LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gm kap. 11 pp. 63-67
  • L-Armonija Sħiħa tal-Bibbja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Armonija Sħiħa tal-Bibbja
  • Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Min Hu s-Serpent?
  • Iż-Żerriegħa tas-Serpent
  • Min Hu ż-Żerriegħa tal-Mara?
  • It-Taħbila Solvuta
  • Min, Mela, Hija l-Mara?
  • It-Tifsir Għalina
  • Iż-Żerriegħa tas-Serpent—Kif Mikxufa?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Dak li Xehdu Għalih il-Profeti Kollha
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • Il-Wieħed li Għalih il-Profeti Kollha Taw Xiehda
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Il-Gvern Taʼ Paċi T’Alla
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
gm kap. 11 pp. 63-67

Kapitlu 11

L-Armonija Sħiħa tal-Bibbja

Immaġina librerija taʼ 66 ktieb miktubin minn madwar 40 persuna differenti fuq perijodu taʼ 1,600 sena. Tliet lingwi ġew użati minn kittieba li għexu f’⁠għadd taʼ pajjiżi. IL-kittieba kollha kellhom personalitajiet, abbiltajiet, u sfondi differenti. Imma meta l-kotba li kitbu ġew miġburin eventwalment flimkien, ġara li, verament, iffurmaw biss ktieb kbir wieħed li segwa tema bażika waħda mill-bidu sat-tmiem. Dak huwa iebes biex timmaġinah, hux hekk? Madankollu, il-Bibbja hija sewwa sew librerija bħal din.

1. (Inkludi l-introduzzjoni.) Liema armonija tal-għaġeb tixhed favur il-fatt li l-Bibbja hi mnebbħa minn Alla?

EBDA student onest ma jistaʼ jonqos li jiġi impressjonat mill-fatt li l-Bibbja, għalkemm hija kollezzjoni taʼ kotba differenti, hija produzzjoni waħda magħquda. Hija magħquda għaliex, mill-bidu sat-tmiem, tinkuraġġixxi l-qima taʼ sempliċement Alla wieħed li l-karatteristiċi tiegħu qatt ma jitbiddlu, u l-kotba kollha tagħha jiżviluppaw tema waħda dominanti. Din l-armonija sħiħa hija evidenza qawwija li l-Bibbja hija, tabilħaqq, il-Kelma t’⁠Alla.

2, 3. Liema profezija mlissna f’⁠Għeden tat bażi għal tama, u liema ċirkostanzi wasslu għat-tlissin taʼ dik il-profezija?

2 It-tema bażika tal-Bibbja hija ntrodotta fil-kapitli l-iktar bikrin tal-ewwel ktieb tagħha, Ġenesi. Hemm, naqraw li l-ewwel ġenituri tagħna, Adam u Eva, kienu maħluqin perfetti u mpoġġijin f’⁠ġenna tal-art, Għeden. Eva, madankollu, ġiet awiċinata minn serpent li sfida s-sewwa tal-liġijiet t’⁠Alla u ħajjarha b’⁠gideb sottili biex taqbad korsa taʼ dnub. Adam segwieha u wkoll m’⁠obdiex lil Alla. Ir-riżultat? It-tnejn li huma kienu mkeċċijin minn Għeden u kkundannati għall-mewt. Aħna llum insofru mir-riżultati taʼ dak l-ewwel irvell. Aħna lkoll nirtu d-dnub u l-mewt mingħand l-ewwel ġenituri tagħna.−Ġenesi 3:1-7, 19, 24; Rumani 5:⁠12.

3 F’⁠dak iż-żmien traġiku, madankollu, Alla lissen profezija li tat bażi għal tama. Il-profezija ntqalet lis-serpent, imma kienet imlissna b’⁠tali mod li setgħu jisimgħuha Adam u Eva biex b’⁠hekk huma setgħu jgħiduha lil uliedhom. Dan hu dak li Alla qal: “U se nqiegħed għadwa bejnek u bejn il-mara u bejn iż-żerriegħa tiegħek u ż-żerriegħa tagħha. Hu se jbenġlek fir-ras u int se tbenġlu fil-għarqub.”−Ġenesi 3:15; Rumani 8: 20, 21.

4. Liema entitajiet kienu msemmijin fil-profezija taʼ Jehovah f’⁠Għeden, u kif kellhom jaġixxu bejniethom matul is-sekli?

4 Innota l-erba’ entitajiet li huma msemmijin f’⁠dan il-vers tat-tema: is-serpent u ż-żerriegħa tiegħu kif ukoll il-mara u ż-żerriegħa tagħha. Dawn l-entitajiet kellhom ikunu l-atturi prinċi-pali fi ġrajjiet għal eluf taʼ snin li kellhom jiġu. Għadwa kontinwa kellha teżisti bejn il-mara u ż-żerriegħa tagħha minn banda waħda u s-serpent u ż-żerriegħa tiegħu mill-banda l-oħra. Din il-għadwa kellha tinkludi l-konflitt li dejjem sejjer bejn il-qima vera u dik falza, il-kondotta tajba u l-ħażen. Fi stadju minnhom, is-serpent kellu jikseb dak li deher qisu vantaġġ meta benġel il-għarqub taż-żerriegħa tal-mara. Eventwalment, iżda, iż-żerriegħa tal-mara kellha tfarrak ras is-serpent, u Alla nnifsu kellu jiġi vvindikat meta t-traċċi kollha taʼ dak l-irvell oriġinali ġew imneħħijin.

5. Kif nafu li Eva ma kinetx il-mara tal-profezija?

5 Min huma l-mara u s-serpent? U min huma ż-żrieragħ tagħhom? Meta Eva kellha l-ewwel iben tagħha, Kajjin, hi esklamat: “Ipproduċejt raġel bil-għajnuna taʼ Jehovah.” (Ġenesi 4:⁠1) Forsi hi ħasset li hi kienet il-mara tal-profezija u li binha kellu juri li hu ż-żerriegħa. Kajjin, madankollu, kellu spirtu ħażin bħal dak tas-serpent. Hu rriżulta li hu qattiel, billi qatel lil ħuh iż-żgħir stess Abel. (Ġenesi 4:⁠8) Biċ-ċar, il-profezija kellha tifsir simboliku iktar profond li Alla biss setaʼ jispjega. U hekk għamel hu, ftit ftit. Is-66 kotba kollha tal-Bibbja jikkontribwixxu b’⁠mod jew ieħor lejn ir-rivelazzjoni taʼ xi tfisser din, l-ewwel profezija fil-Bibbja.

Min Hu s-Serpent?

6-8. Liema kliem taʼ Ġesù jgħinna nidentifikaw lill-qawwa wara s-serpent? Spjega.

6 L-ewwelnett, min hu s-serpent li Ġenesi 3:15 jitkellem dwaru? Ir-rakkont igħid li serpent litterali awiċina lil Eva f’⁠Għeden, imma s-serpenti litterali ma jistgħux jitkellmu. Bil-fors li kien hemm xi qawwa wara dak is-serp, li ġegħlitu jagħmel dak li għamel. X’⁠kienet dik il-qawwa? Ma kienx qabel l-ewwel seklu tal-Era Komuni tagħna, meta Ġesù kien qed iwettaq il-ministeru tiegħu fuq l-art, li l-identità taʼ dik il-qawwa ġiet irrivelata b’⁠mod ċar.

7 Darba minnhom, Ġesù kien qed jitkellem ma’ xi mexxejja reliġjużi Lhud li kienu jippretenduha li huma twajbin u li ftaħru li kienu wlied Abraham. Iżda, huma kienu opponew b’⁠ras iebsa l-verità ppridkata minn Ġesù. Mela Ġesù qalilhom: “Intom minn missierkom ix-Xitan, u tixtiequ tagħmlu x-xewqat taʼ missierkom. Dak il-wieħed kien qattiel meta beda, u ma żammx sħiħ fll-verità, għaliex il-verità mhix fih. Meta jgħid il-gidba, hu jitkellem skond ix-xeħta tiegħu stess, għaliex hu giddieb u missier il-gidba.” −Ġwann 8:⁠44.

8 Il-kliem taʼ Ġesù kien qawwi u laqat il-punt. Hu ddeskriva lix-Xitan bħala “qattiel” u “missier il-gidba.” Issa, l-ewwel gideb irrekordjat kien dak mitkellem mis-serpent f’⁠Għeden. Kien min kien li qal dak il-gideb kien tabilħaqq “missier il-gidba.” Barra minn hekk, dak il-gideb irriżulta fil-mewt taʼ Adam u Eva, u lil dak il-giddieb tal-qedem għamlu qattiel. Ovvjament, mela, il-qawwa wara s-serpent f’⁠Għeden kienet Satana x-Xitan, u Jehovah kien fil-fatt qed ikellem lil Satana f’⁠dik il-profezija tal-qedem.

9. Satana kif beda jeżisti?

9 Xi wħud staqsew: Jekk Alla huwa tajjeb, għala ħalaq ħlejqa bħax-Xitan? Il-kliem taʼ Ġesù wkoll igħinna biex inwieġbu dik il-mistoqsija. Ġesù qal dwar Satana: “[Hu] kien qattiel meta beda.” Mela meta Satana gideb lil Eva, dak kien meta hu beda jkun Satana−minn kelma Ebrajka li tfisser “wieħed li jirreżisti.” Alla ma ħalaqx lil Satana. Dak li qabel kien anġlu lejali ħalla xewqa ħażina tiżviluppa f’⁠qalbu sabiex b’⁠hekk hu sar Satana.−Dewteronomju 32:4; qabbel Ġob 1:​6-12; 2:1-10; Ġakbu 1:​13-15.

Iż-Żerriegħa tas-Serpent

10, 11. Ġesù u l-appostlu Ġwanni kif igħinuna nidentifikaw liż-żerriegħa tas-Serpent?

10 Xi ngħidu, iżda, dwar ‘iż-żerriegħa [jew nisel] tas-serpent’? Il-kliem taʼ Ġesù wkoll igħinna biex insolvu din il-parti tat-taħbila. Hu qal lill-mexxejja reliġjużi Lhud: “Intom minn missierkom ix-Xitan, u tixtiequ tagħmlu x-xewqat taʼ missierkom.” Dawn il-Lhud kienu dixxendenti taʼ Abraham, sewwa sew bħalma kienu ftaħru. Imma l-kondotta mill-agħar tagħhom għamlithom ulied spiritwali taʼ Satana, dak li oriġina d-dnub.

11 L-appostlu Ġwanni, meta kien qed jikteb lejn it-tmiem tal-ewwel seklu, jispjega b’⁠mod ċar min huma dawk li jappartjenu liż-żerriegħa tas-Serpent, Satana. Hu jikteb: “Dak li jissokta fid-dnub joriġina max-Xitan, għaliex ix-Xitan ilu jidneb mill-bidu. . . . It-tfal t’⁠Alla u t-tfal tax-Xitan huma evidenti b’⁠dan il-fatt: Kulmin ma jissoktax fit-tjieba ma joriġinax m’⁠Alla, lanqas ma jagħmel hekk dak li ma jħobbx lil ħuh.” (1 Ġwann 3:​8, 10) B’⁠mod evidenti, iż-żerriegħa tas-Serpent kienu attivi ferm matul l-istorja kollha tal-bniedem!

Min Hu ż-Żerriegħa tal-Mara?

12, 13. (a) Jehovah kif irrivela lil Abraham li ż-żerriegħa tal-mara kellu jidher fost id-dixxendenti tiegħu? (b) Min wiret il-wegħda dwar iż-Żerriegħa?

12 Min, mela, hu ‘ż-żerriegħa [jew nisel] tal-mara’? Din hi waħda mill-mistoqsijiet l-iktar importanti li qatt saru, għax huwa ż-żerriegħa tal-mara li eventwalment se jfarrak ras Satana u jneħħi l-effetti ħżiena tal-irvell oriġinali. Lura fis-seklu 20 Q.E.K., Alla rrivela ħjiel kbir dwar l-identità taʼ dan il-wieħed lir-raġel lejali Abraham. Minħabba fil-fidi kbira taʼ Abraham, Alla għamel serje taʼ wegħdiet lilu dwar in-nisel li kellu jitwilidlu. Waħda minn dawn għamlitha evidenti li ‘ż-żerriegħa tal-mara’ li kellu ‘jbenġel ras is-serpent’ kien se jidher fost ulied Abraham. Alla qallu: “Iż-żerriegħa tiegħek se tieħu pussess tax-xatba tal-egħdewwa tiegħu. U permezz taż-żerriegħa tiegħek il-ġnus kollha tal-art żgur li se jbierku lilhom infushom minħabba l-fatt li int smajt minn leħni.”−Ġenesi 22:​17,18.

13 Hekk kif bdew għaddejjin is-snin, il-wegħda taʼ Jehovah lil Abraham ġiet ripetuta lil bin Abraham Iżakk u lin-neputi tiegħu Ġakobb. (Ġenesi 26:​3-5; 28:​10-15) Eventwalment, id-dixxendenti taʼ Ġakobb saru 12-il tribù, u wieħed minn dawk it-tribujiet, Ġuda, rċieva wegħda speċjali: “Ix-xettru mhux se jdur lil hinn minn Ġuda, lanqas il-bastun tal-kmandant minn bejn saqajh, sakemm jiġi Xilo; u lilu l-ubbidjenza tal-popli se tappartjeni.” (Ġenesi 49:10) B’⁠mod evidenti, iż-Żerriegħa kellu jidher fit-tribù taʼ Ġuda.

14. Liema ġens ġie organizzat biex jiġi mħejji għall-miġja taż-Żerriegħa?

14 Fit-tmiem tas-seklu 16 Q.E.K., it-12-il tribù taʼ Iżrael kienu organizzati f’⁠ġens bħala l-poplu speċjali t’⁠AIla. Għal dan il-għan, Alla għamel patt solenni magħhom u tahom kodiċi ġdida tal-liġi. Ir-raġuni prinċipali għal dan kienet biex tħejji poplu għall-miġja taż-Żerriegħa. (Eżodu 19:​5, 6; Galatin 3:24) Minn dak in-nhar ’⁠il quddiem, il-għadwa taʼ Satana lejn iż-Żerriegħa tal-mara kienet tidher fl-ostilità tal-ġnus lejn il-poplu magħżul t’⁠Alla.

15. Liema ħjiel finali kien mogħti inkwantu għal liema familja fost id-dixxendenti taʼ Abraham kellha tipproduċi liż-Żerriegħa?

15 Il-ħjiel finali inkwantu għal liema familja kellha tipproduċi ż-Żerriegħa ġie mogħti fls-seklu 11 Q.E.K. F’⁠dak iż-żmien, Alla tkellem mat-tieni sultan taʼ Iżrael, David, u wiegħed li ż-Żerriegħa kellu jiġi mil-linja tiegħu u li t-tron taʼ dan il-Wieħed kellu jkun “stabbilit fis-sod għal żmien indefinit.” (2 Samwel 7: 11-16) Minn dak il-punt ’⁠il quddiem, wieħed setaʼ b’⁠mod xieraq jirreferi għaż-Żerriegħa bħala bin David.−Mattew 22: 42-45.

16, 17. Isaija kif iddeskriva l-barkiet li ż-Żerriegħa kellu jġib?

16 Fis-snin li segwew, Alla qajjem profeti biex jagħti iktar tagħrif imnebbaħ dwar iż-Żerriegħa li kellu jiġi. Per eżempju, fit-tmien seklu Q.E.K., Isaija ki-teb: “Tweldilna tifel, ingħatalna iben; u l-ħakma taʼ prinċep se tiġi li tkun fuq spalltu. U ismu se jkun jissejjaħ Wieħed tal-Għaġeb li Jagħti l-Pariri, Alla Setgħan, Missier Etern, Prinċep tal-Paċi. Għall-abbundanza tal-ħakma taʼ prinċep u għall-paċi ma se jkun hemm ebda tmiem, fuq it-tron taʼ David u fuq is-saltna tiegħu.”−Isaija 9:​6, 7.

17 Isaija pprofetizza iktar dwar dan iż-Żerriegħa: “Bit-tjieba hu jrid jiġġudika lill-baxxi, u b’⁠mod rett hu jrid iċanfar għan-nom tal-ġwejdin tal-art. . . . U l-lupu se jgħammar attwalment għal ftit żmien mal-ħaruf, u mal-gidi se jimtedd il-lijupard innifsu, u l-għoġol u l-ferħ muxgħar tal-iljun u l-annimal mitmugħ tajjeb ilkoll flimkien . . . Mhux se jagħmlu xi ħsara jew jikkaġunaw xi rovina fil-muntanja qaddisa kollha tiegħi; għaliex l-art ċertament li se tkun mimlija bil-għarfien taʼ Jehovah bħalma l-ilmijiet qed igħattu lill-istess baħar.” (Isaija 11: 4-9) X’⁠barkiet kbar dan iż-żerriegħa kien se jġib!

18. Danjel liema tagħrif ieħor dwar iż-Żerriegħa rrekordja?

18 Fis-sitt seklu qabel l-Era Komuni tagħna, Danjel kiteb profezija oħra dwar iż-Żerriegħa. Hu bassar iż-żmien meta wieħed bħal bin il-bniedem kellu jidher fis-sema u qal li “lilu ngħataw stat taʼ ħakma u dinjità u saltna, biex il-popli, il-gruppi nazzjonali u l-lingwi għandhom ilkoll jaqdu saħansitra lilu.” (Danjel 7: 13,14) Mela ż-Żerriegħa li kellu jiġi kellu jiret saltna tas-sema, u l-awtorità rjali tiegħu kellha testendi għal fuq l-art kollha.

It-Taħbila Solvuta

19. Marija liema rwol, kif irrivelat mill-anglu, kellha jkoilha fil-miġja taż-Żerriegħa?

19 L-identità taż-Żerriegħa kienet mikxufa finalment flż-żerniq tal-Era Komuni tagħna. Fis-sena 2 Q.E.K., anġlu deher lil tfajla Lhudija li kien jisimha Marija u li kienet dixxendenta taʼ David. L-anġlu qalilha li hi kienet se twelled tarbija speċjali ferm u qal: “Dan il-wieħed se jkun kbir u se jkun jissejjaħ Bin l-Iktar Għoli; u Alla Jehovah se jagħtih it-tron taʼ David missieru, u hu se jaħkem bħala sultan fuq dar Ġakobb għal dejjem, u ma se jkun hemm ebda tmiem għas-saltna tiegħu.” (Luqa 1:​32, 33) Mela l-istennija twila għaż-“żerriegħa” kienet fl-aħħarnett se tispiċċa.

20. Min hu ż-Żerriegħa mwiegħed, u liema messaġġ ippriedka f’⁠Iżrael?

20 Fis-sena 29 E.K. (data indikata ħafna bil-quddiem minn Danjel), Ġesù ġie mgħammed. Spirtu qaddis imbagħad niżel fuqu, u Alla rrikonoxxieh bħala Ibnu. (Danjel 9:​24-27; Mattew 3:​16, 17) Għal tliet snin u nofs wara dak in-nhar, Ġesù ta xiehda lil-Lhud, jipproklama: “Is-saltna tas-smewwiet resqet fil-qrib.” (Mattew 4:17) Matul dak iż-żmien, hu wettaq tant profeziji mill-Iskrittura Ebrajka li ma kienx hemm wisa’ għal dubju li hu kien tabilħaqq iż-Żerriegħa mwiegħed.

21. Il-Kristjani tal-bidu x’⁠fehmu inkwantu ghall-identità taż-Żerriegħa?

21 Il-Kristjani tal-bidu fehmuh sew dan. Pawlu spjega lill-Kristjani fil-Galatja: “Issa l-wegħdiet kienu mitkellma lil Abraham u liż-żerriegħa tiegħu. Igħid, mhux: ‘U lil żrieragħ,’ bħal fil-każ taʼ ħafna bħal dawn, imma bħal fil-każ taʼ wieħed: ‘U liż-żerriegħa tiegħek,’ li hu Kristu.” (Galatin 3:16) Ġesù kellu jkun il-“Prinċep tal-Paċi” mbassar minn Isaija. Wara li fl-aħħarnett kellu jiġi ġewwa s-Saltna tiegħu, il-ġustizzja u t-tjieba kellhom jiġu stabbiliti mad-dinja kollha.

Min, Mela, Hija l-Mara?

22. Min hi l-mara msemmija fil-profezija taʼ Jehovah f’⁠Għeden?

22 Jekk Ġesù huwa ż-Żerriegħa, min hija l-mara li ssemmiet lura hemm f’⁠Għeden? Ladarba l-qawwa wara s-serpent kienet ħlejqa spirtu, m’⁠għandniex għal-fejn nissorprendu ruħna li l-mara wkoll hija spirtu u mhux umana. L-appostlu Pawlu tkellem dwar “mara” tas-sema meta qal: “Imma Ġerusalemm taʼ fuq hi ħielsa, u hija ommna.” (Galatin 4:26) Skritturi oħra jindikaw li din “Ġerusalemm taʼ fuq” kienet diġà eżistiet għal eluf taʼ snin. Hija l-organizzazzjoni tas-sema taʼ ħlejjaq spirti taʼ Jehovah, li minnha niżel Ġesù biex iwettaq ir-rwol taż-‘żerriegħa tal-mara.’ Din ix-xorta taʼ “mara” spiritwali biss setgħet tissaporti l-għadwa tas-“serpent oriġinali” għal eluf taʼ snin.−Rivelazzjoni 12:9; Isaija 54:​1, 13; 62:​2-6.

23. Ir-rivelazzjoni progressiva taʼ xi tflsser il-profezija taʼ Jehovah f’⁠Għeden għala hija daqshekk tal-għaġeb?

23 Din il-ħarsa fll-qosor iejn l-iżyilupp taʼ dik il-profezija tal-qedem f’⁠Ġenesi 3:15 hija testimonjanza qawwija favur l-armonija grandjuża tal-Bibbja. Huwa verament tal-għaġeb li l-profezija tistaʼ tiġi mifhuma biss meta npoġġu l-ġrajjiet u l-qwiel mis-sekli 20, 11, 8, u 6 Q.E.K. flimkien mal-qwiel u l-ġrajjiet mill-ewwel seklu tal-Era Komuni tagħna. Dan ma setax sar b’⁠kumbinazzjoni. Bil-fors li kien hemm id taʼ gwida wara dan kollu.−Isaija 46:​9, 10.

It-Tifsir Għalina

24. L-identiflkazzjoni taż-Żerriegħa xi tflsser għalina?

24 Dan kollu xi jflsser għalina? Sewwa, Ġesù huwa ż-‘żerriegħa primarja tal-mara.’ Dik il-profezija tal-qedem f’⁠Ġenesi 3:15 bassret li għarqubu kellu jiġi ‘mbenġel’ mis-Serpent, u dan seħħ meta Ġesù miet fuq iz-zokk tat-tortura. Tbenġila mhix dejjiema. B’⁠hekk, dak li deher qisu suċċess tas-Serpent ġie mibdui b’⁠ħeffa kbira f’⁠telfa meta Ġesù ġie rxoxtat. (Bħalma rajna f’⁠kapitlu 6, hemm evidenza kbira ħafna li dan ġara tassew.) Il-mewt taʼ Ġesù saret il-bażi għas-salvazzjoni tal-umanità b’⁠qalb tajba, u għalhekk iż-Żerriegħa beda jkun barka, sewwa sew bħalma Alla kien wiegħed lil Abraham. Imma xi ngħidu dwar il-profeziji li Ġesù kellu jaħkem minn saltna tas-sema għal fuq il-qasam tal-art kollu tiegħu?

25, 26. Liema kwistjoni kienet involuta fil-għadwa bejn ‘iż-żerriegħa tal-mara’ u s-Serpent, kif deskritta f’⁠Rivelazzjoni?

25 F’⁠viżjoni profetika u grafika rrekordjata f’⁠Rivelazzjoni kapitlu 12, il-bidu taʼ din is-Saltna huwa mpinġi bħala t-twelid taʼ tarbija tifel fis-sema. F’⁠din is-Saltna, iż-Żerriegħa mwiegħed jieħu l-poter taħt it-titlu Mikiel, li jfisser “Min Hu Bħal Alla?” Hu juri li ħadd ma jistaʼ jisfida bi dritt lis-sovranità taʼ Jehovah, meta jitfaʼ lis-“serpent oriġinali” ’⁠l barra mis-sema għaż-żmien kollu. Naqraw: “Mela ġie mixħut ’⁠l isfel id-dragun il-kbir, is-serpent oriġinali, dak imsejjaħ Xitan u Satana, li qed jiżżvija lill-art abitata kollha; ġie mixħut ’⁠l isfel lejn l-art.”−Rivelazzjoni 12:​7-9.

26 Ir-riżultat huwa serħan għas-smewwiet imma niket fuq l-art. “Issa seħħet is-salvazzjoni u l-qawwa u s-saltna t’⁠Alla tagħna u l-awtorità tal-Kristu tiegħu,” ġiet il-għajta trijonfanti. Iktar minn hekk, naqraw: “Minħabba f’⁠dan ifirħu, intom is-smewwiet u intom li toqogħdu fihom! Gwaj għall-art u għall-baħar, għaliex ix-Xitan niżel għandkom, billi għandu rabja kbira, għax jaf li għandu perijodu qasir taʼ żmien.”−Rivelazzjoni 12:​10, 12.

27. Il-profezija dwar li Satana jiġi mitfugħ ’⁠il barra mis-smewwiet meta ġiet imwettqa? Kif nafu?

27 Nistgħu ngħidu meta din il-profezija kellha tiġi mwettqa? Fil-fatt, dik kienet il-mistoqsija mid-dixxipli meta staqsew lil Ġesù dwar ‘is-sinjal tal-preżenza tiegħu u tal-konkiużjoni tas-sistema taʼ affarijiet’⁠−bħalma ddiskutejna f’⁠Kapitlu 10. (Mattew 24:⁠3) Bħalma rajna, l-evidenza hija kbira ħafna li l-preżenza taʼ Ġesù fil-qawwa tas-Saltna tas-sema bdiet fl-1914. Minn dak iż-żmien ’⁠il hawn, aħna ġarrabna “gwaj għall-art” tabilħaqq!

28, 29. Liema bidliet kbar flx-xena dinjija għad iridu jseħnu, u kif nafu li se jseħħu daiwaqt?

28 Imma nnota: Dik il-għajta tas-sema ħabbret li Satana għandu biss “perijodu qasir taʼ żmien.” Mela dik il-profezija oriġinali f’⁠Ġenesi 3:15 miexja lejn il-quċċata tagħha li ma tiżbaljax. Is-serpent, iż-żerriegħa tiegħu, il-mara, u ż-żerriegħa tagħha kollha ġew identifikati. Iż-Żerriegħa ġie ‘mbenġel fil-għarqub,’ imma rkupra. Dalwaqt, it-tfarrik taʼ Satana (u ż-żerriegħa tiegħu) se jibda taħt Kristu Ġesù, is-Sultan t’⁠Alla li qed isaltan issa.

29 Dan se jinvolvi bidliet tremendi fix-xena dinjija. Flimkien ma’ Satana, dawk li juru li huma ż-żerriegħa tiegħu se jiġu mwarrbin min-nofs. Bħalma pprofetizza s-salmista: “Ftit ieħor biss, u l-wieħed mill-agħar mhux se jkun iktar; u int żgur li se tagħti attenzjoni lil postu, u mhux se jkun.” (Salm 37:10) X’⁠bidla radikali dik se tkun! Imbagħad, il-kliem ieħor tas-salmista se jiġi mwettaq: “Imma l-ġwejdin infushom se jkollhom l-art, u huma se jsibu tabilħaqq il-għaxqa bnina tagħhom fl-abbundanza taʼ paċi.”−Salm 37:⁠11.

30. Ix-xettiċi li jitfgħu dubju fuq l-ispirazzjoni tal-Bibbja u saħansitra fuq l-eżistenza t’⁠Alla għala huma l-uħud li m’⁠humiex rejalistiċi?

30 B’⁠dan il-mod, il-“Prinċep tal-Paċi” se jġib fl-aħħarnett il-paċi lill-umanità. Din hija l-wegħda tal-Bibbja, bħalma nnotajna f’⁠Isaija 9:​6, 7. F’⁠din il-era tax-xettiċiżmu, ħafna jsibu li wegħda bħal din mhix rejalistika. Imma l-bniedem liema alternattiva joffri? Ebda waħda. Mill-banda l-oħra, din il-wegħda hija mistqarra b’⁠mod ċar fil-Bibbja, u l-Bibbja hija l-Kelma t’⁠Alla li ma tfailix. Huma fil-fatt ix-xettiċi li m’⁠humiex rejalistiċi. (Isaija 55:​8, 11) Huma jinjoraw lil Alla, li nebbaħ il-Bibbja u li hu l-akbar rejaltà mir-rejaitajiet kollha.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja