LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “L-Akbar Minn Dawn hi l-Imħabba”
    It-Torri tal-Għassa—1991 | Frar 15
    • 7. X’inhi n-​natura taʼ a·ga’pe, u din l-​imħabba kif intweriet?

      7 X’kelma Griega uża Pawlu fl-​1 Korintin 13:13, fejn hu semma l-​fidi, it-​tama u l-​imħabba u qal li “l-​akbar minn dawn hi l-​imħabba”? Hawn il-​kelma hi a·ga’pe, l-​istess waħda li uża l-​appostlu Ġwanni meta qal: “Alla hu mħabba.” (1 Ġwann 4:8, 16) Din hi mħabba ggwidata jew iggvernata mill-​prinċipju. Tistaʼ ma tinkludix affezzjoni u ġibda, imma hija emozzjoni jew sentiment bla egoiżmu kkonċernat f’li jagħmel il-​ġid lil oħrajn minkejja jekk min jirċievi jixraqlux jew jekk min jagħti hux se jirċievi xi benefiċċji. Imħabba taʼ din il-​għamla ġiegħlet lil Alla biex jagħti l-​iżjed teżor għażiż taʼ qalbu, l-​Iben uniġenitu tiegħu, Ġesù Kristu, “sabiex kulmin jeżerċita fidi fih jistaʼ ma jinqeridx imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.” (Ġwann 3:16) Bħalma jfakkarna tant tajjeb l-​appostlu Pawlu: “Bil-​kemm li xi ħadd se jmut għal raġel twajjeb; tabilħaqq, għar-​raġel tajjeb, forsi, xi ħadd saħansitra jissogra li jmut. Imma Alla jirrikkmanda mħabbtu lejna billi, waqt li konna għadna midinbin, Kristu miet għalina.” (Rumani 5:7, 8) Iva, a·ga’pe, tagħmel ġid lil oħrajn hi x’inhi s-​sitwazzjoni tagħhom fil-​ħajja jew l-​ispiża għal dak li qed juri l-​imħabba.

  • Il-Vera Mħabba hi Premjanti
    It-Torri tal-Għassa—1991 | Frar 15
    • L-​Aqwa Eżempju Tagħna

      4. Min jipprovdi l-​aqwa eżempju li l-​imħabba vera hija premjanti, u kif għamel dan?

      4 Min jipprovdi l-​aqwa eżempju li l-​imħabba vera hi premjanti? Iva, dan hu pprovdut minn ħadd ħlief Alla nnifsu! Hu “tant ħabb lid-​dinja [taʼ bnedmin] li ta l-​Iben uniġenitu tiegħu.” (Ġwann 3:16) Il-​għoti taʼ Ibnu sabiex dawk li jaċċettaw is-​sagrifiċċju taʼ fidwa jistgħu jkollhom ħajja taʼ dejjem ċertament li sewa ħafna lil Jehovah, u b’mod ċar wera li hu għandu kemm imħabba u kemm empatija. Dan huwa muri iktar mill-​fatt li ‘matul in-​niket kollu taʼ Iżrael fl-​Eġittu, dan kien taʼ niket għalih.’ (Isaija 63:9) Min jaf kemm kien iktar taʼ niket għal Jehovah li jara lil Ibnu jsofri fuq iz-​zokk tat-​tortura u jisimgħu jgħajjat: “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għala tlaqtni.”—Mattew 27:46.

      5. X’seħħ għaliex Alla tant ħabb lill-​umanità li ta lil Ibnu bħala sagrifiċċju?

      5 Sabha premjanti Jehovah l-​espressjoni tiegħu nnifsu tal-​vera mħabba? Ċertament li sabha. B’mod notevoli, xi tweġiba Alla setaʼ jitfaʼ f’wiċċ ix-​Xitan għaliex Ġesù wera li kien leali minkejja dak kollu li Satana setaʼ jagħmillu! (Proverbji 27:11) Fil-​fatt, dak kollu li se twettaq is-​Saltna t’Alla f’li tnaddaf l-​isem taʼ Jehovah mit-​tmaqdir, f’li tirrestawra l-​Ġenna fuq din l-​art, u f’li tagħti ħajja eterna lil miljuni taʼ nies se jseħħ għaliex Alla tant ħabb lill-​umanità li ta l-​ iktar teżor għażiż taʼ qalbu bħala sagrifiċċju.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja