LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Min Hu Ġesù?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 1. Min hu Ġesù?

      Ġesù hu spirtu b’saħħtu li jgħix fis-​sema. Alla Ġeħova ħalaq lil Ġesù qabel kull ħaġa oħra. Fil-​fatt, il-​Bibbja tgħid li hu “l-​ewwel imwieled mill-​ħolqien kollu.” (Kolossin 1:15) Peress li Ġeħova kien waħdu meta ħalaq lil Ġesù, il-​Bibbja tirreferi għalih bħala ‘Ibnu l-​waħdieni.’ (Ġwanni 3:16) Ġesù u Missieru, Ġeħova, ħadmu sew flimkien biex joħolqu l-​affarijiet l-​oħra kollha. (Aqra Proverbji 8:30.) Ġesù għad għandu ħbiberija tajba maʼ Ġeħova. Hu jaqdi lil Alla bħala “l-​Kelma.” Dan ifisser li jitkellem f’isem Alla billi jwassal il-​messaġġi u l-​istruzzjonijiet tiegħu.​—Ġwanni 1:14.

  • Il-Mewt taʼ Ġesù Kif Issalvana?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • Lezzjoni 27. Ġesù qed jitniżżel minn fuq iz-​zokk wara li miet.

      LEZZJONI 27

      Il-​Mewt taʼ Ġesù Kif Issalvana?

      Aħna nidinbu, inbatu, u mmutu minħabba li Adam u Eva m’obdewx lil Alla.a Imma għandna tama. Ġeħova uża lil Ibnu Ġesù Kristu biex isalvana mid-​dnub u l-​mewt. Il-​Bibbja tgħallimna li permezz tal-​mewt tiegħu, Ġesù ħallsilna l-​fidwa. Il-​fidwa hi l-​prezz li jitħallas biex jinħeles xi ħadd. Ġesù ħallas dan il-​prezz bil-​ħajja perfetta tiegħu. (Aqra Mattew 20:28.) Peress li Ġesù twieled raġel perfett, hu setaʼ jgħix għal dejjem hawn fuq l-​art. Imma hu ried jagħti ħajtu għalina biex jerġaʼ jkollna dak li tilfu Adam u Eva. Ġesù wera kemm hu u Ġeħova jħobbuna. Din il-​lezzjoni se tgħinek tapprezza iktar il-​mewt taʼ Ġesù.

      1. Il-​mewt taʼ Ġesù kif qed tgħinna?

      Peress li twilidna bid-​dnub, nagħmlu ħafna affarijiet li ma jogħġbux lil Ġeħova. Imma xorta nistgħu nkunu ħbieb tajbin t’Alla. Dan nistgħu nagħmluh jekk vera jiddispjaċina għal dak li għamilna, u nitolbu lil Ġeħova f’isem Ġesù Kristu biex jaħfrilna. Imbagħad nagħmlu dak kollu li nistgħu biex ma nerġgħux nagħmlu l-​istess żbalji. (1 Ġwanni 2:1) Il-​Bibbja tgħid: “Kristu miet darba għal dejjem minħabba d-​dnubiet, bniedem ġust għall-​inġusti, sabiex imexxikom lejn Alla.”​—1 Pietru 3:18.

      2. Il-​mewt taʼ Ġesù kif se tgħinna fil-​futur?

      Ġeħova bagħat lil Ġesù biex jagħti l-​ħajja perfetta tiegħu ħalli ‘kulmin juri li għandu l-​fidi f’Ġesù ma jinqeridx imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.’ (Ġwanni 3:16) Grazzi għal Ġesù, Ġeħova se jneħħi l-​ħażen li hawn minħabba li Adam m’obdiex. Dan ifisser li jekk nuru li għandna fidi fis-​sagrifiċċju taʼ Ġesù, se jkollna l-​opportunità li ngħixu ferħanin għal dejjem f’ġenna tal-​art!​—Isaija 65:​21-​23.

      TGĦALLEM IŻJED

      Ifhem iżjed għala Ġesù miet u kif dan se jeffettwak b’mod tajjeb.

      3. Il-​mewt taʼ Ġesù ssalvana mid-​dnub u l-​mewt

      Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

      VIDJOW: Ġesù għala miet?​—L-​Ewwel Parti (2:​01)

      • Liema opportunità tilef Adam meta m’obdiex lil Alla?

      Aqra Rumani 5:​12, u mbagħad iddiskuti:

      • Id-​dnub t’Adam kif jeffettwak?

      Aqra Ġwanni 3:​16, u mbagħad iddiskuti:

      • Ġeħova għala bagħat lil Ibnu fuq l-​art?

      A. Grupp taʼ Stampi: 1. Adam wara li m’obdiex lil Alla. 2. Nies qed iġorru tebut waqt li oħrajn mexjin warajhom. Grupp taʼ Stampi: A. Adam wara li m’obdiex lil Alla. B. Ġesù Kristu. B. Grupp taʼ Stampi: 1. Ġesù Kristu. 2. Nies taʼ etajiet, razez, kulturi u backgrounds differenti.
      1. Adam kien raġel perfett u m’obdiex lil Alla u minħabba f’hekk, in-​nies jidinbu u jmutu

      2. Ġesù kien raġel perfett li obda lil Alla. Minħabba f’hekk, in-​nies għandhom iċ-​ċans li jsiru perfetti u jgħixu għal dejjem

      4. Il-​mewt taʼ Ġesù tgħin lil kulħadd

      Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

      VIDJOW: Ġesù għala miet?​—It-​Tieni Parti (2:​00)

      • Il-​mewt taʼ raġel wieħed kif tistaʼ tgħin lil kulħadd?

      Aqra l-​1 Timotju 2:​5, 6, u mbagħad iddiskuti:

      • Adam kien raġel perfett imma peress li għamel dnub, in-​nies kollha jidinbu u jmutu. Ġesù kien raġel perfett ukoll. Is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù, kif isalvana mid-​dnub u l-​mewt?

      5. Il-​fidwa hi rigal mingħand Ġeħova

      Il-​ħbieb taʼ Ġeħova jaraw il-​fidwa bħala rigal għalihom. Pereżempju, aqra Galatin 2:​20, u mbagħad iddiskuti:

      • L-​appostlu Pawlu kif wera li l-​fidwa kienet rigal għalih?

      Meta Adam dineb, ġab il-​mewt fuq kulħadd. Imma Ġeħova bagħat lil Ibnu biex ikollok iċ-​ċans li tgħix għal dejjem.

      Int u taqra l-​versi li ġejjin, ipprova immaġina kif Ġeħova setaʼ ħassu meta ra lil Ibnu jbati. Aqra Ġwanni 19:​1-​7, 16-​18, u mbagħad iddiskuti:

      • Kif tħossok dwar dak li Ġeħova u Ġesù għamlu għalik?

      XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Kif jistaʼ raġel wieħed imut għal kulħadd?”

      • Int kif twieġeb?

      XI DDISKUTEJNA?

      Ġeħova jistaʼ jaħfrilna dnubietna u aħna nistgħu ngħixu għal dejjem peress li Ġesù miet għalina.

      X’Tgħallimt

      • Ġesù għala miet?

      • Is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù kif isalvana mid-​dnub u l-​mewt?

      • Il-​mewt taʼ Ġesù kif tgħinek?

      Ipprova Dan

      ARA IŻJED

      Tgħallem għala l-​ħajja perfetta taʼ Ġesù u l-​mewt tiegħu huma fidwa.

      “Is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù kif inhu ‘fidwa għal ħafna’?” (Artiklu fuq jw.org)

      Sir af xi rridu nagħmlu biex insalvaw mid-​dnub u l-​mewt.

      “Ġesù huwa s-​salvatur tagħna​—Kif?” (Artiklu fuq jw.org)

      Ġeħova jaħfer dnubiet kbar?

      “Mistoqsijiet Dwar il-​Bibbja Mweġbin” (It-​Torri tal-​Għassa, Lulju-​Awwissu 2013)

      Ara kif is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù għen lil raġel jirranġa maʼ dak li għadda minnu.

      “I Am No Longer a Slave of Violence” (Artiklu fuq jw.org)

      a Id-​dnub mhux biss li nagħmlu xi ħaġa ħażina. Imma jirreferi wkoll għat-​tendenza li nagħmlu dak li hu ħażin. Din it-​tendenza writnieha minn Adam u Eva.

  • Apprezza Dak li Ġeħova u Ġesù Għamlu Għalik
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 1. Kif nuru li napprezzaw x’għamlu Alla u Kristu għalina?

      Il-​Bibbja twegħedna li ‘kulmin jeżerċita l-​fidi f’Ġesù’ jgħix għal dejjem. (Ġwanni 3:16) Xi jfisser li teżerċita l-​fidi? Ifisser iżjed milli nemmnu b’Ġesù biss. Irridu nuru l-​fidi wkoll bid-​deċiżjonijiet u l-​affarijiet li nagħmlu. (Ġakbu 2:17) Meta nuru l-​fidi b’dak li ngħidu u nagħmlu, insaħħu l-​ħbiberija tagħna maʼ Ġesù u maʼ Missieru Ġeħova.​—Aqra Ġwanni 14:21.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja