-
Min Qed Jipprietka l-Aħbar Tajba?Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
LEZZJONI 21
Min Qed Jipprietka l-Aħbar Tajba?
Ġeħova daqt se juża s-Saltna tiegħu biex ineħħi l-problemi kollha tagħna. Din l-aħbar tant kemm hi sabiħa li kulħadd għandu jkun jaf biha. Ġesù ried lid-dixxipli tiegħu jgħidu din l-aħbar lil kulħadd! (Mattew 28:19, 20) Ix-Xhieda taʼ Ġeħova kif qed jobdu lil Ġesù?
1. Mattew 24:14 kif qed issir illum?
Ġesù qal: “Din l-aħbar tajba tas-saltna tiġi pridkata fl-art abitata kollha.” (Mattew 24:14) Ix-Xhieda taʼ Ġeħova qed jagħmlu dan ix-xogħol importanti minn qalbhom. Aħna qed nippritkaw din l-aħbar tajba mad-dinja kollha f’iżjed minn 1,000 lingwa! Dan ix-xogħol hu kbir ħafna. Allura jieħu l-ħin u l-enerġija, u jrid ikun organizzat sew. Mingħajr l-għajnuna taʼ Ġeħova ma jistax isir.
2. Xi sforzi nagħmlu biex nippritkaw lin-nies?
Aħna nippritkaw kull fejn insibu n-nies. Bħall-Kristjani tal-bidu, aħna nippritkaw “minn dar għal dar.” (Atti 5:42) B’dal-mod organizzat jirnexxilna nkellmu miljuni taʼ nies kull sena. Peress li n-nies mhux dejjem ikunu d-dar, aħna nippritkaw ukoll f’ħafna postijiet pubbliċi. Aħna dejjem naraw kif nistgħu nkellmu lil oħrajn dwar Ġeħova u dak kollu li se jagħmel.
3. Min għandu jipprietka l-aħbar tajba?
Il-Kristjani veri kollha għandhom jitkellmu m’oħrajn dwar l-aħbar tajba. Aħna nieħdu din ir-responsabbiltà bis-serjetà. Aħna nippritkaw kemm nistgħu għax nafu li l-aħbar tajba ssalva n-nies. (Aqra l-1 Timotju 4:16.) Aħna ma nitħallsux biex nagħmlu dan ix-xogħol, għax il-Bibbja tgħid: “Irċivejtu b’xejn, agħtu b’xejn.” (Mattew 10:7, 8) Mhux kulħadd ikun irid jismagħna, imma aħna nibqgħu nippritkaw. Dan għax irridu nobdu lil Ġeħova u nferrħuh.
TGĦALLEM IŻJED
Tgħallem kif ix-Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw mad-dinja kollha u kif Ġeħova qed jgħinna.
Nippritkaw mad-dinja kollha: (A) Il-Costa Rica, (B) L-Istati Uniti, (C) Il-Benin, (D) It-Tajlandja, (E) Yap, (F) L-Iżvezja
4. Aħna naħdmu iebes biex inkellmu lil kulħadd
Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jagħmlu li jistgħu biex ikellmu lil kulħadd dwar l-aħbar tajba. Ara l-VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:
X’jogħġbok l-iżjed mill-isforzi li jagħmlu x-Xhieda taʼ Ġeħova biex jippritkaw?
Aqra Mattew 22:39 u Rumani 10:13-15, u mbagħad iddiskuti:
L-ippritkar kif juri li nħobbu lin-nies?
Ġeħova kif iħares lejn dawk li jippritkaw l-aħbar tajba? —Ara vers 15.
5. Aħna naħdmu flimkien m’Alla
Minn dak li ġara lil ħafna nies nistgħu naraw li Ġeħova qed jieħu ħsieb ix-xogħol tagħna. Pereżempju fi New Zealand ħu li jismu Paul iltaqaʼ maʼ mara minn bieb għall-bieb. Dakinhar filgħodu, il-mara kienet talbet lil Alla. Hi użat isem Alla, Ġeħova, u talbitu biex xi ħadd iżurha dakinhar. Paul jgħid: “Tliet sigħat wara ħabbatt il-bieb tagħha.”
Aqra l-1 Korintin 3:9, u mbagħad iddiskuti:
Eżempji bħalma ġara fi New Zealand, kif juru li Ġeħova qed jieħu ħsieb ix-xogħol tagħna?
Aqra Atti 1:8, u mbagħad iddiskuti:
Għala għandna bżonn l-għajnuna taʼ Ġeħova biex nippritkaw?
Kont taf?
Fil-laqgħa taʼ matul il-ġimgħa, dejjem ikollna trejning taʼ kif nippritkaw. Jekk ġieli mort waħda minn dawn il-laqgħat, x’taħseb dwar dat-trejning?
6. Aħna nobdu l-kmand t’Alla biex nippritkaw
Fi żmien l-ewwel dixxipli taʼ Ġesù, l-għedewwa tagħhom provaw iwaqqfuhom milli jippritkaw. L-ewwel Kristjani ddefendew b’mod legali d-dritt tagħhom biex jippritkaw. (Filippin 1:7) Ix-Xhieda taʼ Ġeħova qed jagħmlu bħalhom.a
Aqra Atti 5:27-42, u mbagħad iddiskuti:
XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għala jmorru jħabbtu l-bibien?”
Kif tistaʼ twieġeb?
XI DDISKUTEJNA?
Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu biex jippritkaw l-aħbar tajba lil kulħadd. Ġeħova qed jgħin lin-nies tiegħu biex jagħmlu dan ix-xogħol.
X’Tgħallimt
Min qed jipprietka l-aħbar tajba mad-dinja kollha?
Meta nippritkaw, kif nuru li nħobbu lil oħrajn?
Taħseb li meta nippritkaw inkunu ferħanin? Għala?
ARA IŻJED
Ara kif ix-Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw fi bliet kbar.
Ix-Xhieda taʼ Ġeħova kif għenu lir-refuġjati?
Ismaʼ mara tispjega għala hi ferħana li tuża ħajjitha biex tipprietka.
Ara xi każijiet importanti li ntrebħu fil-qorti u kif jgħinuna nippritkaw l-aħbar tajba.
“Predikaturi tas-Saltna jiftħu kawża l-qorti” (Is-Saltna t’Alla qed taħkem!, kapitlu 13)
a Alla jikkmandana biex nippritkaw. Għalhekk, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw l-aħbar tajba anki jekk il-gvernijiet ma jħalluhomx.
-
-
Is-Saltna t’Alla Qiegħda Tmexxi!Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
5. Id-dinja nbidlet mill-1914 ’l hawn
Ġesù qal minn qabel kif se tkun id-dinja wara li jsir Sultan. Aqra Luqa 21:9-11, u mbagħad iddiskuti:
Liema minn dawn l-affarijiet rajt jew smajt bihom?
L-appostlu Pawlu ddeskriva kif se jkunu n-nies fl-aħħar jiem. Aqra t-2 Timotju 3:1-5, u mbagħad iddiskuti:
Liema minn dawn l-attitudnijiet qed tara?
6. Uri li temmen li s-Saltna t’Alla qed tmexxi
Aqra Mattew 24:3, 14, u mbagħad iddiskuti:
Liema xogħol importanti juri li s-Saltna t’Alla qed tmexxi?
Int kif tistaʼ tieħu sehem f’dan ix-xogħol?
Is-Saltna t’Alla qed tmexxi fis-sema u dalwaqt se tibda tmexxi fuq l-art kollha. Aqra Ebrej 10:24, 25, u mbagħad iddiskuti:
Iktar ma nersqu qrib taʼ dik il-ġurnata, xi rridu nagħmlu?
Jekk tkun taf b’xi ħaġa li se tgħin lil oħrajn u ssalvahom, int x’se tagħmel?
-