LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 5/1 pp. 20-25
  • Aċċetta l-Bibbja Għal dak li Tassew Hija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Aċċetta l-Bibbja Għal dak li Tassew Hija
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Intenzjonata Biex Tinqara u Tiġi Mifhuma
  • Qari Taʼ L-​Iskrittura Fis-​Sinagogi
  • Rispons u Applikazzjoni Persunali
  • Responsabbiltà Taʼ Dawk F’Pożizzjonijiet Taʼ Indokrar
  • Nibbenefikaw mill-Qari taʼ Kuljum tal-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Il-Qari tal-Bibbja—Taʼ Siwi u Pjaċevoli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Il-Bibbja—Ktieb li Għandu Jinqara
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Żomm Qabda Soda mal-Kelma t’Alla
    Qim lill-Uniku Alla Veru
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 5/1 pp. 20-25

Aċċetta l-​Bibbja Għal dak li Tassew Hija

“Aħna wkoll niżżu ħajr lil Alla bla heda, għaliex meta rċevejtu l-​kelma t’Alla, li smajtu mingħandna, aċċettajtuha, mhux bħala l-​kelma taʼ bnedmin, imma, sewwa sew bħalma verament hija, bħala l-​kelma t’Alla, li qiegħda taħdem ukollfikom li temmnu.”—1 TESSALONKIN 2:13.

1. Liema xorta taʼ informazzjoni fil-​Bibbja tagħmel lil dan il-​ktieb verament li jispikka?

IL-​BIBBJA Mqaddsa hija l-​iktar ktieb tradott b’mod estensiv u mqassam b’mod mifrux fid-​dinja. Hija rikonoxxuta liberament bħala wieħed mix-​xogħlijiet il-​kbar tal-​letteratura. Iktar importanti, madankollu, il-​Bibbja tipprovdi l-​gwida li hija meħtieġa b’mod urġenti minn nies taʼ kull razza u kull ġens, minkejja l-​impjieg jew il-​pożizzjoni tagħhom fil-​ħajja. (Rivelazzjoni 14:6, 7) B’manjiera li tissodisfa kemm lill-​moħħ kif ukoll lill-​qalb, il-​Bibbja twieġeb mistoqsijiet bħalma huma: X’inhu l-​iskop tal-​ħajja umana? (Ġenesi 1:28; Rivelazzjoni 4:11) Il-​gvernijiet tal-​bnedmin għala ma kinux kapaċi jġibu paċi u sigurtà dejjiema? (Ġeremija 10:23; Rivelazzjoni 13:1, 2) In-​nies għala jmutu? (Ġenesi 2:15-17; 3:1-6; Rumani 5:12) F’nofs din id-​dinja taʼ inkwiet, kif nistgħu b’suċċess inkampaw mal-​problemi tal-​ħajja? (Salm 119:105; Proverbji 3:5, 6) Il-​futur x’għandu maħżun għalina?—Danjel 2:44; Rivelazzjoni 21:3-5.

2. Il-​Bibbja għala tipprovdi tweġibiet kompletament taʼ min joqgħod fuqhom għall-​mistoqsijiet tagħna?

2 Il-​Bibbja għala twieġeb mistoqsijiet bħal dawn b’mod awtoritatevoli? Għaliex hija l-​Kelma t’Alla. Hu uża bnedmin biex jiktbuha, imma bħalma huwa mistqarr b’mod ċar fit-2 Timotew 3:16, “l-​Iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla.” M’hijiex il-​prodott taʼ interpretazzjoni privata taʼ ġrajjiet umani. “Il-​profezija [dikjarazzjonijiet t’affarijiet li ġejjin, kmandi divini, il-​livell morali tal-​Bibbja] f’ebda żmien ma nġabet bir-​rieda tal-​bniedem, imma bnedmin tkellmu minn Alla hekk kif kienu mqanqlin mill-​ispirtu qaddis.”—2 Pietru 1:21.

3. (a) Agħti eżempji li juru kemm il-​Bibbja kienet stmata b’mod elevat minn nies f’pajjiżi differenti. (b) Individwi għala kienu lesti li jirriskjaw il-​ħajjiet tagħhom sabiex jaqraw l-​Iskrittura?

3 Billi apprezzaw il-​valur tal-​Bibbja, ħafna nies irriskjaw priġunerija, saħansitra mewt, biex jippossjeduha u jaqrawha. Dak kien minnu fi snin mgħoddija fi Spanja Kattolika, fejn il-​kleru beżgħu li l-​influwenza tagħhom tkun mhedda jekk in-​nies jaqraw il-​Bibbja fil-​lingwa tagħhom stess; kien minnu wkoll fl-​Albanija, fejn miżuri ħorox ġew infurzati taħt reġim ateistiku sabiex tintemm kull influwenza reliġjuża. Madankollu, individwi li kellhom il-​biżaʼ t’Alla għożżew kopji taʼ l-​Iskrittura, qrawhom, u qasmuhom bejniethom. Matul it-​Tieni Gwerra Dinjija, fil-​kamp tal-​konċentrament taʼ Sachsenhausen, Bibbja ġiet mgħoddija b’attenzjoni kbira minn blokk taʼ ċelel għall-​ieħor (għalkemm dan kien projbit), u dawk li kellhom aċċess għaliha mmemorizzaw porzjonijiet biex jaqsmuhom m’oħrajn. Matul is-​snin 50, f’dik li dak iż-​żmien kienet il-​Ġermanja tal-​Lvant Komunista, ix-​Xhieda taʼ Jehovah li kienu mitfugħin il-​ħabs minħabba l-​fidi tagħhom irriskjaw iżolament solitarju fit-​tul meta għaddew porzjonijiet żgħar tal-​Bibbja mingħand priġunier għall-​ieħor biex jinqraw bil-​lejl. Dan għala għamluh? Għaliex huma rrikonoxxew li l-​Bibbja hija l-​Kelma t’Alla, u kienu jafu li “mhux bil-​ħobż biss” imma “b’kull espressjoni minn fomm Jehovah jgħix il-​bniedem.” (Dewteronomju 8:3) Dawn l-​espressjonijiet, imniżżlin fil-​Bibbja, għenu lil dawk ix-​Xhieda biex jibqgħu ħajjin spiritwalment minkejja li kienu jiġu suġġetti għal ħruxija inkredibbli.

4. Il-​Bibbja liema post għandha jkollha fil-​ħajjiet tagħna?

4 Il-​Bibbja m’hijiex ktieb li sempliċement jitpoġġa fuq l-​ixkaffa biex kultant tirreferi għalih, lanqas ma qiegħda għal użu biss meta kredenti mseħbin jinġabru għall-​qima. Kuljum għandha tintuża biex titfaʼ dawl fuq sitwazzjonijiet li jikkonfrontawna u biex turina t-​triq it-​tajba fejn nimxu.—Salm 25:4, 5.

Intenzjonata Biex Tinqara u Tiġi Mifhuma

5. (a) Jekk inhu possibbli, x’għandu kull wieħed minna jippossjedi? (b) F’Iżrael tal-​qedem, in-​nies kif kienu jsiru jafu x’fiha l-​Iskrittura? (ċ) Salm 19:7-11 kif jeffettwa l-​attitudni tiegħek lejn il-​qari tal-​Bibbja?

5 Fi żmienna, kopji tal-​Bibbja huma faċilment disponibbli fil-​biċċa l-​kbira tal-​pajjiżi, u nħeġġu lil kull qarrej tat-​Torri Taʼ L-​Għassa biex jikseb kopja. Matul iż-​żmien meta l-​Bibbja kienet qiegħda tinkiteb, ma kien hemm ebda magni taʼ l-​istampar. In-​nies inġenerali ma kellhomx kopji persunali. Imma Jehovah ħa ħsieb biex il-​qaddejja tiegħu jisimgħu dak li kien inkiteb. B’hekk, Eżodu 24:7 jirrapporta, li wara li Mosè kien niżżel bil-​miktub dak li kien ordnalu Jehovah, hu “ħa l-​ktieb tal-​patt u qrah f’widnejn in-​nies.” Billi kienu xhieda tat-​turijiet soprannaturali ħdejn il-​Muntanja Sinaj, huma rrikonoxxew li dak li qralhom Mosè kien mingħand Alla u li kienu jeħtieġu li jkunu jafu din l-​informazzjoni. (Eżodu 19:9, 16-19; 20:22) Aħna wkoll għandna bżonn inkunu nafu dak li huwa mniżżel fil-​Kelma t’Alla.—Salm 19:7-11.

6. (a) Qabel ma l-​ġens taʼ Iżrael daħal fil-​Pajjiż Imwiegħed, Mosè x’għamel? (b) Kif nistgħu nimitaw l-​eżempju taʼ Mosè?

6 Hekk kif il-​ġens taʼ Iżrael ippreparaw biex jaqsmu x-​Xmara Ġordan biex jidħlu fil-​Pajjiż Imwiegħed, u b’hekk ħallew warajhom il-​ħajja nomadika tagħhom fix-​xagħri, kien xieraq għalihom li jirrevedu l-​Liġi taʼ Jehovah u l-​modi kif ittratta magħhom. Imqanqal mill-​ispirtu t’Alla, Mosè rreveda l-​Liġi magħhom. Fakkarhom dwar dettalji tal-​Liġi, u enfasizza wkoll prinċipji bażiċi u attitudnijiet li kellhom jinfluwenzaw ir-​relazzjoni tagħhom maʼ Jehovah. (Dewteronomju 4:9, 35; 7:7, 8; 8:10-14; 10:12, 13) Hekk kif aħna llum nidħlu għal inkarigi ġodda jew niffaċċjaw sitwazzjonijiet ġodda fil-​ħajja, aħna wkoll nagħmlu tajjeb li nikkunsidraw kif il-​pariri taʼ l-​Iskrittura għandhom jinfluwenzaw dak li qegħdin nagħmlu.

7. Ftit wara li l-​Iżraeliti qasmu l-​Ġordan, x’sar biex jimpressjona l-​Liġi taʼ Jehovah fuq l-​imħuħ u l-​qlub tagħhom?

7 Ftit wara li Iżrael qasmu x-​Xmara Ġordan, in-​nies mill-​ġdid inġabru biex jirrevedu dak li Jehovah kien qalilhom permezz taʼ Mosè. Il-​ġens inġabar madwar 30 mil lejn it-Tramuntana taʼ Ġerusalemm. Nofs it-​tribujiet kienu quddiem il-​Muntanja Ebal, u nofs kienu quddiem il-​Muntanja Geriżim. Hemmhekk Ġożwè “qara jgħajjat il-​kliem kollu tal-​liġi, il-​barka u l-​maledizzjoni.” B’hekk l-​irġiel, in-​nisa, u ċ-​ċkejknin, flimkien mar-residenti barranin, semgħu stqarrija mill-​ġdid f’waqtha tal-​liġijiet li jiggvernaw il-​kondotta li kienet tirriżulta fid-​diżapprovazzjoni taʼ Jehovah u dwar il-​barkiet li kienu se jirċievu jekk jobdu lil Jehovah. (Ġożwè 8:34, 35) Kienu jeħtieġu li jkollhom ċar f’moħħhom dak li kien tajjeb u dak li kien ħażin fil-​ħarsa taʼ Jehovah. Barra minn hekk, riedu jnaqqxu fuq qlubhom imħabba lejn dak li huwa tajjeb u mibgħeda lejn dak li huwa ħażin, bħalma jrid jagħmel kull wieħed minna llum.—Salm 97:10; 119:103, 104; Amos 5:15.

8. X’kien il-​benefiċċju tal-​qari perjodiku tal-​Kelma t’Alla f’ċerti assembleat nazzjonali f’Iżrael?

8 Minbarra qari tal-​Liġi f’dawk l-​okkażjonijiet storiċi, provvediment għal qari regulari tal-​Kelma t’Alla kien imniżżel f’Dewteronomju 31:10-12. Kull sebaʼ sena l-​ġens kollu kemm hu kellu jinġabar biex jismaʼ qari tal-​Kelma t’Alla. Dan ipprovda ikel spiritwali għalihom. Żamm ħaj ġewwa mħuħhom u qlubhom il-​wegħdi dwar iż-​Żerriegħa u b’hekk serva biex jidderieġi wħud leali lejn il-​Messija. L-​arranġamenti għal għoti taʼ ikel spiritwali li kienu istitwiti meta Iżrael kien fix-​xagħri ma sparixxewx meta huma daħlu fil-​Pajjiż Imwiegħed. (1 Korintin 10:3, 4) Minflok, il-​Kelma t’Alla stagħniet billi inkludiet ir-​rivelazzjonijiet miżjudin tal-​profeti.

9. (a) Kien biss meta l-​Iżraeliti nġabru fi gruppi kbar li huma kienu jaqraw l-​Iskrittura? Spjega. (b) Struzzjoni fl-​Iskrittura kif kienet tingħata ġewwa familji individwali, u b’liema oġġettiv?

9 Reviżjoni tal-​pariri tal-​Kelma t’Alla ma kellhiex tkun restritta biss għal dawk iż-​żminijiet meta n-​nies kienu jkunu miġburin fi grupp kbir. Porzjonijiet tal-​Kelma t’Alla u l-​prinċipji inkorporati fiha kellhom jiġu diskussi kuljum. (Dewteronomju 6:4-9) Fil-​biċċa l-​kbira tal-​postijiet illum, huwa possibbli għaż-​żgħażagħ li jkollhom kopja persunali tal-​Bibbja, u huwa taʼ benefiċċju kbir għalihom li jkollhom waħda. Imma f’Iżrael tal-​qedem, dak ma kienx il-​każ. Lura f’dak iż-​żmien, meta ġenituri taw struzzjoni mill-​Kelma t’Alla, kellhom jistrieħu fuq dak li kienu mmemorizzaw u fuq il-​veritajiet li kienu jgħożżu fi qlubhom, flimkien maʼ kwalunkwe silta żgħira li setgħu kitbu personalment. Permezz taʼ repetizzjoni spissa, kienu jipprovaw jibnu f’uliedhom imħabba lejn Jehovah u l-​mogħdijiet tiegħu. L-​oġġettiv ma kienx sempliċement li jkollhom moħħhom mimli fatti imma biex jgħin lil kull membru tal-​familja sabiex jgħix b’tali mod li juri mħabba lejn Jehovah u l-​Kelma tiegħu.—Dewteronomju 11:18, 19, 22, 23.

Qari Taʼ L-​Iskrittura Fis-​Sinagogi

10, 11. Liema programm taʼ qari taʼ l-​Iskrittura kien jiġi segwit fis-​sinagogi, u Ġesù kif kien iqishom dawn l-​okkażjonijiet?

10 Xi ftit taż-​żmien wara li l-​Lhud ittieħdu fl-​eżilju ġewwa l-​Babilonja, is-​sinagogi ġew stabbiliti bħala postijiet għal qima. Sabiex il-​Kelma t’Alla tinqara u tiġi diskussa f’dawn il-​postijiet għal-​laqgħat, intgħamlu iktar kopji taʼ l-​Iskrittura. Dan kien fattur għala baqgħu jeżistu madwar 6,000 kopja antiki miktubin bl-​idejn li kien fihom porzjonijiet taʼ l-​Iskrittura Ebrajka.

11 Sezzjoni importanti tas-​servizz fis-​sinagoga kienet il-​qari tat-​Tora, ekwivalenti għall-​ewwel ħames kotba tal-​Bibbji taż-​żmien modern. Atti 15:21 jirrapporta li fl-​ewwel seklu E.K., qari bħal dan kien isir kull Sabat, u l-​Mixna juri li sat-​tieni seklu, kien hemm ukoll qari tat-​Tora fit-​tieni u l-​ħames jum tal-​ġimgħa. Għadd taʼ individwi ħadu sehem fil-​qari taʼ porzjonijiet assenjati, wieħed wara l-​ieħor. Id-​drawwa taʼ Lhud li kienu jgħixu fil-​Babilonja kienet li jaqraw it-​Tora kollu kemm hu kull sena; id-​drawwa fil-​Palestina kienet li jifirxu l-​qari matul perijodu taʼ tliet snin. Porzjon mill-​Profeti kien jinqara wkoll u jiġi spjegat. Kienet id-​drawwa taʼ Ġesù li jkun preżenti għal programmi taʼ qari tal-​Bibbja nhar is-​Sabat fil-​post fejn kien joqgħod.—Luqa 4:16-21.

Rispons u Applikazzjoni Persunali

12. (a) Meta Mosè kien jaqra l-​Liġi lin-​nies, in-​nies kif ibbenefikaw? (b) In-​nies kif kienu jwieġbu?

12 Il-​qari taʼ l-​Iskrittura mnebbħa ma kienx intenzjonat li jsir sempliċi formaliżmu. Ma kienx isir sempliċement biex jissodisfa l-​kurżità tan-​nies. Meta Mosè qara “l-​ktieb tal-​patt” lil Iżrael fuq il-​pjanura quddiem il-​Muntanja Sinaj, għamel dan sabiex huma jkunu jafu r-​responsabbiltajiet tagħhom quddiem Alla u jwettquhom. Kienu se jagħmluh dan? Il-​qari kien jirrikjedi rispons. In-​nies irrikonoxxuh dak, u wieġbu, billi qalu: “Kulma Jehovah tkellem aħna lesti li nagħmluh u nkunu ubbidjenti.”—Eżodu 24:7; qabbel Eżodu 19:8; 24:3.

13. Meta Ġożwè qara s-​saħtiet għad-​diżubbidjenza, in-​nies x’kellhom jagħmlu, u b’liema oġġettiv?

13 Iktar tard, meta Ġożwè qara lill-​ġens il-​barkiet imwegħdin u s-​saħtiet, jew maledizzjonijiet, kien mitlub rispons. Wara kull waħda mill-​maledizzjonijiet, ingħatat l-​istruzzjoni: “U n-​nies kollha jridu jgħidu, ‘Hekk ikun!’” (Dewteronomju 27:4-26) B’hekk, punt wara punt esprimew il-​qbil tagħhom mal-​kundanna taʼ Jehovah dwar l-​għemejjel ħżiena ċċitati. Xi ġrajja impressjonanti żgur li kienet meta l-​ġens kollu kemm hu rbombja l-​qbil tiegħu!

14. Fi żmien Neħemija, il-​qari pubbliku tal-​Liġi għala ta prova li kien speċjalment taʼ benefiċċju?

14 Fi żmien Neħemija, meta n-​nies kollha nġabru f’Ġerusalemm biex jisimgħu l-​Liġi, huma raw li ma kinux qegħdin iwettqu għal kollox l-​istruzzjonijiet miktubin hemmhekk. F’dik l-​okkażjoni applikaw fil-​pront dak li tgħallmu. X’kien ir-​riżultat? “Hena kbira ħafna.” (Neħemija 8:13-17) Wara ġimgħa taʼ qari taʼ kuljum mill-​Bibbja matul il-​festa, irrealizzaw li jerġaʼ iżjed kien meħtieġ. Bit-​talb irrevedew l-​istorja taʼ kif Jehovah ittratta mal-​poplu tiegħu minn żmien Abraham ’il quddiem. Dan kollu qanqalhom biex jieħdu ħalfa li jikkonformaw mal-​ħtiġijiet tal-​Liġi, biex iżommu lura minn żwiġijiet imħalltin maʼ barranin, u biex jaċċettaw obbligi li jieħdu ħsieb it-​tempju u s-​servizzi tiegħu.—Neħemija, kapitli 8-10.

15. L-​istruzzjonijiet f’Dewteronomju 6:6-9 kif juru li, ġewwa l-​familji, struzzjoni fil-​Kelma t’Alla ma kellhiex tkun sempliċi formalità?

15 B’mod simili, ġewwa l-​familja, it-​tagħlim taʼ l-​Iskrittura ma kienx intenzjonat li jkun sempliċi formaliżmu. Bħalma diġà rajna, f’termini figurattivi f’Dewteronomju 6:6-9, in-​nies intqalilhom biex ‘jorbtu l-​kliem t’Alla bħala sinjal fuq idhom’​—u b’hekk juru bl-​eżempju u bl-​azzjoni mħabbithom lejn il-​mogħdijiet taʼ Jehovah. U kellhom ipoġġu l-​kliem t’Alla bħala ‘filatterju bejn għajnejhom’—​u b’hekk iżommu kontinwament quddiem għajnejhom il-​prinċipji inkorporati fl-​Iskrittura u jużawhom bħala bażi għad-​deċiżjonijiet tagħhom. (Qabbel il-​lingwaġġ użat f’Eżodu 13:9, 14-16.) Huma kellhom ‘jiktbuhom fuq il-​koxox tal-​bwieb taʼ djarhom u fuq ix-​xatbiet tagħhom’​—u b’hekk jidentifikaw lil djarhom u l-​komunitajiet tagħhom bħala postijiet fejn il-​kelma t’Alla kienet irrispettata u applikata. Fi kliem ieħor, il-​ħajjiet tagħhom riedu jagħtu evidenza abbundanti li huma kienu jħobbu u japplikaw il-​preċetti taʼ tjieba taʼ Jehovah. Kemm setaʼ jkun taʼ benefiċċju dak! Għandha l-​Kelma t’Alla dik ix-​xorta taʼ prominenza fil-​ħajja taʼ kuljum tal-​familji tagħna? B’sogħba, il-​Lhud biddlu dan kollu f’sempliċi formalità, billi kienu jilbsu filatterji bħal li kieku dawn kienu oġġetti taʼ seħer. Il-​qima tagħhom ma baqgħetx ġejja mill-​qalb u ġiet irrifjutata minn Jehovah.—Isaija 29:13, 14; Mattew 15:7-9.

Responsabbiltà Taʼ Dawk F’Pożizzjonijiet Taʼ Indokrar

16. Qari regulari taʼ l-​Iskrittura għala kien importanti għal Ġożwè?

16 Rigward qari taʼ l-​Iskrittura, attenzjoni speċjali ġiet diretta lejn dawk li kienu indokraturi tal-​ġens. Lil Ġożwè, Jehovah qal: “Ħu ħsieb li tagħmel skond il-​liġi kollha.” Biex iżomm quddiem għajnejh li jwettaq dik ir-​responsabbiltà, intqallu: “Trid minn taħt l-​ilsien taqra fih lejl u nhar, . . . għax imbagħad se tagħmel il-​mogħdija tiegħek taʼ suċċess u mbagħad se taġixxi bil-​għerf.” (Ġożwè 1:7, 8) Bħalma huwa minnu dwar kwalunkwe indokratur Kristjan illum, il-​qari regulari taʼ l-​Iskrittura minn Ġożwè kien se jgħinu biex iżomm ċar f’moħħu l-​kmandamenti speċifiċi li Jehovah kien ta lill-​poplu Tiegħu. Ġożwè kellu bżonn jifhem ukoll kif Jehovah kien ittratta mal-​qaddejja Tiegħu taħt diversi ċirkostanzi. Hekk kif kien jaqra stqarrijiet taʼ l-​iskop t’Alla, kien ikun importanti għalih li jaħseb dwar ir-​responsabbiltà tiegħu stess f’konnessjoni maʼ dak l-​iskop.

17. (a) Biex is-​slaten jibbenefikaw mill-​qari taʼ l-​Iskrittura bil-​mod kif stqarr Jehovah, x’kien meħtieġ flimkien mal-​qari li kienu jagħmlu? (b) Qari u meditazzjoni regulari tal-​Bibbja għala huma importanti ħafna għal anzjani Kristjani?

17 Jehovah ordna li kulmin kien jaqdi bħala sultan fuq il-​poplu Tiegħu kellu, hekk kif jilħaq sultan, jagħmel kopja tal-​Liġi t’Alla, billi jibbażaha fuq il-​kopja li kienet tinżamm mill-​qassisin. Imbagħad ried “jaqra fiha l-​jiem kollha taʼ ħajtu.” L-​oġġettiv kien mhux biex sempliċement jimmemorizza l-​kontenut tagħha. Minflok, kien biex hu “jistaʼ jitgħallem jibżaʼ minn Jehovah Alla tiegħu” u sabiex “qalbu ma teżaltax lilha nfisha ’l fuq minn ħutu.” (Dewteronomju 17:18-20) Dan kien jirrikjedi li jimmedita fil-​fond fuq dak li kien qed jaqra. Xi wħud mis-​slaten b’mod evidenti ħasbu li kienu wisq imħabbtin b’doveri amministrattivi biex jagħmlu dak, u l-​ġens kollu sofra bħala riżultat tat-​traskuraġni tagħhom. L-​irwol taʼ l-​anzjani fil-​kongregazzjoni Kristjana ċertament li m’huwiex dak taʼ slaten. Madankollu, bħalma kien minnu dwar is-​slaten, huwa vitali li l-​anzjani jaqraw u jimmeditaw fuq il-​Kelma t’Alla. Li jagħmlu dan se jgħinhom iżommu ħarsa xierqa taʼ dawk fdati fil-​ħarsien tagħhom. Se jgħinhom ukoll biex iwettqu r-​responsabbiltà tagħhom bħala għalliema b’manjiera li verament tonora lil Alla u ssaħħaħ spiritwalment lill-​Kristjani sħabhom.—Titus 1:9; qabbel Ġwann 7:16-18; agħmel kuntrast maʼ 1 Timotew 1:6, 7.

18. Permezz taʼ qari u studju regulari tal-​Bibbja liema eżempju mħolli mill-​appostlu Pawlu se niġu mgħejjunin biex nimitaw?

18 L-​appostlu Pawlu, indokratur Kristjan taʼ l-​ewwel seklu, kien wieħed li kien jaf sewwa l-​Iskrittura mnebbħa. Meta ta xiehda lil nies f’Tessalonika tal-​qedem, setaʼ jirraġuna b’mod effettiv magħhom mill-​Iskrittura u jgħinhom jifhmu t-​tifsira. (Atti 17:1-4) Hu laħaq il-​qlub taʼ semmiegħa sinċieri. B’hekk, ħafna li semgħuh saru kredenti. (1 Tessalonkin 2:13) Bħala riżultat tal-​programm tiegħek taʼ qari mill-​Bibbja u studju, tistaʼ int tirraġuna b’mod effettiv mill-​Iskrittura? Il-​post li jokkupa f’ħajtek il-​qari tal-​Bibbja u l-​mod kif tagħmlu jagħtu evidenza li int verament tapprezza x’ifisser li jkollok il-​Kelma t’Alla fil-​pussess tiegħek? Fl-​artiklu li jmiss, se nikkunsidraw kif tweġiba pożittiva tistaʼ tingħata għal dawn il-​mistoqsijiet saħansitra minn dawk li l-​iskedi tagħhom huma mimlijin ħafna. (w95 5/1)

Kif Twieġeb Int?

◻ Xi nies għala kienu lesti li jirriskjaw il-​ħajja u l-​libertà sabiex jaqraw il-​Bibbja?

◻ Kif nibbenefikaw billi nirrevedu provvedimenti li saru għal Iżrael tal-​qedem biex jisimgħu l-​Kelma t’Alla?

◻ X’għandna nagħmlu b’dak li naqraw fil-​Bibbja?

◻ Il-​qari tal-​Bibbja u l-​meditazzjoni fuqha għala huma speċjalment importanti għall-​anzjani Kristjani?

[Stampa f’paġna21]

Jehovah qal lil Ġożwè: “Trid minn taħt l-​ilsien taqra fih lejl u nhar”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja