LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 32
  • Is-Saltna t’Alla Qiegħda Tmexxi!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-Saltna t’Alla Qiegħda Tmexxi!
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Il-kronoloġija tal-Bibbja x’turi dwar is-sena 1914?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Meta Bdiet Tmexxi s-Saltna t’Alla? (It-2 Parti)
    It-Torri tal-Għassa: Meta Bdiet Tmexxi s-Saltna t’Alla?—It-2 Parti
  • Il-Gvern T’Alla Jibda L-Ħakma Tiegħu
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Is-Saltna t’Alla—Superjuri f’Kollox
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 32
Lezzjoni 32. Ġesù Kristu bħala Sultan fis-​sema qed imexxi fuq l-​art.

LEZZJONI 32

Is-​Saltna t’Alla Qiegħda Tmexxi!

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Is-​Saltna t’Alla bdiet tmexxi fis-​sema fl-​1914. Fl-​istess sena bdew l-​aħħar jiem li se jmexxu n-​nies fuq l-​art. Kif nafu? Se tara profeziji mill-​Bibbja, u kif mill-​1914 inbidlet id-​dinja u l-​attitudni tan-​nies.

1. Il-​Bibbja x’qalet minn qabel?

Il-​ktieb taʼ Danjel wera li s-​Saltna t’Alla se tibda tmexxi fl-​aħħar taʼ perjodu taʼ żmien jgħidulu “sebaʼ żminijiet.” (Danjel 4:​16, 17) Mijiet taʼ snin wara, Ġesù tkellem fuq l-​istess perjodu taʼ żmien u rrefera għalih bħala “ż-​żminijiet stabbiliti tal-​ġnus.” Hu għallem li dak iż-​żmien kien għadu ma spiċċax. (Luqa 21:24) Kif se tara, dawn is-​sebaʼ żminijiet spiċċaw fl-​1914.

2. Mill-​1914 ’l hawn kif inbidlet id-​dinja u l-​attitudni tan-​nies?

Id-​dixxipli taʼ Ġesù saqsewh: “X’se jkun is-​sinjal tal-​preżenza tiegħek u tal-​konklużjoni tas-​sistema?” (Mattew 24:3) Ġesù qalilhom ħafna affarijiet li kienu se jiġru wara li jibda jmexxi fis-​sema bħala s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla. Dawn jinkludu gwerer, nuqqas taʼ ikel u terremoti. (Aqra Mattew 24:7.) Il-​Bibbja qalet ukoll li l-​ħajja “fl-​aħħar jiem” se tkun “diffiċli” minħabba l-​attitudni tan-​nies. (2 Timotju 3:​1-​5) Mill-​1914 ’l hawn, dawn qed narawhom iżjed u iżjed.

3. Id-​dinja għala marret għall-​agħar mill-​1914 ’l hawn?

Ftit wara li Ġesù sar is-​Sultan tas-​Saltna t’Alla, hu kellu gwerra fis-​sema kontra Satana u d-​dimonji. Satana tilef u “twaddab ’l isfel lejn l-​art, u l-​anġli tiegħu twaddbu għal isfel miegħu.” (Rivelazzjoni 12:​9, 10, 12) Ix-​Xitan hu rrabjat ħafna għax jaf li se jinqered. Allura hu qed iġib tbatija u wġigħ fuq l-​art kollha. Dan jgħinna nifhmu għala d-​dinja hi mimlija bil-​ħażen. Is-​Saltna t’Alla se ssolvi dawn il-​problemi kollha.

TGĦALLEM IŻJED

Ara kif nafu li s-​Saltna t’Alla bdiet tmexxi fl-​1914 u xi jfisser għalina.

4. Il-​profeziji fil-​Bibbja juru li s-​Saltna t’Alla bdiet tmexxi fl-​1914

Ara l-​VIDJOW.

VIDJOW: Is-​Saltna t’Alla Bdiet Tmexxi fl-​1914 (5:​02)

Is-​Sultan Nebukadnessar taʼ Babilonja kellu ħolma mingħand Alla. Fiha hu ra x’se jiġri fil-​futur. Il-​ħolma u kif spjegaha Danjel nistgħu naqrawha fil-​Bibbja. Din turina ċar li l-​ħolma kienet dwar is-​saltna taʼ Nebukadnessar u s-​Saltna t’Alla.​—Aqra Danjel 4:​17.a

Aqra Danjel 4:​20-​26, u mbagħad uża l-​istampi biex twieġeb il-​mistoqsijiet:

  • (A) Nebukadnessar x’ra fil-​ħolma? ​—Ara versi 20 u 21.

  • (B) X’kien se jiġrilha s-​siġra? ​—Ara vers 23.

  • (C) X’kien se jiġri fl-​aħħar tas-​“sebaʼ żminijiet”?​—Ara vers 26.

Il-​Ħolma tas-​Siġra u s-​Saltna t’Alla

IL-​PROFEZIJA (Danjel 4:​20-​36)

It-​tmexxija

(A) Siġra kbira

Siġra kbira ħafna.

It-​tmexxija tieqaf

(B) “Qaċċtu s-​siġra” u ħallu “sebaʼ żminijiet” jgħaddu

Iz-​zokk li fadal mis-​siġra mdawwar bi ċrieki tal-​ħadid u r-​ram.

It-​tmexxija tkompli

(C) ‘Saltnatek żgur terġaʼ tkun tiegħek’

Siġra kbira ħafna.

Meta ġrat l-​ewwel darba . . .

  • (D) Is-​siġra lil min kienet tirrappreżenta? ​—Ara vers 22.

  • (E) Meta waqaf imexxi?​—Aqra Danjel 4:​29-​33.

  • (F) X’ġaralu Nebukadnessar fl-​aħħar tas-​“sebaʼ żminijiet”?​—Aqra Danjel 4:​34-​36.

META ĠRAT L-​EWWEL DARBA

It-​tmexxija

(D) Nebukadnessar, is-​sultan taʼ Babilonja

Is-​Sultan Nebukadnessar bilwieqfa jiftaħar.

It-​tmexxija tieqaf

(E) Wara s-​606 QK, Nebukadnessar jitlef moħħu u ma jkunx jistaʼ jsaltan għal sebaʼ snin letterali

Nebukadnessar mal-​art jiekol il-​ħaxix bħall-​annimali.

It-​tmexxija tkompli

(F) Nebukadnessar jiġi f’sensih u jerġaʼ jibda jmexxi

Is-​Sultan Nebukadnessar iħares lejn is-​sema b’idejh mgħollija.

Meta ġrat it-​tieni darba . . .

  • (G) Is-​siġra lil min kienet tirrappreżenta?​—Aqra l-​1 Kronaki 29:23.

  • (H) Meta waqfu jmexxu? Kif nafu li ma kinux għadhom imexxu meta Ġesù kien fuq l-​art?​—Aqra Luqa 21:24.

  • (I) Fejn u meta reġgħet bdiet tmexxi din is-​Saltna?

META ĠRAT IT-​TIENI DARBA

It-​tmexxija

(G) Slaten t’Iżrael imexxu f’isem Alla

Slaten t’Iżrael bilqiegħda fuq tron wara xulxin. Fuqhom hemm raġġi tad-​dawl.

It-​tmexxija tieqaf

(H) Ġerusalemm tinqered, u għal 2,520 sena ma jkunx hemm sultan minn Iżrael

Fis-​sena 607 QK, nar jeqred lil Ġerusalemm. Imbagħad jgħaddu 2,520 sena.

It-​tmexxija tkompli

(I) Ġesù jibda jmexxi fis-​sema bħala s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla

Ġesù jibda jmexxi mis-​sema fuq l-​art fl-​1914 WK. Minnu ħiereġ id-​dawl.

Kemm damu s-​sebaʼ żminijiet?

Il-​Bibbja stess tgħinna nifhmu x’hemm fiha. Pereżempju, f’​Rivelazzjoni naqraw li tliet żminijiet u nofs huma 1,260 ġurnata. (Rivelazzjoni 12:​6, 14) Mela sebaʼ żminijiet huma d-​doppju, jiġifieri 2,520 ġurnata. Il-​Bibbja ġieli tirreferi għal sena bħala ġurnata. (Eżekjel 4:6) Allura, fil-​ktieb taʼ Danjel is-​sebaʼ żminijiet huma 2,520 sena.

5. Id-​dinja nbidlet mill-​1914 ’l hawn

Ara l-​VIDJOW.

VIDJOW: Id-​Dinja Nbidlet mill-​1914 (1:​10)

Ġesù qal minn qabel kif se tkun id-​dinja wara li jsir Sultan. Aqra Luqa 21:​9-​11, u mbagħad iddiskuti:

  • Liema minn dawn l-​affarijiet rajt jew smajt bihom?

L-​appostlu Pawlu ddeskriva kif se jkunu n-​nies fl-​aħħar jiem. Aqra t-​2 Timotju 3:​1-​5, u mbagħad iddiskuti:

  • Liema minn dawn l-​attitudnijiet qed tara?

Grupp taʼ Stampi: Stampi juru kif se jkunu d-​dinja u n-​nies fl-​aħħar jiem. 1. Mexxej militari jgħajjat b’idejh mgħollijin. 2. Bini mwaqqaʼ wara terremot. 3. Ajruplani tal-​gwerra. 4. Nies qed jimxu fit-​triq lebsin maskla. 5. It-​Twin Towers f’New York qed jinħarqu wara attakk terroristiku. 6. Raġel jieħu d-​drogi. 7. Raġel jgħajjat mal-​mara tiegħu waqt li jgħolli jdejh bil-​ponn. 8. Ħafna drogi u xorb. 9. Żewġ nisa lebsin ilbies tal-​moda qed jieħdu selfie. 10. DJ qed idoqq f’concert quddiem ħafna nies. 11. Raġel qed jipprotesta u jwaddab flixkun imqabbad bin-​nar.

6. Uri li temmen li s-​Saltna t’Alla qed tmexxi

Aqra Mattew 24:​3, 14, u mbagħad iddiskuti:

  • Liema xogħol importanti juri li s-​Saltna t’Alla qed tmexxi?

  • Int kif tistaʼ tieħu sehem f’dan ix-​xogħol?

Is-​Saltna t’Alla qed tmexxi fis-​sema u dalwaqt se tibda tmexxi fuq l-​art kollha. Aqra Ebrej 10:​24, 25, u mbagħad iddiskuti:

  • Iktar ma nersqu qrib taʼ dik il-​ġurnata, xi rridu nagħmlu?

Grupp taʼ Stampi: 1. Mara li qed tistudja l-​Bibbja tmur laqgħa tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. 2. L-​istess mara tipprietka lil xi ħadd li taf.

Jekk tkun taf b’xi ħaġa li se tgħin lil oħrajn u ssalvahom, int x’se tagħmel?

XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova għala jgħidu li s-​sena 1914 hija importanti ħafna?”

  • Int kif twieġeb?

XI DDISKUTEJNA?

Il-​profeziji tal-​Bibbja u l-​kundizzjonijiet tad-​dinja juru li s-​Saltna t’Alla qiegħda tmexxi. Aħna nuru li nemmnu dan billi nippritkaw dwarha u mmorru l-​laqgħat.

X’Tgħallimt

  • X’ġara fl-​aħħar tas-​sebaʼ żminijiet li tkellem fuqhom il-​ktieb taʼ Danjel?

  • X’jikkonvinċik li s-​Saltna t’Alla bdiet tmexxi fl-​1914?

  • Jekk temmen li s-​Saltna qed tmexxi, kif tistaʼ turi dan?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara x’jgħidu n-​nies li jiktbu l-​istorja u oħrajn dwar kif inbidlet id-​dinja mill-​1914 ’l hawn.

“Meta d-​Dinja Marret għall-​Agħar f’Daqqa” (Artiklu minn Stenbaħ!)

Aqra kif il-​profezija f’​Mattew 24:14 effettwat lil raġel.

“Kont inħobb il-​baseball iktar minn kull ħaġa oħra!” (It-​Torri tal-​Għassa Nru. 3 2017)

Kif nafu li l-​profezija f’​Danjel 4 għandha x’taqsam mas-​Saltna t’Alla?

“Meta Bdiet Tmexxi s-​Saltna t’Alla? (L-​1 Parti)” (Artiklu minn Torri tal-​Għassa)

X’juri li s-​“sebaʼ żminijiet” f’​Danjel 4 spiċċaw fl-​1914?

“Meta Bdiet Tmexxi s-​Saltna t’Alla? (It-​2 Parti)” (Artiklu minn Torri tal-​Għassa)

a Ara l-​aħħar żewġ artikli fil-​parti Ara Iżjed taʼ din il-​lezzjoni.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja