LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 15
  • Min Hu Ġesù?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Min Hu Ġesù?
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Min hu Ġesù Kristu?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Min Hu Ġesù Kristu?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Ġesù Kristu—Iċ-Ċavetta għall-Għarfien Dwar Alla
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Ġesù Kristu—Il-Mistoqsijiet Tagħna Mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 15
Lezzjoni 15. Ġesù miexi fʼgħalqa.

LEZZJONI 15

Min Hu Ġesù?

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Kważi kulħadd semaʼ b’Ġesù, imma ħafna nies ma tantx jafu dwaru. Hemm ħafna ideat differenti dwar min hu Ġesù. Il-​Bibbja x’tgħid dwaru?

1. Min hu Ġesù?

Ġesù hu spirtu b’saħħtu li jgħix fis-​sema. Alla Ġeħova ħalaq lil Ġesù qabel kull ħaġa oħra. Fil-​fatt, il-​Bibbja tgħid li hu “l-​ewwel imwieled mill-​ħolqien kollu.” (Kolossin 1:15) Peress li Ġeħova kien waħdu meta ħalaq lil Ġesù, il-​Bibbja tirreferi għalih bħala ‘Ibnu l-​waħdieni.’ (Ġwanni 3:16) Ġesù u Missieru, Ġeħova, ħadmu sew flimkien biex joħolqu l-​affarijiet l-​oħra kollha. (Aqra Proverbji 8:30.) Ġesù għad għandu ħbiberija tajba maʼ Ġeħova. Hu jaqdi lil Alla bħala “l-​Kelma.” Dan ifisser li jitkellem f’isem Alla billi jwassal il-​messaġġi u l-​istruzzjonijiet tiegħu.​—Ġwanni 1:14.

2. Ġesù għala ġie fuq l-​art?

Ftit iżjed minn 2,000 sena ilu, Ġeħova għamel miraklu. Hu uża l-​ispirtu qaddis biex jibgħat lil Ġesù mis-​sema f’mara verġni jisimha Marija. B’hekk, Ġesù twieled bħala bniedem. (Aqra Luqa 1:​34, 35.) Ġeħova kien wiegħed li se jibgħat lill-​Messija, jiġifieri l-​Kristu. Għalhekk, Ġesù ġie fuq l-​art biex ikun dan il-​Messija u biex isalva lin-​nies kollha.a Kull ħaġa li Ġeħova kien qal minn qabel fil-​Bibbja dwar il-​Messija, ġrat permezz taʼ Ġesù. Dan għen lin-​nies biex jindunaw li Ġesù hu “l-​Kristu, Bin l-​Alla l-​ħaj.”​—Mattew 16:16.

3. Ġesù fejn qiegħed issa?

Wara li Ġesù miet, Ġeħova rxoxtah bħala spirtu u telaʼ lura fis-​sema. Hemmhekk, ‘Alla għollieh għal pożizzjoni superjuri.’ (Filippin 2:9) Illum, Ġesù huwa anġlu b’saħħtu ħafna. Ġeħova biss huwa iżjed b’saħħtu minnu.

TGĦALLEM IŻJED

Sir af iżjed dwar min hu Ġesù u għala huwa importanti li titgħallem dwaru.

Ġesù u Ġwanni l-​Għammied bilwieqfa fl-​ilma qed jisimgħu leħen mis-​sema wara li tgħammed Ġesù.

4. Ġesù mhuwiex l-​Alla li Jistaʼ Kollox

Il-​Bibbja tgħallimna li Ġesù hu anġlu b’saħħtu fis-​sema. Imma hu xorta għandu jobdi lil Missieru, Alla Ġeħova. Kif nafu? Ara l-​VIDJOW biex issir taf kif il-​Bibbja turi li Ġesù hu differenti minn Alla.

VIDJOW: Ġesù u Alla l-​Istess? (3:22)

L-​iskritturi li ġejjin jgħinuna nifhmu d-​differenza bejn Ġeħova u Ġesù. Aqra kull skrittura u ddiskuti l-​mistoqsijiet li hemm magħhom.

Aqra Luqa 1:​30-​32.

  • Dak li qal l-​anġlu kif juri li Ġesù hu differenti minn Alla Ġeħova, “l-​Iktar Għoli”?

Aqra Mattew 3:​16, 17.

  • Meta Ġesù tgħammed, x’qal il-​leħen mis-​sema?

  • Min taħseb li tkellem?

Aqra Ġwanni 14:28.

  • Min hu l-​ikbar u għandu l-​iżjed awtorità, missier jew tifel?

  • Ġesù qal li Ġeħova hu Missieru. Dan x’jgħallimna?

Aqra Ġwanni 12:49.

  • Ġesù kien jaħseb li hu u Missieru huma l-​istess persuna? Int x’taħseb?

5. Ġesù wera li hu kien il-​Messija

Fil-​Bibbja hemm ħafna profeziji dwar il-​Messija, jiġifieri l-​wieħed li Alla għażel biex isalva lin-​nies. Dawn il-​profeziji għenu lin-​nies biex jindunaw li hu l-​Messija. Ara l-​VIDJOW biex titgħallem dwar xi profeziji li Ġesù wettaq meta ġie fuq l-​art.

VIDJOW: Profeziji li Wettaq Ġesù (3:​03)

Aqra l-​profeziji li ġejjin mill-​Bibbja, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet.

Aqra Mikea 5:2 biex titgħallem fejn il-​Messija kellu jitwieled.b

  • Ġrat din il-​profezija meta twieled Ġesù?​—Mattew 2:1.

Aqra Salm 34:20 u Żakkarija 12:10 biex titgħallem x’qalet il-​Bibbja minn qabel dwar il-​mewt tal-​Messija.

  • Ġraw dawn il-​profeziji?​—Ġwanni 19:​33-​37.

  • Taħseb li Ġesù rranġa minn qabel biex dawn il-​profeziji jiġru bl-​eżatt?

  • Meta taħseb fuq il-​profeziji dwar kif kellu jitwieled u jmut Ġesù, x’jikkonvinċik li hu l-​Messija?

6. Hu importanti li nitgħallmu dwar Ġesù

Il-​Bibbja tgħidilna li huwa importanti ħafna li nitgħallmu dwar Ġesù u xi jridu jagħmel Alla. Aqra Ġwanni 14:6 u 17:​3, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala hu importanti li titgħallem dwar Ġesù?

Ġesù jgħallem grupp taʼ rġiel, nisa, u tfal.

Ġesù fetħilna t-​triq biex insiru l-​ħbieb t’Alla. Hu għallem il-​verità dwar Ġeħova, u minħabba Ġesù jistaʼ jkollna l-​ħajja taʼ dejjem

ĦAFNA JGĦIDU: “Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova ma jemmnux b’Ġesù.”

  • Int kif twieġeb?

XI DDISKUTEJNA?

Ġesù hu anġlu b’saħħtu. Hu l-​Iben t’Alla u l-​Messija.

X’Tgħallimt

  • Il-​Bibbja għala tgħid li Ġesù hu “l-​ewwel imwieled mill-​ħolqien kollu”?

  • Ġesù x’għamel qabel ġie fuq l-​art?

  • Kif nafu li Ġesù hu l-​Messija?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara kif nafu li Ġesù hu l-​Messija.

“Liema profeziji juru li Ġesù kien il-​Messija?” (Artiklu fuq jw.org)

Sir af mill-​Bibbja kif Alla hu missier Ġesù.

“Ġesù għala jissejjaħ l-​Iben t’Alla?” (Artiklu fuq jw.org)

Tgħallem kif it-​tagħlim tat-​Trinità mhux ġej mill-​Bibbja.

“Huwa Ġesù Alla?” (Artiklu minn Torri tal-​Għassa)

Ara kif inbidlet il-​ħajja taʼ mara wara li tgħallmet x’tgħid il-​Bibbja dwar Ġesù.

“A Jewish Woman Explains Why She Reexamined Her Faith” (Awake!, May 2013)

a F’lezzjonijiet 26 u 27 se tiddiskuti għala n-​nies għandhom bżonn jiġu salvati u kif Ġesù se jsalvana.

b Ara n-​Nota fl-​Aħħar 2 biex taqra dwar profezija li qalet eżatt meta Ġesù kellu jiġi fuq l-​art.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja