LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g05 7/8 pp. 8-9
  • “Dawk Imsejħin ‘Allat’”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Dawk Imsejħin ‘Allat’”
  • Stenbaħ!—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kien Ġesù Wkoll Imsejjaħ Alla?
  • Min Hu l-​“Alla taʼ Din id-​Dinja”?
  • Xi Ngħidu Dwar “Testi taʼ Prova” tat-Trinità?
    Għandek Int Temmen fit-Trinità?
  • Il-​Verità dwar il-​Missier, l-​Iben, u l-​Ispirtu Qaddis
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Min Hu Ġesù Kristu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Alla—Min Hu?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2005
g05 7/8 pp. 8-9

“Dawk Imsejħin ‘Allat’”

META l-​appostlu Pawlu fejjaq raġel zopp minn Listra, in-​nies għajtu: “L-​allat saru bħal bnedmin u niżlu għandna!” Lil Pawlu sejħulu Erme, u lil sieħbu Barnaba sejħulu Żews. (Atti 14:​8-14) F’Efesu, l-​arġentier Demetriju wissa li jekk Pawlu kien se jitħalla jibqaʼ jippriedka, ‘it-​tempju tal-​kbira u d-​divina Artemi ma kienx se jibqaʼ stmat.’—Atti 19:​24-28.

In-nies fl-​ewwel seklu—bħal ħafna llum— kienu jqimu lil “dawk imsejħin ‘allat,’ sew fis-​sema u sew fuq l-​art.” Fil-​fatt, Pawlu qal: “Hemm ħafna ‘allat’ u ħafna ‘mulejiet’.” Madankollu, hu spjega wkoll: “Hemm Alla wieħed, il-​Missier,” u “Mulej wieħed, Ġesù Kristu.”—1 Korintin 8:​5, 6.

Kien Ġesù Wkoll Imsejjaħ Alla?

Għalkemm huwa minnu li Ġesù qatt ma saħaq li hu Alla, bħala l-​ħakkiem maħtur taʼ Ġeħova huwa identifikat fil-​profezija taʼ Isaija bit-​termini “Alla setgħan” u “Prinċep tas-​sliem.” Il-​profezija taʼ Isaija żżid: “Kbira tkun setgħetu, u s-​sliem bla qjies.” (Isaija 9:​5, 6 [9:​6, 7, NW]) Għalhekk, bħala l-​“Prinċep”—l-​Iben tas-​Sultan il-​Kbir, Ġeħova—Ġesù se jaqdi bħala l-​Ħakkiem tal-​gvern taʼ “Alla li jistaʼ kollox.”—Eżodu 6:​3, Saydon.

Madankollu, dak li jkun għandu mnejn jistaqsi, ‘Ġesù f’liema sens huwa “Alla setgħan,” u ma qalx l-​appostlu Ġwanni li Ġesù nnifsu hu Alla?’ Fil-​Bibbja taʼ Karm Żammit, Ġwanni 1:1 jgħid hekk: “Fil-​bidu kienet il-​Kelma, u l-​Kelma kienet maʼ Alla, u l-​Kelma kienet Alla.” Xi wħud jirraġunaw li dan ifisser li “l-​Kelma” li twieled fuq l-​art bħala t-​tarbija Ġesù, huwa Alla li Jistaʼ Kollox. Huwa dan minnu?

Għalhekk, ħafna traduzzjonijiet tal-​Bibbja jagħmlu distinzjoni billi juru biċ-​ċar li l-​Kelma ma kienx Alla li Jistaʼ Kollox. Per eżempju, It-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida u l-​Bibbja bl-​Ingliż The Emphatic Diaglott, minn Benjamin Wilson, li fiha hemm traduzzjoni taħt kull linja (interlineari), jgħidu “l-​Kelma kien alla.” Skond dawn it-​traduzzjonijiet, il-​Kelma m’huwiex Alla nnifsu. Imma minħabba l-​pożizzjoni għolja li għandu fost il-​ħlejjaq taʼ Ġeħova, il-​Kelma jissejjaħ “alla” (l-“a” ittra żgħira). Hawnhekk il-​kelma “alla” tfisser “wieħed setgħan.” The Bible​—An American Translation, minn J.M.P. Smith u E. J. Goodspeed, tpoġġiha saħansitra iktar diretta, “il-​Kelma kien divin.”

Versi oħra tal-​Bibbja li bil-​lingwa Griega jibnu s-​sentenzi b’mod simili għal taʼ Ġwanni 1:1 huma Atti 12:22 u 28:6. Dawn juru li meta tintuża l-​kelma “alla,” ma tfissirx li l-​wieħed li jissejjaħ hekk hu Alla li Jistaʼ Kollox, Ġeħova. Per eżempju, meta Erodi Agrippa I beda jagħti diskors fil-​pubbliku lil folla li nġabret quddiemu, il-​folla tant tqanqlet li bdiet tgħajjat: “Dan leħen t’alla.” U meta Pawlu salva minn gidma taʼ serp velenuż, in-​nies bdew jgħidu “li kien xi alla.” Għalhekk, huwa fi qbil kemm mal-​grammatika Griega u kemm mat-​tagħlim tal-​Bibbja li tgħid li l-​Kelma m’huwiex “Alla,” imma “alla.”—Ġwanni 1:1.

Ikkunsidra kif Ġwanni ddeskriva “l-​Kelma” fl-​ewwel kapitlu taʼ l-​Evanġelju tiegħu. “Il-​Kelma sar bniedem u għammar fostna,” kiteb hu, “u aħna rajna l-​glorja tiegħu, glorja bħal dik [mhux taʼ Alla imma] taʼ iben uniġenitu mingħand missieru.” Mela “l-​Kelma,” li sar bniedem, għex fuq l-​art bħala r-​raġel Ġesù u n-​nies rawh. Għalhekk, ma jistax ikun li hu Alla li Jistaʼ Kollox, li dwaru Ġwanni qal: “Ebda bniedem ma ra lil Alla f’xi żmien.”—Ġwanni 1:​14, 18.

Dak li jkun għandu mnejn jistaqsi, ‘Meta Tumas ra lil Ġesù rxoxtat għala qal, “Mulej tiegħi u Alla tiegħi!”?’ Bħalma diġà għedna, Ġesù huwa alla fis-​sens li hu divin, imma m’huwiex il-​Missier. Ġesù kien għadu kif qal lil Marija Maddalena: “Jien tielaʼ għand Missieri u Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom.” Ftakar ukoll għala Ġwanni kiteb l-​Evanġelju tiegħu. Tliet versi wara r-​rakkont dwar Tumas, Ġwanni jispjega li hu kiteb sabiex in-​nies ‘jemmnu li Ġesù hu l-​Kristu, l-​Iben t’Alla’—mhux li hu Alla.—Ġwanni 20:​17, 28, 31.

Min Hu l-​“Alla taʼ Din id-​Dinja”?

Jidher ċar li hawn ħafna allat. Bħalma rajna, xi wħud minnhom jissemmew fil-​Bibbja. Madankollu, in-​nies li ħafna snin ilu raw il-​qawwa taʼ Ġeħova qalu: “Jaħweh, Alla hu! Jaħweh, Alla hu!” (1 Slaten 18:39) Madankollu, hemm alla ieħor li għandu l-​qawwa. Il-​Bibbja tgħid: “Li fosthom alla taʼ did-dinja għema moħħ dawk li ma jemmnux.”—2 Korintin 4:​4, Karm Żammit.

Fil-​lejl taʼ qabel ma miet, Ġesù wissa lid-​dixxipli tiegħu tliet darbiet dwar dan l-​alla, u sejjaħlu “l-​ħakkiem taʼ din id-​dinja.” Ġesù qal li dan il-​ħakkiem qawwi, jew alla, “se jitkeċċa ’l barra.” (Ġwanni 12:31; 14:30; 16:11) Min hu dan l-​alla, u x’inhi d-​dinja li dan jaħkem fuqha?

Dan m’hu ħadd ħlief l-​anġlu ribelluż, Satana x-​Xitan. Dan kif nafuh? Il-​Bibbja tispjega li meta Satana ttanta lil Ġesù, Satana wrieh “is-​saltniet kollha tad-​dinja u l-​glorja tagħhom, u qallu: ‘Dawn l-​affarijiet kollha nagħtihomlok jekk int tinxteħet fl-​art u tagħmilli att taʼ qima.’” (Mattew 4:​8, 9) Din l-​offerta ma kinitx se tkun taʼ tentazzjoni għal Ġesù li kieku dak li kien qed joffri ma kienx taʼ Satana. Tabilħaqq, l-​appostlu Ġwanni ddikjara: “Aħna nafu li noriġinaw minn Alla, imma d-​dinja kollha qiegħda taħt il-​qawwa tal-​Ħażin.”—1 Ġwanni 5:19.

Ftakar li Ġesù wiegħed: “Il-​ħakkiem taʼ din id-​dinja se jitkeċċa ’l barra.” (Ġwanni 12:31) Fil-​fatt, din id-​dinja, jew din is-​sistema, kif ukoll il-​ħakkiema tagħha, se jitneħħew bħalma ġie mbassar mill-​appostlu Ġwanni meta qal: “Id-​dinja tgħaddi.” Madankollu, Ġwanni żied: “Min jagħmel ir-​rieda t’Alla jibqaʼ għal dejjem.” (1 Ġwanni 2:17) Issa ejja neżaminaw l-​iskopijiet glorjużi taʼ l-​uniku Alla veru u kif nistgħu nibbenefikaw minnhom.

[Stampa f’paġna 8, 9]

In-​nies taʼ Listra sejħu lil Pawlu u lil Barnaba allat

[Stampa f’paġna 8, 9]

Ġesù qal lil Marija Maddalena: ‘Jien tielaʼ għand Alla tiegħi u Alla tagħkom’

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja