LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w96 8/1 pp. 3-4
  • “Għallimna Nitolbu”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Għallimna Nitolbu”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Xbihat u “Qaddisin Patruni”
  • L-​Oriġini tar-​Rużarju
  • Għandna Nitolbu lill-Qaddisin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Għandek Titlob lill-Verġni Marija?
    Stenbaħ!—2005
  • Huwa Xieraq li Titlob lill-“Qaddisin”?
    Stenbaħ!—2011
  • It-talb
    Stenbaħ!—2014
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
w96 8/1 pp. 3-4

“Għallimna Nitolbu”

“MULEJ, għallimna nitolbu.” Dik it-​talba kienet magħmula minn wieħed mid-​dixxipli taʼ Ġesù Kristu. (Luqa 11:1) Dan id-​dixxiplu li ismu ma jissemmiex, ovvjament kien bniedem li kellu apprezzament profond lejn it-​talb. Adoraturi veri llum b’mod simili jagħrfu l-​importanza tiegħu. Wara kollox, it-​talb huwa l-​mezz li bih nistgħu niġu mismugħin mill-​Ogħla Persunaġġ fl-​univers! U aħseb ftit! ‘Il-​wieħed li jismaʼ t-​talb’ jagħti attenzjoni persunali għall-​ħsibijiet u l-​anzjetajiet tagħna. (Salm 65:2) Iktar importanti, permezz tat-​talb, aħna nirringrazzjaw u nfaħħru lil Alla.—Filippin 4:6.

Minkejja dan, il-​kliem “għallimna nitolbu” jqajjem xi mistoqsijiet serji. Madwar id-​dinja bosta metodi taʼ kif wieħed jersaq quddiem Alla huma wżati minn reliġjonijiet differenti. Imma hemm xi mod tajjeb u ieħor ħażin kif għandek titlob? Bħala tweġiba, ħalli l-​ewwel nagħtu ħarsa lejn xi wħud mid-​drawwiet reliġjużi popolari li jinvolvu t-​talb. Se niffokaw fuq dawk ipprattikati fl-​Amerka Latina.

Xbihat u “Qaddisin Patruni”

Ġeneralment, pajjiżi fl-​Amerka Latina huma reliġjużi ferm. Per eżempju, mal-​Messiku kollu wieħed jistaʼ josserva l-​użanza popolari tat-​talb lil “qaddisin patruni.” Tabilħaqq, hija drawwa għall-​ibliet Messikani li jkollhom “qaddisin patruni” li jsirulhom festi f’ċerti ġranet. Il-​Kattoliċi Messikani jitolbu wkoll lil varjetà kbira taʼ xbihat. Liema “qaddis” jiġi msejjaħ, madankollu, jiddependi minn x’tip taʼ talba jixtieq jagħmel l-​adoratur. Jekk xi ħadd qiegħed ifittex persuna biex jiżżewweġ, għandu mnejn jixgħel xemgħa lil “San” Antnin. Xi ħadd li dalwaqt se jivvjaġġa b’karozza għandu mnejn jitlob il-​protezzjoni taʼ “Sant” Kristofru, patrun taʼ dawk li jivvjaġġaw, partikolarment tas-​sewwieqa.

Fejn, madankollu, oriġinaw drawwiet bħal dawn? L-​istorja turi li meta l-​Ispanjoli waslu l-​Messiku, huma sabu poplu devot lejn il-​qima taʼ l-​allat pagani. Fil-​ktieb tiegħu Los Aztecas, Hombre y Tribu (L-Ażteki, ir-​Raġel u t-​Tribù), Victor Wolfgang von Hagen jgħid: “Kien hemm allat persunali, kull xitla kellha l-​alla tagħha, kull attività l-​alla tagħha, saħansitra s-​suwiċidji kellhom wieħed. Jakatekutle kien l-​alla tan-​negozjanti. F’din id-​dinja politeista, l-​allat kollha kellhom tendenzi u funzjonijiet definiti b’mod ċar.”

Ix-xebh taʼ dawn l-​allat maʼ “qaddisin” Kattoliċi kien tant jispikka li meta l-​konkwistaturi Spanjoli ppruvaw “jagħmlu Kristjani” lin-​nies tal-​post, dawn sempliċement qalbu l-​lealtà minn dik lejn l-​idoli tagħhom għall-​“qaddisin” tal-​knisja. Artiklu f’The Wall Street Journal ammetta l-​għeruq pagani tal-​Kattoliċiżmu pprattikat f’xi partijiet tal-​Messiku. Dan innota li f’parti minnhom, bosta mill-​64 “qaddis” meqjumin mill-​poplu jikkorrispondu maʼ “allat speċifiċi tal-​Maja.”

In-New Catholic Encyclopedia targumenta li “bejn il-​qaddis u dawk fuq l-​art hemm stabbilita rabta taʼ intimità kunfidenti, . . . rabta li, ’il bogħod milli ttellef ir-​relazzjoni maʼ Kristu u m’Alla, tagħmilha iktar rikka u profonda.” Imma kif tistaʼ rabta li biċ-​ċar żviluppat mill-​paganiżmu tagħmel ir-​relazzjoni taʼ dak li jkun maʼ dak Alla veru iktar profonda? Jistaʼ talb offrut lil “qaddisin” bħal dawn verament jogħġob ’l Alla?

L-​Oriġini tar-​Rużarju

Drawwa oħra popolari tinvolvi l-​użu tar-​rużarju. Id-​Diccionario Enciclopedico Hispano-Americano (Dizzjunarju Enċiklopediku Ispaniku-Amerikan) jiddeskrivi r-​rużarju bħala “kuruna taʼ ħamsin jew mija u ħamsin żibġa separati f’għaxriet b’oħrajn akbar u magħqudin fit-​truf b’kurċifiss, preżentament preċedut minn tliet żibġiet.”

Waqt li tispjega kif jintuża r-​rużarju, pubblikazzjoni Kattolika tgħid: “Ir-​Rużarju Mqaddes huwa forma taʼ talba mlissna u mentali dwar il-​Misteri tal-​fidwa tagħna. Huwa magħmul minn ħmistax-il posta. Kull posta tikkonsisti f’li jingħadu l-​Missierna, għaxar Sliema u Qaddisa, u Glorja. Jiġi mmeditat misteru waqt kull posta.” Il-​misteri huma duttrini, jew tagħlim, li l-​Kattoliċi għandhom ikunu jafu, li f’dan il-​każ jirreferu għall-​ħajja, it-​tbatija, u l-​mewt taʼ Kristu Ġesù.

The World Book Encyclopedia tgħid: “Forom bikrin taʼ talb bir-​rużarju beda fil-​Kristjanità matul il-​Medju Evu, imma sar mifrux biss fis-​sekli 15 u 16.” Huwa l-​użu tar-​rużarju esklussivament tal-​Kattoliċiżmu? Le. Id-​Diccionario Enciclopedico Hispano-Americano jistqarr: “Żibeġ simili huma wżati fil-​qima Islamika, Lamajista u Buddista.” Tabilħaqq, id-​Diccionario de Religiones (Dizzjunarju tar-​Reliġjonijiet) jinnota: “Xi awturi jsostnu li l-​Mawmettani ħadu r-​rużarju tagħhom mill-​Buddisti, u l-​Kristjani, imbagħad, mingħand dawn taʼ l-​aħħar matul żmien il-​Kruċjati.”

Xi wħud jargumentaw li r-​rużarju sempliċement iservi t’għajnuna għall-​memorja meta jkun meħtieġ li jiġu ripetuti għadd taʼ talbiet. Imma jieħu Alla pjaċir bl-​użu tiegħu?

M’għandniex għalfejn nispekulaw dwar jew niddibattu jekk dawn id-​drawwiet humiex xierqa jew validi. Ġesù ta tweġiba awtorevoli għat-​talba tas-​segwaċi tiegħu biex jgħallimhom jitolbu. Dak li qal se jdawwal u x’aktarx jissorprendi lil xi qarrejja. (w96 7/15)

[Stampi f’paġna 3]

Il-​Kattoliċi taʼ sikwit jużaw il-​kuruna tar-​rużarju. X’inhi l-​oriġini tagħha?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja