Il-Jum li Rridu Niftakru
“Jien għedtilkom dawn l-affarijiet biex permezz tiegħi jistaʼ jkollkom il-paċi. Fid-dinja qed ikollkom tribulazzjoni, imma agħmlu kuraġġ! Jien ikkonkwistajt lid-dinja.”—ĠWANN 16:33.
1, 2. Liema jum fl-istorja jispikka minn fost il-jiem l-oħrajn kollha, u għala?
ID-DINJA llum għandha wisq xi tgħid dwar il-paċi. Meta spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija, il-paċi kienet assoċjata maʼ Jum V-E u Jum V-G.a Kull sena, il-Milied iġiegħel lin-nies jaħsbu dwar ‘paċi fuq l-art.’ (Luqa 2:14) Imma hemm jum wieħed fl-istorja umana kollha li jispikka minn fost l-oħrajn kollha. Huwa l-jum li fih Ġesù Kristu tkellem il-kliem ikkwotat hawn fuq. Miż-żewg miljuni u iktar jiem li l-umanità ilha teżisti hawn fuq l-art, huwa dak il-jum li biddel kompletament il-korsa tal-umanità għall-ġid etern tagħha.
2 Dak il-jum memorabbli kien l-14 taʼ Nisan fil-kalendarju Lhudi. Fis-sena 33 tal-Era Komuni tagħna, l-14 taʼ Nisan beda f’inżul ix-xemx nhar l-1 t’April. Ejjew nikkunsidraw il-ġrajjiet taʼ dak iljum taʼ importanza kbira.
L-14 taʼ Nisan!
3. Ġesù kif għamel użu minn dawn is-sigħat finali?
3 Hekk kif jibda jidlam, qamar kwinta mill-isbaħ wisq probabbli jibda jiddi bħala tfakkira li Jehovah jiddetermina ż-żminijiet u l-istaġuni. (Atti 1:7) U x’inhu jiġri f’dik il-kamra taʼ fuq fejn Ġesù u t-12-il appostlu tiegħu nġabru biex jiċċelebraw il-Qbiż annwali tal-Lhud? Hekk kif Ġesù jħejji ‘biex joħroġ minn din id-dinja lejn il-Missier, hu qiegħed juri mħabba lejn tiegħu sal-aħħar.’ (Ġwann 13:1) Dan kif qed jagħmlu? Bil-kelma tal-fomm u bl-eżempju, Ġesù jkompli jnaqqax ġod-dixxipli tiegħu kwalitajiet li se jgħinuhom jikkonkwistaw lid-dinja.
Nilbsu l-Umiltà u l-Imħabba
4. (a) Ġesù kif wera lid-dixxipli tiegħu kwalità bażika? (b) Kif nafu li Pietru tgħallem l-importanza tal-umiltà?
4 L-appostli għad iridu jeħilsu lilhom infushom minn xi ftit tal-għira u kburija b’ambizzjoni. Mela Ġesù jitħażżem b’xugaman u jissokta jaħslilhom saqajhom. Din mhix xi turija taʼ umiltà falza, kif tiġi rreċtata f’Ruma kull sena mill-papa tal-Kristjaneżmu. Le, tabilħaqq! Umilta vera hija l-għoti tiegħek innifsek li jiġi minn ‘mohħ umli li jikkunsidra lill-oħrajn bħala superjuri.’ (Filippin 2:2-5) Għall-ewwel, Pietru ma jifhimx il-punt, billi jirrifjuta li jħalli lil Ġesù jaħsillu saqajh. Meta jiġi kkorreġut, hu jitlob lil Ġesù biex jaħsillu ġismu kollu kemm hu. (Ġwann 13:1-10) Madankollu, Pietru żgur li ħadha l-lezzjoni. Snin wara, insibuh jagħti pariri lil oħrajn b’mod korrett. (1 Pietru 3:8, 9; 5:5) Kemm hu importanti llum li lkoll kemm aħna nitjassru għal Kristu bl-umiltà!—Ara wkoll Proverbji 22:4; Mattew 23:8-12.
5. Liema kmandament minn Ġesù wera l-importanza taʼ jerġaʼ kwalità wlenija oħra?
5 Wieħed mit-12 ma jibbenefikax mill-pariri taʼ Ġesù. Dan hu Ġuda l-Iskarjota. Hekk kif tissokta l-ikla tal-Qbiż, Ġesù jsir imdejjaq fl-ispirtu, jidentifika lil Ġuda bħala t-traditur tiegħu, u jibagħtu. Hu biss wara dan li Ġesù jgħid lill-11-il dixxiplu leali tiegħu: “Qiegħed nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin; sewwa sew bħalma ħabbejtkom jien, li intom ukoll tħobbu lil xulxin. B’dan kulħadd se jkun jaf li intom dixxipli tiegħi, jekk għandkom l-imħabba bejnietkom.”. (Ġwann 13:34, 35) Dan verament hu kmandament ġdid muri mill-eżempju superlattiv taʼ Ġesù stess! Hekk kif toqrob is-siegħa għall-mewt tiegħu taʼ sagrifiċċju, Ġesù juri mħabba li tispikka. Hu juża kull minuta prezzjuża biex igħallem u biex jinkuraġġixxi lil dawk id-dixxipli. Iktar tard, hu jenfasizza l-importanza tal-imħabba, billi jgħid: “Dan hu l-kmandament tiegħi, li intom tħobbu lil xulxin sewwa sew bħalma ħabbejtkom jien. Hadd ma għandu mħabba akbar minn din, li xi ħadd għandu jċedi ruħu għal ħbiebu.”−Ġwann 15:12, 13.
“[I]l-Mogħdija u l-Verità u l-Ħajja”
6. Ġesù liema mira jpoġġi quddiem id-dixxipli intimi tiegħu?
6 Ġesu jgħid lill-11 leali: “Tħallux lil qlubkom ikunu nkwetati. Eżerċitaw fidi f’Alla, eżerċitaw fidi wkoll fija. F’dar Missieri hemm bosta għamajjar. Inkella, kont ingħidilkom, għaliex jien sejjer fi triqti biex inħejji post għalikom.” (Ġwann 14:1, 2) Dan il-post se jkun fis-“saltna tas-smewwiet.” (Mattew 7:21) Ġesù jistqarr kif dan il-grupp intimu taʼ dixxipli leali jistgħu jiksbu l-mira tagħhom. Hu jgħid: “Jien Ħu l mogħdija u l-verità u l-ħajja. Hadd ma jiġi għand il-Missier ħlief permezz tiegħi.” (Ġwann 14:6) Dan japplika wkoll għal dawk mill-bnedmin li jiksbu ħajja taʼ dejjem fuq l-art.—Rivelazzjoni 7:9, 10; 21:1-4.
7-9. Ġesù għala ddeskriva lilu nnifsu bħala “l-mogħdija u l-verità u l-ħajja”?
7 Ġesù huwa “l-mogħdija.” Il-mod wieħed u uniku kif nersqu lejn Alla bit-talb hu permezz taʼ Ġesù Kristu. Ġesù nnifsu jiżżgura lid-dixxipli tiegħu li l-Missier se jagħtihom kwalunkwe ħaga li huma jitolbu f’isem Ġesù. (Ġwann 15:16) Talb indirizzat lil xbihat jew “qaddisin” reliġjużi jew mimli b’Ave Marijiet u kantaliena ripetituża—xejn minn dawn ma jinstemaʼ u ma jiġi aċċettat mill-Missier. (Mattew 6:5-8) Jerġaʼ, rigward Ġesù, naqraw f’Atti 4:12: “Ma hemmx isem ieħor taħt is-sema li ngħata fost il-bnedmin li bih irridu niġu salvati.”
8 Ġesù hu “I-verità.” L-appostlu Cwanni stqarr dwaru: ”[I]l-Kelma sar laħam u għammar fostna, u aħna kellna dehra tal-glorja tiegħu, glorja bħalma tappartjeni lil iben uniġenitu minn missier; u hu kien mimli qalb tajba mhix mistħoqqa u verità.” (Ġwann 1:14) Ġesù sar il-verità taʼ mijiet taʼ profeziji fl-Iskrittura Ebrajka billi wettaqhom. (2 Korintin 1:20; Rivelazzjoni 19:10) Hu għarraf il-verità meta tkellem mad-dixxipli tiegħu u mal-folol li semgħuh, meta ddisputa mal-kleru ipokrita, u billi għex b’mod eżemplari.
9 Ġesù hu “l-ħajja.” Bħala l-Iben t’Alla Ġesù qal: “Dak li jezerċita fidi fl-Iben għandu l-ħajja taʼ dejjem; dak li ma jobdix lill-Iben mħux se jaraha l-ħajja, imma l-korla t’Alla tibqaʼ fuqu.” (Ġwann 3:36) Fidi eżerċitata fis-sagrifiċċju taʼ Ġesù twassal għall-ħajja taʼ dejjem—ħajja immortali fis-sema għal “merħla ċkejkna” taʼ Kristjani midlukin u ħajja eterna f’ġenna tal-art għal folla kbira taʼ “ngħaġ oħra.”−Luqa 12:32; 23:43; Ġwann 10:16.
Nissaportu l-Persekuzzjoni
10. Għala għandna bżonn ‘nikkonkwistaw lid-dinja,’ u Ġesù x’inkuraġġiment ta f’dan ir-rigward?
10 Dawk li jittamaw li jgħixu fis-sistema ġdida taʼ Jehovah iridu jissieltu maʼ dinja li “qiegħda taħt il-qawwa tal-wieħed mill-agħar,” Satana x-Xitan. (1 Ġwann 5:19) Kemm huma nkuraġġanti, allura, il-kelmiet taʼ Ġesù fi Ġwann 15:17-19! Hu ddikjara: “Dawn l-affarijiet nikkmandakom, li intom tħobbu lil xulxin. Jekk id-dinja tobgħodkom, tafu li bagħdet lili qabel bagħdet lilkom. Kieku kontu parti mid-dinja, id-dinja kienet tkun kuntenta b’dak li hu tagħha. Issa għaliex m’intom ebda parti mid-dinja, imma jien għaziltkom ’il barra mid-dinja, minħabba f’dan id-dinja tobgħodkom.” Il-Kristjani veri ġew mibgħudin sa din l-istess sena 1992, u kemm nifirħu bl-ezempji mill-aħjar taʼ dawk li jkomplu jżommu sod, billi bl-umiltà jsibu s-saħha taħt l-id setgħana t’Alla! (1 Pietru 5:6-10) Ilkoll kemm aħna nistgħu nissaportu l-provi billi neżerċitaw fidi f’Ġesù, li jikkonkludi d-diskussjoni tieġħu b’dawn il-kelmiet inkuraġġanti: “Fid-dinja qed ikollkom tribulazzjoni, imma agħmlu kuraġġ! Jien ik-konkwistajt lid-dinja.”−Ġwann 16:33.
Jintroduċi Patt Ġdid
11. Ġeremija x’ipprofetizza rigward patt ġdid?
11 Matul dik il-lejla, wara li ċ-ċelebrazzjoni tal-Qbiż resqet lejn it-tmiem, Ġesù jitkellem dwar patt ġdid. Il-profeta Ġeremija bassar dan ħafna sekli bil-quddiem, billi qal: “Ħares! Hemm jiem ġejjin,’ hija l-ħaġa mitkellma taʼ Jehovah, ‘u jien se nikkonkludi mad-dar taʼ Iżrael u mad-dar taʼ Ġuda patt ġdid . . . Jien se nqiegħed il-liġi tiegħi go fihom, u f’qalbhom se niktibha. U jien se nsir Alla tagħhom, u huma nfushom se jsiru l-poplu tiegħi.... Se naħfrilhom l-iżball tagħhom, u dnubhom mhux se niftakru iktar.”ˈ (Ġeremija 31:31-34) Fl-14 taʼ Nisan, tat-33 E.K., għandu jsir is-sagrifiċċju li jagħmel validu lil dan il-patt ġdid!
12. Ġesu kif waqqaf il-patt ġdid, u dan x’iwettaq?
12 Ġesù jgħid lill-11 leali li kien xtaq wisq li jiekol dan il-Qbiż magħhom. Imbagħad hu jieħu hobża, jiżżi ħajr, jiksirha, u jagħtihielhom, waqt li jgħid: “Din tfisser ġismi li jrid jingħata għan-nom tagħkom. Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” Bl-istess mod, hu jgħaddilhom kies inbid aħmar, waqt li jgħid: “Dan il-kies ifisser il-patt ġdid minħabba f’demmi, li se jiġi mxerred għan-nom tagħkom.” (Luqa 22:15, 19, 20) Il-patt ġdid isir jopera bid-“demm prezzjuż” taʼ Ġesù, taʼ valur bil-wisq ikbar mid-demm tal-annimali li kien ġie mroxx biex jagħmel validu l-patt tal-Liġi taʼ Iżrael! (1 Pietru 1:19; Ebrej 9:13, 14) Dawk li jittieħdu fil-patt ġdid igawdu maħfra kompleta tad-dnubiet. Għaldaqstant, huma jistgħu jikkwalifikaw li jkunu mill-144,000, li jirċievu wirt taʼ dejjem bħala Iżrael spiritwali.—Galatin 6:16; Ebrej 9:15-18; 13:20; Rivelazzjoni 14:1.
“B’Tifkira Tiegħi”
13. (a) X’għandna nirriflettu fi żmien il-Mafkar? (b) Min biss għandu jipparteċipa mill-emblemi, u għala?
13 L-1960 Mafkar annwali tal-mewt taʼ Ġesù jaħbat fis-17 t’April, 1992. Hekk kif toqrob dik id-data, nagħmlu tajjeb li nirriflettu dwar dak kollu li jwettaq is-sagrifiċċju perfett taʼ Ġesù. Dan l-arranġament jeżalta l-għerf u l-imħabba profonda taʼ Jehovah għall-bnedmin. L-integrità bla tebgħa taʼ Ġesù, saħansitra sa mewta taʼ agunija, tivvindika lil Jehovah kontra l-isfida taʼ Satana li l-ħolqien uman Tiegħu huwa difettuż u se jfalli taħt prova. (Ġob 1:8-11; Proverbji 27:11) Bid-demm taʼ sagrifiċċju tiegħu, Ġesù jservi taʼ medjatur tal-patt ġdid, l-istrument taʼ Jehovah biex jagħżel “razza magħżula, saċerdozju rjali, ġens qaddis, poplu għal pussess speċjali.” Waqt li jkunu għadhom fuq l-art, dawn ‘jiddikjaraw barra l-pajjiż l-affarijiet eċċellenti’ t’Alla tagħhom, Jehovah, li ‘sejħilhom ’il barra mid-dlam għal ġod-dawl tal-għaġeb tiegħu.’ ( 1 Pietru 2:9. qabbel Eżodu 19:5, 6.) B’mod xieraq, huma biss jipparteċipaw mill-emblemi tal-Mafkar kull sena.
14. Kif jistgħanew il-miljuni taʼ osservaturi?
14 Fil-Mafkar tas-sena l-oħra, l0,650,158 attendew mal-art kollha, imma fost dawn 8,850 biss—inqas minn wieħed kull għaxra taʼ 1 fil-mija—ipparteċipaw mill-emblemi. Taʼ liema benefiċċju, allura, hija din iċ-ċelebrazzjoni għall-miljuni taʼ osservaturi? Taʼ benefiċċju kbir! Għalkemm ma jipparteċipawx, huma jistgħanew spiritwalment b’din is-sħubija mal-fratellanza kbira globali, hekk kif jisimgħu dwar l-affarijiet grandjużi kollha li Jehovah iwettaq permezz tas-sagrifiċċju taʼ Ibnu.
15. Kif jibbenefikaw oħrajn minbarra l-midlukin mis-sagrifiċċju taʼ Ġesù?
15 Barra minn dan, l-appostlu jinformana fl-1 Ġwann 2:1, 2: “Għandna wieħed li jgħin mal-Missier, Ġesù Kristu, wieħed twajjeb. U hu sagrifiċċju taʼ tpattija għal dnubietna, iżda mhux għal tagħna biss imma wkoll għal taddinja kollha.” Iva, is-sagrifiċċju taʼ Ġesù, fil-waqt li jibbenefika l-ewwel lill-klassi taʼ Ġwanni meħudin fil-patt ġdid, jipprovdi wkoll għall-maħfra tad-dnubiet “tad-dinja kollha.” Huwa “sagrifiċċju taʼ tpattija” għad-dnubiet tal-oħrajn kollha mid-dinja taʼ bnedmin li jeżerċitaw fidi fid-demm imxerred taʼ Ġesù, li jiftaħ għalihom il-prospett hieni taʼ ħajja eterna f’ġenna tal-art.—Mattew 20:28.
“Fis-Saltna taʼ Missieri”
16. (a) Ġesù u l-werrieta sħabu f’liema ħaġa issa qegħdin jieħdu sehem minn kif jidher? (b) X’inħu meħtieġ illum kemm mill-fdal midlukin u kif ukoll mill-folla kbira?
16 Waqt li jkompli jinkuraġġixxi lill-appostli tiegħu, Ġesù jsemmi dwar il-jum meta b’mod simboliku hu se jixrob mill-prodott tad-dielja ġdid mad-dixxipli tiegħu fis-Saltna taʼ Missieru. (Mattew 26:29) Hu jgħidilhom: “Intom dawk li bqajtu miegħi fil-provi tiegħi; u nagħmel patt magħkom, sewwa sew bħalma Missieri għamel patt miegħi, għal saltna, biex tkunu tistgħu tieklu u tixorbu fuq il-mejda tiegħi fis-saltna tiegħi, u toqogħdu bil-qiegħda fuq tronijiet biex tiġġudikaw lit-tnax-il tribu taʼ Iżrael.” (Luqa 22:28-30) Ladarba Ġesù ha qawwa tas-Saltna fis-sema fl-1914, nistgħu nikkonkludu li l-għadd il-kbir taʼ werrieta sħab maʼ Ġesù, miġburin matul is-sekli, diġà ġew irxoxtati, biex ‘joqogħdu bil-qiegħda fuq tronijiet’ miegħu. (1 Tessalonkin 4:15, 16) Il-jum qed joqrob bil-għaġla għall-anġli biex jitilqu “l-erbat irjieh” tat-“tribulazzjoni l-kbira”! Sa dak in-nhar, l-issiġillar tal-144,000 taʼ Iżrael spiritwali u l-ġbir tal-miljuni tal-folla kbira se jkunu tlestew. Dawn kollha jridu jżommu l-integrità bħalma għamel Ġesù, sabiex jirċievu il-premju taʼ ħajja taʼ dejjem.—Rivelazzjoni 2:10; 7:1-4, 9.
17 u l-kaxxa. (a) Jekk wieħed midluk jiġi miċħud minħabba nuqqas taʼ lealtà, min raġonevolment x’aktarx jeħodlu postu? (b) Artikli tal-Watchtower fl-1938 tefgħu liema dawl interessanti fuq l-istruttura u l-espansjoni futura tal-organizzazzjoni teokratika fuq l-art?
17 Xi ngħidu jekk xi wħud midlukin jonqsu li jżommu l-integrità? F’dan iż-żmien hekk tard, il-għadd taʼ wħud mħux leali bħal dawn bla dubju se jkun zgħir. Raġonevolment, kwalunkwe wieħed li se jieħu posthom se jiġi, mhux minn fost uħud li għadhom kif tgħammdu imma minn fost dawk li baqgħu maʼ Ġesù fil-provi tiegħu matul ħafna snin taʼ servizz leali. Il-leħħiet brillanti taʼ dawl spiritwali li ġie permezz taʼ The Watchtower fis-snin għoxrin u fis-snin tletin jindikaw li l-ġbir tal-fdal taʼ wħud midlukin kien kważi lest matul dak il-perijodu. Dawk li ‘qegħdin jaħslu lbieshom u jagħmluhom bojod fid-demm tal-Ħaruf’ minn dak iż-żmien ’il hawn għandhom tama ferriħija differenti. Permezz taʼ Kristu, l-ispirtu taʼ Jehovah jiggwidahom lejn “nixxigħat taʼ ilmijiet tal-ħajja” fl-art magħmula Ġenna.—Rivelazzjoni 7:10, 14, 17.
Talba mill-Iktar Ferventi
18. Liema lezzjonijiet qawwijin nitgħallmu mit-talba taʼ Ġesù fi Ġwann kapitlu 17?
18 Ġesù jikkonkludi l-laqgħa tal-Mafkar tiegħu mad-dixxipli tiegħu billi joffri t-talba ferventi misjuba fi Ġwann 17:1-26. Hu jitlob l-ewwel biex Missieru jistaʼ jigglorifikah hekk kif iżomm l-integrità sat-tmiem. B’dan il-mod Jehovah ukoll se jiġi gglorifikat, billi jiġi mqaddes ismu—imnaddaf minn kull tmaqdir. Għax tabilħaqq, ir-raġel perfett Ġesù tassew li jagħti prova li l-ħolqien uman t’Alla jistaʼ jkun bla ħtija, saħansitra taħt l-iktar prova ħarxa. (Dewteronomju 32:4, 5; Ebrej 4:15) Iktar minn hekk, il-mewta taʼ sagrifiċċju taʼ Ġesù tiftaħ opportunità grandjuża għan-nisel taʼ Adam. Igħid Ġesù: “Dan ifisser il-ħajja taʼ dejjem, li jieħdu għarfien dwarek, l-uniku veru Alla, u dwar dak li inti bgħatt, Ġesù Kristu.” Kemm hu essenzjali li tikseb għarfien eżatt dwar Alla Jehovah u dwar Ibnu, il-Ħaruf t’Alla, li ta ħajtu għall-ivvindikar taʼ Jehovah u għas-salvazzjoni tal-umanità! (Ġwann 1:29. 1 Pietru 2:22-25) Tapprezza int dak is-sagrifiċċju mill-iktar taʼ mħabba sal-punt li tiddedika kulma għandek lil Jehovah u lis-servizz prezzjuż tiegħu?
19. Il-fdal u l-folla kbira kif jistgħu jgawdu għaqda prezzjuża?
19 Jerġaʼ, Ġesù jitlob lill-Missier Qaddis tiegħu biex Hu jgħasses lid-dixxipli hekk kif huma jagħtu prova li ma huma ebda parti mid-dinja, iżommu mal-kelma Tiegħu bħala l-verità, u jżommu għaqda prezzjuża mal-Missier u mal-Iben. Ma ġietx mismugħa b’mod tal-għaġeb din it-talba saħansitra sa żmienna hekk kif il-fdal midlukin u l-folla kbira jaqdu flimkien magħqudin f’rabtiet taʼ mħabba, waqt li jżommu newtralità lejn id-dinja, il-vjolenza tagħha, u l-ħażen tagħha? Kemm huma prezzjużi l-kelmiet finali taʼ Ġesù lil Missieru, Jehovah! “Jien għamilt lil ismek magħruf u se nagħmlu magħruf,” qal Ġesù, “sabiex l-imħabba li biha ħabbejtni tistaʼ tkun fihom u jien f’għaqda magħhom.”−Ġwann 17:14, 16, 26.
20. L-14 taʼ Nisan, tat-33 E.K., għala hu ċertament il-jum li rridu niftakru?
20 Waqt li ħiereg lejn il-ġnien taʼ Ġetsemani, Ġesù jassoċja għal ftit ieħor b’mod li jibni mad-dixxipli tiegħu. Imbagħad il-għedewwa tiegħu jiġu fuqu! Il-kliem ma jistax jiddeskrivi l-aguniji fiżiċi taʼ Ġesù, in-niket tiegħu li jaqsam il-qalb għat-tmaqdir mitfugħ fuq Jehovah u l-integrità eżemplari tiegħu matul dan il-ħin kollu. Ġesù jissaporti sat-tmiem, matul il-lejl u matul il-biċċa l-kbira tas-sigħat tad-dawl taʼ dak il-jum. Hu juri b’mod ċar li s-Saltna tiegħu m’hi ebda parti mid-dinja. U bl-aħħar nifs tiegħu, igħajjat: “Ġie mwettaq!” (Ġwann 18:36, 37; 19:30) Il-konkwista tieġħu fuq id-dinja hija kompluta. L-14 taʼ Nisan tat-33 E.K. ċertament li hu l-jum li rridu niftakru!
[Nota taʼ taħt]
a Jum il-Vittorja fl-Ewropa u Jum il-Vittorja fuq il-Ġappun.
Kif se Twieġeb?
◻ Ġesù x’għallem rigward l-umiltà u l-imħabba?
◻ Ġesù kif sar “[i]l-mogħdija u l-verità u l-ħajja”?
◻ X’inhu l-għan tal-patt ġdid?
◻ Il-fdal midlukin u l-folla kbira jieħdu sehem minn liema unità u mħabba?
[Kaxxa f’paġna 15]
Il-Għerf taʼ Salamun Akbar
L-artikli ntitolati “organization” (Organizzazzjoni”) fil-harġiet ta The Watchtower tal-1 taʼ Ġunju u tal-15 taʼ Ġunju, 1938, stabbilew l-arranġament teokratiku bażiku li x-Xhieda taʼ Jehovah isegwu sal-ġurnata tal-lum. Dawn ġew wara perijodu rimarkabbli taʼ aġġustament duttrinali u organizzazzjonali li beda fl-1919. (Isaija 60:17) Waqt li qabbel dak il-perijodu taʼ 20 sena mal-20 sena li matulhom Salamun bena t-tempju u dar is-sultan f’Ġerusalemm, The Watchtower qal: “L-Iskrittura turi li, wara l-għoxrin sena tal-programm taʼ bini taʼ Salamun .... hu ħa sehem fi programm taʼ bini mal-ġens kollu. (1 Sl. 9:10; 9:17-23; 2 Kron. 8:1-10) Imbagħad ġiet is-sultana taʼ Xeba ‘mill-iktar partijiet imbegħdin tal-art biex tismaʼ l-għerf taʼ Salamun’. (Matt. 12:42; 1 Sl. 10:1-10; 2 Kron. 9:1-9, 12) Dan jissuġġerixxi l-mistoqsija: X’hemm fil-futur immedjat għan-nies taʼ Jehovah fuq l-art? B’fiduċia sħiħa se nistennew, u se naraw.” Dik il-fiduċja ma ġietx imqiegħda ħażin. Taħt organizzazzioni teakratika programm vast taʼ bini spiritwali mad-dinja kollha ġabar iktar minn erbaʼ miljuni tal-folla kbira. Bħas-sultana taʼ Xeba, dawn ġew mill-iktar partijiet imbegħdin tal-art biex jisimgħu l-għerf taʼ Salamun Akbar, Kristu Ġesù—ikkomunikat għandhom permezz tal-“irsir fidil u diskret.”−Mattew 24:45-47.