LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 12/1 pp. 4-6
  • Fejn Qegħdin il-Mejtin?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fejn Qegħdin il-Mejtin?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Min Imur Fis-​Sema?
  • Dawk Li Ma Jmorrux Fis-​Sema
  • Reqdin Fil-​Mewt
  • Min Imur Fis-Sema, u Għala?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • X’Jiġrilhom il-Maħbubin Mejtin Tagħna?
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Il-Maħbubin Mejtin Tiegħek—Se Terġaʼ Tarahom?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • L-Uniku Rimedju!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 12/1 pp. 4-6

Fejn Qegħdin il-Mejtin?

“L-​ART hija suq; is-​sema hija d-​dar tagħna,” jgħid il-​Joruba taʼ l-​Afrika tal-​Punent. Din l-​idea tidwi f’ħafna reliġjonijiet. Tagħti l-​idea li l-​art hija bħal suq li aħna nżuru għal żmien qasir u mbagħad nitilqu ’l hemm. Skond dan it-​twemmin, mal-​mewt immorru fis-​sema, l-​abitazzjoni vera tagħna.

Il-Bibbja tassew li tgħallem li xi wħud imorru fis-​sema. Ġesù Kristu qal lill-​appostli leali tiegħu: “F’dar Missieri hemm bosta għamajjar. . . . Jien sejjer fi triqti biex inħejji post għalikom. Ukoll, jekk immur fi triqti u nħejji post għalikom, nerġaʼ niġi u se nilqagħkom id-​dar għandi, biex fejn inkun jien tistgħu tkunu intom ukoll.”—Ġwann 14:2, 3.

Il-kliem taʼ Ġesù ma jfissirx li n-​nies tajbin kollha jmorru fis-​sema jew li s-​sema hija d-​dar taʼ l-​umanità. Xi wħud huma meħudin fis-​sema f’konnessjoni maʼ ħakma għal fuq l-​art. Alla Jehovah kien jaf li l-​gvernijiet umani ma kellhom qatt jimmaniġġjaw b’suċċess l-​affarijiet fuq l-​art. Għalhekk, irranġa għal gvern tas-​sema, jew Saltna, li kellu eventwalment jieħu kontroll taʼ l-​art u jittrasformaha fil-​Ġenna li hu oriġinalment kellu l-​iskop li tkun. (Mattew 6:9, 10) Ġesù kellu jkun Sultan tas-​Saltna t’Alla. (Danjel 7:13, 14) Oħrajn kellhom jiġu magħżulin minn fost l-​umanità biex jaħkmu miegħu. Il-​Bibbja bassret li dawk meħudin lejn is-​sema se jkunu “saltna u qassisin għal Alla tagħna” u kellhom “jaħkmu bħala slaten għal fuq l-​art.”—Rivelazzjoni 5:10.

Min Imur Fis-​Sema?

Meta wieħed iqis ir-​responsabbiltà kbira li dawn il-​ħakkiema tas-​sema kien se jkollhom, m’huwiex sorprendenti li jkollhom jilħqu ħtiġijiet stretti. Dawk li jmorru fis-​sema jridu jkollhom għarfien eżatt taʼ Jehovah u jridu jobduh. (Ġwann 17:3; Rumani 6:17, 18) Huwa meħtieġ minnhom li jeżerċitaw fidi fis-​sagrifiċċju taʼ rahan taʼ Ġesù Kristu. (Ġwann 3:16) Madankollu, iktar huwa involut. Iridu jkunu msejħin u magħżulin minn Alla permezz taʼ Ibnu. (2 Timotew 1:9, 10; 1 Pietru 2:9) Iktar minn hekk, iridu jkunu Kristjani mgħammdin li huma ‘mweldin mill-​ġdid,’ imnisslin mill-​ispirtu qaddis t’Alla. (Ġwann 1:12, 13; 3:3-6) Jeħtieġu wkoll iżommu l-​integrità lejn Alla sal-​mewt.—2 Timotew 2:11-13; Rivelazzjoni 2:10.

Miljuni bla għadd taʼ nies li għexu u mietu ma laħqux dawn il-​ħtiġijiet. Ħafna kien kellhom ftit li xejn opportunità biex jitgħallmu dwar dak Alla veru. Oħrajn qatt ma qraw il-​Bibbja u jafu ftit jew xejn dwar Ġesù Kristu. Saħansitra fost Kristjani veri fuq l-​art illum, ftit ġew magħżulin minn Alla għall-​ħajja fis-​sema.

Għaldaqstant, in-​numru taʼ dawk li jmorru fis-​sema kellu jkun relattivament żgħir. Ġesù rrefera għal uħud bħal dawn bħala “merħla ċkejkna.” (Luqa 12:32) Iktar tard, ġie rrivelat lill-​appostlu Ġwanni li dawk “mixtrijin mill-​art” biex jaħkmu maʼ Kristu fis-​sema kellhom jgħoddu biss 144,000. (Rivelazzjoni 14:​1, 3; 20:6) Meta mqabbel mal-​biljuni taʼ nies li għexu fuq l-​art, dak huwa tabilħaqq numru żgħir.

Dawk Li Ma Jmorrux Fis-​Sema

X’jiġri minn dawk li ma jmorrux fis-​sema? Qegħdin huma jsofru f’post taʼ turment etern, kif jgħallmu xi reliġjonijiet? Dażżgur li le, għax Jehovah hu Alla taʼ mħabba. Ġenituri taʼ mħabba ma jitfgħux lil uliedhom ġon-​nar, u Jehovah ma jittorturax lin-​nies b’dan il-​mod.—1 Ġwann 4:8.

Il-prospett għall-​maġġoranza vasta minn dawk li mietu huwa rxoxt għal fuq ġenna taʼ l-​art. Il-​Bibbja tgħid li Jehovah ħalaq l-​art “biex tkun abitata.” (Isaija 45:18) Is-​salmista ddikjara: “Inkwantu għas-​smewwiet, lil Jehovah is-​smewwiet jappartjenu, imma l-​art hu taha lil ulied il-​bnedmin.” (Salm 115:16) Hija l-​art, mhux is-​sema, li se tkun id-​dar permanenti taʼ l-​umanità.

Ġesù bassar: “Is-​siegħa ġejja li fiha dawk kollha fl-​oqbra tal-​mafkar se jisimgħu leħnu [dak taʼ Ġesù, “Bin il-​bniedem”] u joħorġu.” (Ġwann 5:27-29) L-​appostlu Kristjan Pawlu afferma: “Għandi tama f’Alla . . . li se jkun hemm irxoxt kemm tat-​twajbin u kemm taʼ dawk li m’humiex twajbin.” (Atti 24:15) Fuq iz-​zokk tat-​tortura, Ġesù wiegħed lil wieħed li għamel il-​ħażen u nidem, il-​ħajja permezz taʼ rxoxt għal ġo ġenna taʼ l-​art.—Luqa 23:43.

X’inhuwa, iżda, l-​istat preżenti tal-​mejtin li se jiġu rxoxtati għall-​ħajja fuq l-​art? Ġrajja fil-​ministeru taʼ Ġesù tgħinna nwieġbu din il-​mistoqsija. Ħabibu Lażżru kien miet. Qabel ma Ġesù mar biex jirxoxtah, Hu qal lid-​dixxipli Tiegħu: “Lażżru l-​ħabib tagħna mar jistrieħ, imma jien sejjer hemm biex inqajmu mill-​irqad.” (Ġwann 11:11) B’hekk Ġesù qabbel il-​mewt maʼ raqda, raqda fonda mingħajr ħolm.

Reqdin Fil-​Mewt

Skritturi oħrajn huma f’armonija maʼ dan il-​ħsieb taʼ li wieħed ikun rieqed fil-​mewt. Ma jgħallmux li l-​bnedmin għandhom ruħ immortali li tgħaddi għal ġol-​qasam taʼ l-​ispirti mal-​mewt. Minflok, il-​Bibbja tgħid: “[I]l-mejtin . . . m’huma konxji taʼ xejn affattu . . . L-​imħabba tagħhom u l-​mibgħeda tagħhom u l-​għira tagħhom diġà għebu . . . M’hemm ebda xogħol la ppjanar la għarfien la għerf f’Xeol [il-qabar], il-​post li lejh int sejjer.” (Ekkleżjasti 9:5, 6, 10) Barra minn hekk, is-​salmista ddikjara li l-​bniedem “jerġaʼ lura lejn l-​art tiegħu; f’dak il-​jum ħsibijietu tassew jgħibu.”—Salm 146:4.

Dawn l-​iskritturi jagħmluha ċara li dawk reqdin fil-​mewt ma jistgħux jarawna jew jisimgħuna. M’huma kapaċi jġibu la barka u lanqas gwaj. M’humiex fis-​sema, lanqas ma jgħammru f’komunità t’antenati. Huma bla ħajja, ma jeżistux.

Fiż-żmien xieraq t’Alla, dawk li issa huma reqdin fil-​mewt u li huma fil-​memorja tiegħu se jiġu mqajmin mill-​ġdid għall-​ħajja f’art magħmula ġenna. Se tkun art imnaddfa mit-​tinġis, inkwiet, u problemi li l-​umanità qiegħda tesperjenza issa. Xi żmien ferrieħi se jkun dak! F’dik il-​Ġenna huma se jkollhom il-​prospett li jgħixu għal dejjem, għax Salm 37:29 jiżżgurana: “It-​twajbin infushom se jkollhom pussess taʼ l-​art, u se jgħammru għal dejjem fuqha.” (w94 11/15)

[Kaxxa f’paġna 6]

MA BQAJTX INQIM LILL-​MEJTIN

“Meta kont tifel, għent lil missieri matul is-​sagrifiċċji regulari tiegħu lil missieru mejjet. F’okkażjoni waħda meta missieri fieq minn marda terribbli, ir-​raġel taʼ l-​oraklu qallu li b’apprezzament għall-​fejqan tiegħu għandu joffri bħala sagrifiċċju mogħża, basal tal-​yam, lewż tal-​Kola, u xorb alkoħoliku lil missieru mejjet. Missieri ġie wkoll mogħti parir biex jappella lill-​antenati mejtin tiegħu ħalli jbiegħdu mard u gwaj oħrajn.

“Ommi xtrat dak li kien hemm bżonn għas-​sagrifiċċju, li kellu jiġi esegwit fuq il-​qabar tan-​nannu tiegħi. Il-​qabar kien preċiż maġenb id-​dar tagħna, fi qbil mad-​drawwa lokali.

“Ħbieb, qraba, u ġirien kienu mistednin biex josservaw is-​sagrifiċċju. Missieri, liebes b’mod eleganti skond l-​okkażjoni, qagħad bil-​qiegħda fuq siġġu b’wiċċu lejn in-​niċċa fejn f’ringiela kien hemm diversi rjus taʼ mogħoż li kienu ġew użati qabel għas-​sagrifiċċji. Xogħli kien li nferraʼ l-​inbid minn flixkun għal ġo tazza żgħira, li jien għaddejt lil missieri. Min-​naħa tiegħu, hu ferrgħu fl-​art bħala sagrifiċċju. Missieri għajjat l-​isem taʼ missieru tliet darbiet u talbu għal ħelsien minn gwaj futur.

“Il-​lewż tal-​Kola ġew offruti, u kibx ġie mbiċċer, mgħolli, u mikul minn dawk kollha preżenti. Jien ħadt sehem fl-​ikel u żfint għal kant u daqq tat-​tnabar. Missieri żifen tajjeb ħafna u b’mod ilvent, avolja kien jidher li kellu l-​età. Minn ħin għal ħin talab sabiex l-​antenati tiegħu jbierku lil dawk kollha preżenti, waqt li n-​nies, inkluż jien, weġibna Ise, li tfisser ‘Jalla jkun hekk.’ Jien segwejt b’għajnejja lil missieri b’interess u ammirazzjoni ħerqanin u xxennaqt għall-​jum meta nkun taʼ l-​età biex inkun nistaʼ nagħmel sagrifiċċji lill-​antenati mejtin.

“Minkejja l-​ħafna sagrifiċċji offruti, il-​paċi xorta baqgħet ma ġietx fil-​familja. Waqt li kien għad baqaʼ tliet subjien ħajjin t’ommi, l-​ebda waħda mit-​tlett ibniet li tweldulha ma għexu ħafna; kollha mietu fit-​tfulija. Meta ommi reġgħet ħarġet tqila, missieri għamel sagrifiċċji elaborati sabiex it-​tarbija titwieled qawwija u sħiħa.

“Ommi welldet tifla oħra. Sentejn wara t-​tifla mardet u mietet. Missieri kkonsulta l-​oraklu, li qallu li xi għadu kien responsabbli għall-​mewt. L-​oraklu qal li sabiex ir-​‘ruħ’ tat-​tifla tiġġieled lura, biċċa njama taqbad, flixkun xorb alkoħoliku, u ġeru kienu meħtiġin għas-​sagrifiċċju. L-​injama taqbad kellha tiġi mpoġġija fuq il-​qabar, ix-​xorb kellu jiġi mbexxex fuq il-​qabar, u l-​ġeru kellu jiġi midfun ħaj qrib il-​qabar. Dan suppost li kellu jerġaʼ jqajjem lir-​ruħ tat-​tifla mejta biex tivvindika l-​mewt tagħha.

“Jien ġarrejt il-​flixkun tax-​xorb alkoħoliku u l-​injama taqbad sal-​qabar, u missieri ġarr il-​ġeru, li hu difen fi qbil maʼ l-​istruzzjonijiet taʼ l-​oraklu. Ilkoll kemm aħna emminna li fi żmien sebat ijiem ir-​ruħ tat-​tifla mejta kellha teqred lill-​persuna li kkaġunat il-​mewt mhix mistennija tagħha. Għaddew xahrejn, u l-​ebda mewt ma ġiet irrapportata fl-​inħawi. Jien iddiżappuntajt ruħi.

“Kelli 18-il sena f’dak iż-​żmien. Ftit wara dan iltqajt max-​Xhieda taʼ Jehovah, li wrewni mill-​Iskrittura li l-​mejtin ma jistgħu jagħmlu la ġid u lanqas deni lill-​ħajjin. Hekk kif l-​għarfien tal-​Kelma t’Alla rabba l-​għeruq ġewwa qalbi, għidt lil missieri li ma stajtx nakkumpanjah iktar biex jagħmel sagrifiċċji lill-​mejtin. Għall-​ewwel irrabja miegħi talli abbandunajtu, kif poġġieha hu. Imma meta osserva li ma kontx lest li nirrinunzja l-​fidi ġdida tiegħi, m’opponiex il-​qima tiegħi lejn Jehovah.

“Fit-​18 t’April, 1948, issimbolizzajt id-​dedikazzjoni tiegħi bil-​magħmudija taʼ l-​ilma. Minn dak in-​nhar ’l hawn, komplejt naqdi lil Jehovah b’tant ferħ u sodisfazzjon, billi ngħin lil oħrajn jeħilsu mill-​qima taʼ l-​antenati mejtin, li la jistgħu jgħinuna u lanqas jagħmlulna ħsara.”​—Ikkontribwit minn J. B. Omiegbe, Belt taʼ Benin, in-​Niġerja. (w94 11/15)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja