgawdu paċi spiritwali li tistaʼ tqabbilha mal-​paċi li gawda Iżrael taħt is-​Sultan Salamun. Dwarhom, Mikea pprofetizza: “Huma se jkollhom jaħdmu sjufhom f’sikek tal-​moħriet u l-​lanez tagħhom fi mqassijiet taż-​żabra. Mhux se jerfgħu sejf, ġens kontra ġens, lanqas ma se jitgħallmu l-​gwerra iżjed. U huma attwalment se jpoġġu, kull wieħed taħt id-​dielja tiegħu u taħt is-​siġra tat-​tin tiegħu, u ma se jkun hemm ħadd li jġigħelhom jirtogħdu.” (Mikea 4:3, 4; Isaija 2:2-4) Fi qbil maʼ dan, huma taw daharhom lill-​gwerer u l-​ġlied, billi b’mod simboliku ħadmu sjufhom f’sikek tal-​moħriet u l-​lanez tagħhom f’imqassijiet taż-​żabra. B’hekk, huma jgawdu fratellanza paċifika mal-​komunità internazzjonali kollha tagħhom, hu x’inhu l-​isfond nazzjonali, tal-​lingwa, tar-​razza, jew soċjali tagħhom. U jifirħu biċ-​ċertezza tal-​ħarsien protettiv taʼ Jehovah fuqhom. ‘Ħadd ma jgigħelhom jirtogħdu.’ Verament, ‘Jehovah innifsu ta saħħa tabilħaqq lill-​poplu tiegħu. Jehovah innifsu bierek lill-​poplu tiegħu bil-​paċi.’—Salm 29:11.

20, 21. (a) Għala rridu naħdmu biex nippreservaw il-​paċi tagħna m’Alla? (b) X’nistgħu ngħidu dwar l-​isforzi taʼ Satana biex ifarrak il-​paċi tal-​poplu t’Alla?

20 Bhal fl-​ewwel seklu E.K., madankollu, il-​paċi tal-​qaddejja t’Alla qanqlet l-​ostilità taʼ Satana. Imkeċċi ’l barra mis-​sema wara li ġiet stabbilita s-​Saltna t’Alla fl-​1914, Satana minn dak in-​nhar għamel gwerra “mal-​bqija taż-​żerriegħa [tal-mara].” (Rivelazzjoni 12:17) Saħansitra fi żmienu, Pawlu wissa: “Għandna sarâr, mhux kontra d-​demm u l-​laħam, imma kontra . . . l-​forzi tal-​ispirti mill-​agħar fl-​imkejjen tas-​sema.” (Efesin 6:12) B’Satana issa magħluq fil-​viċinanza tal-​art, dik it-​twissija hi urġenti.

21 Satana uża kull tattika li għandu għad-​dispożizzjoni tiegħu fl-​isforz tiegħu biex jeqred il-​paċi tal-​poplu t’Alla, imma ma rnexxilux. Lura fl-​1919, lanqas kien hemm saħansitra 10,000 li stinkaw biex jaqdu lil Alla fedelment. Illum, hemm iktar minn erbaʼ miljuni li qed jikkonkwistaw lid-​dinja permezz tal-​fidi tagħhom. (1 Ġwann 5:4) Għal dawn, il-​paċi m’Alla u l-​paċi bejniethom hija realtà, saħansitra waqt li jissaportu l-​ostilità taʼ Satana u ż-​żerriegħa tiegħu. Imma meta nqisu din l-​ostilità, u nikkunsidraw l-​imperfezzjoni tagħna stess u ż-​“żminijiet kritiċi li iebes biex issib tarfhom” li qegħdin ingħixu fihom, irridu naħdmu bil-​għaqal biex nippreservaw il-​paċi tagħna. (2 Timotew 3:1) Fl-​artiklu li jmiss, se naraw dan x’jinvolvi.

Tistaʼ Tispjega

◻ Il-​bniedem għala tilef oriġinalment il-​paċi tiegħu m’Alla?

◻ Għal lżrael, il-​paċi m’Alla kienet b’liema kundizzjoni?

◻ Il-​paċi m’Alla fuqiex inhi bbażata llum?

◻ X’inhi “l-​paċi t’Alla” li tgħasses lil qlubna?

◻ Liema barkiet oħra ngawdu aħna jekk għandna l-​paċi m’Alla?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja