LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 1/15 pp. 15-20
  • Ibni żwieġ b’saħħtu u ferħan

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ibni żwieġ b’saħħtu u ferħan
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • INKLUDU LIL ĠEĦOVA FIŻ-​ŻWIEĠ TAGĦKOM
  • IRĠIEL—URU MĦABBA FIT-​TMEXXIJA TAL-​FAMILJA
  • NISA—URU UMILTÀ U SOTTOMISSJONI
  • KOMPLU AĦFRU LIL XULXIN MILL-​QALB
  • APPLIKAW IR-​REGOLA TAD-​DEHEB
  • “ILBSU L-​IMĦABBA”
  • Kif tirnexxi fiż-​żwieġ Kristjan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Kif Tistaʼ Tkun Ferħan fiż-Żwieġ?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Agħmel iż-Żwieġ Tiegħek Unjoni Dejjiema
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Gwida Għaqlija għall-Miżżewġin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 1/15 pp. 15-20
1. Koppja ferħana jitkellmu flimkien; 2. L-istess koppja qed ikampaw mal-problemi taʼ kuljum fosthom l-impjieg, jieħdu ħsieb it-tfal, diffikultajiet finanzjarji, u problemi taʼ saħħa fil-familja

Ibni żwieġ b’saħħtu u ferħan

“Jekk Ġeħova nnifsu ma jibnix id-​dar, għalxejn ikunu ħadmu iebes fuqha l-​bennejja.”—SALM 127:1a.

TISTAʼ TISPJEGA?

  • Koppji miżżewġin xi sfidi jesperjenzaw?

  • Koppja kif tistaʼ tinkludi lil Ġeħova fiż-​żwieġ tagħha?

  • In-​nisa u l-​irġiel miżżewġin, kif jistgħu japplikaw ir-​Regola tad-​Deheb?

1-3. Koppji miżżewġin xi sfidi jesperjenzaw? (Ara l-​ewwel stampa.)

“JEKK tagħmel sforz sinċier u turi li trid li ż-​żwieġ tiegħek ikollu suċċess, tistaʼ tgawdi l-​barkiet taʼ Ġeħova,” jgħid raġel li ilu fiż-​żwieġ ferħan tiegħu għal 38 sena. Iva, huwa possibbli għall-​irġiel u n-​nisa miżżewġin li jkunu ferħanin flimkien u li jappoġġaw lil xulxin fi żminijiet diffiċli.—Proverbji 18:22.

2 Huwa normali li koppji miżżewġin jesperjenzaw xi diffikultajiet. Il-​Bibbja dan issejjaħlu “tribulazzjoni f’laħamhom.” (1 Korintin 7:28) Għala? Fiż-​żwieġ jistaʼ jkun hemm stress mill-​problemi taʼ kuljum. Minħabba l-​imperfezzjoni, l-​irġiel u n-​nisa miżżewġin kultant iweġġgħu s-​sentimenti taʼ xulxin u ma jikkomunikawx sew maʼ xulxin. (Ġakbu 3:2, 5, 8) Ħafna għandhom xogħol li jirrikjedi ħafna enerġija u ħin, u wkoll jistaʼ jkun li qed irabbu t-​tfal. Il-​fatt li jkunu stressati u eżawriti jagħmilha taʼ sfida li jsibu biżżejjed ħin biex isaħħu ż-​żwieġ tagħhom. Problemi finanzjarji, mard, u diffikultajiet oħra jistgħu bil-​mod il-​mod idgħajfu l-​imħabba tagħhom u r-​rispett għal xulxin. U żwieġ li donnu jidher b’saħħtu jistaʼ jitkisser mill-​“għemejjel tal-​laħam,” bħaż-​żína, kondotta laxka, mibegħda, ġlied, għira, għadab, u tilwim.—Galatin 5:19-​21.

3 Biex tkompli tgħaxxaqha, in-​nies f’dawn “l-​aħħar jiem” spiss huma egoisti u għandhom nuqqas taʼ rispett lejn Alla, attitudnijiet li jistgħu jkissru żwieġ. (2 Timotju 3:1-​4) Iktar minn hekk, għadu mill-​agħar hu determinat li jeqred iż-​żwiġijiet. L-​appostlu Pietru jwissina: “L-​avversarju tagħkom, ix-​Xitan, iħuf bħal iljun jgħajjat, jipprova jiblaʼ lil xi ħadd.”—1 Pietru 5:8; Rivelazzjoni 12:12.

4. Kif inhu possibbli li jeżisti żwieġ b’saħħtu u ferħan?

4 Fil-​Ġappun, raġel miżżewweġ jammetti: “Kelli ħafna stress minħabba l-​flus. U minħabba li ma kkomunikajtx biżżejjed maʼ marti, hi wkoll spiċċat taħt pressjoni kbira. Iktar minn hekk, reċentement kellha problemi serji taʼ saħħa. Kultant, dan l-​istress kien iġegħelna nillitikaw.” Fiż-​żwieġ se jkun hemm xi sfidi, imma aħna nistgħu negħlbuhom. Bl-​għajnuna taʼ Ġeħova, il-​koppji jistgħu jgawdu relazzjoni b’saħħitha u ferħana. (Aqra Salm 127:1.) Ejja niddiskutu ħames modi kif nistgħu nibnu żwieġ b’saħħtu u dejjiemi. Se neżaminaw ukoll għala l-​imħabba hi neċessarja biex iżżomm żwieġ b’saħħtu.

INKLUDU LIL ĠEĦOVA FIŻ-​ŻWIEĠ TAGĦKOM

5, 6. L-​irġiel u n-​nisa miżżewġin, x’jistgħu jagħmlu biex jinkludu lil Ġeħova fiż-​żwieġ tagħhom?

5 Meta koppja tkun leali u sottomessa lejn Ġeħova, iż-​żwieġ ikollu pedament b’saħħtu. (Aqra Ekkleżjasti 4:12.) Billi jsegwu l-​gwida kollha mħabba t’Alla, irġiel u nisa miżżewġin ikunu qed jinkludu ’l Alla fiż-​żwieġ tagħhom. Il-​Bibbja tgħid: “Widnejk jisimgħu kelma minn warajk tgħid: ‘Din hi t-​triq. Imxu fiha,’ f’każ li tmorru lejn il-​lemin jew f’każ li tmorru lejn ix-​xellug.” (Isaija 30:20, 21) Illum, il-​koppji “jisimgħu” l-​kelma taʼ Ġeħova meta jaqraw il-​Bibbja flimkien. (Salm 1:1-​3) Huma jsaħħu ż-​żwieġ saħansitra iktar meta jkollhom qima bħala familja regolari li tkun pjaċevoli u li tibni. U meta koppja titlob flimkien kuljum, tkun qed tibni żwieġ li jistaʼ jirreżisti l-​attakki tad-​dinja taʼ Satana.

Raġel jitlob maʼ martu qabel il-qima bħala familja

Meta l-irġiel u n-nisa miżżewġin jaqdu lil Ġeħova bħala koppja, se jersqu eqreb t’Alla u taʼ xulxin u jkollhom żwieġ ferħan (Ara paragrafi 5, 6)

6 Gerhard mill-​Ġermanja jgħid: “Kull meta l-​ferħ tagħna jiġi mfixkel minn xi diffikultà personali jew nuqqas taʼ ftehim, il-​pariri mill-​Kelma t’Alla għenuna niżviluppaw il-​paċenzja u nipprattikaw il-​maħfra.” Hu jżid jgħid li dawn il-​kwalitajiet huma essenzjali fi żwieġ taʼ suċċess. Meta l-​irġiel u n-​nisa miżżewġin jaħdmu iebes biex iżommu ’l Alla fiż-​żwieġ tagħhom billi jaqduh flimkien, huma jibqgħu qrib Ġeħova u jsaħħu r-​relazzjoni tagħhom.

IRĠIEL—URU MĦABBA FIT-​TMEXXIJA TAL-​FAMILJA

7. Raġel kif għandu jittratta lil martu?

7 Il-​mod kif raġel imexxi l-​familja tiegħu jistaʼ jgħin f’li jibni żwieġ b’saħħtu u ferħan. Il-​Bibbja tgħid: “Il-​kap taʼ kull raġel hu l-​Kristu; u l-​kap tal-​mara hu r-​raġel.” (1 Korintin 11:3) Dan xi jfisser? L-​irġiel għandhom jittrattaw lil marthom bl-​istess mod kif Ġesù ttratta lid-​dixxipli tiegħu. Qatt ma kien kattiv jew aħrax. Ġesù dejjem kien juri mħabba u qalb tajba, u kien ukoll raġunevoli, ġwejjed, u umli f’qalbu.—Mattew 11:28-​30.

8. Raġel kif jistaʼ jirbaħ l-​imħabba u r-​rispett taʼ martu?

8 Irġiel Kristjani m’għandhomx bżonn jitolbu b’mod sforzat ir-​rispett taʼ marthom. Minflok, għandhom ‘jonoraw lill-​mara bħala reċipjent iktar dgħajjef.’ (1 Pietru 3:7) Kemm fil-​pubbliku u kemm fil-​privat, l-​irġiel għandhom jużaw kliem taʼ rispett u juru mogħdrija. Bil-​mod kif jitkellmu maʼ marthom u jittrattawhom, l-​irġiel juru li l-​mara tagħhom hi prezzjuża għalihom. (Proverbji 31:28) Meta raġel jittratta lil martu bi mħabba, hi se tħobbu u tirrispettah u Ġeħova se jbierek iż-​żwieġ tagħhom.

NISA—URU UMILTÀ U SOTTOMISSJONI

9. Mara kif tistaʼ turi li hi sottomessa?

9 Imħabba mhux egoistika għal Ġeħova li hi bbażata fuq il-​prinċipji tiegħu se tgħinna nkunu umli “taħt l-​id setgħana t’Alla.” (1 Pietru 5:6) Mod importanti kif mara turi rispett lejn l-​awtorità taʼ Ġeħova hu billi tikkoopera maʼ żewġha. Il-​Bibbja tgħid: “Intom nisa miżżewġin, kunu sottomessi lejn żwieġkom bħalma jixraq fil-​Mulej.” (Kolossin 3:18) Huwa minnu li mara forsi ma jogħġbuhiex id-​deċiżjonijiet kollha li jieħu r-​raġel tagħha. Imma sakemm dawn id-​deċiżjonijiet mhumiex kontra l-​liġi t’Alla, mara sottomessa tkun trid tikkoopera maʼ żewġha.—1 Pietru 3:1.

10. Sottomissjoni bi mħabba għala hi importanti?

10 Ġeħova ta rwol onorabbli lin-​nisa miżżewġin fil-​familja. Mara hi “sieħba” taʼ żewġha. (Malakija 2:14) Meta koppja tieħu deċiżjonijiet dwar il-​familja, mara b’rispett tgħid dak li taħseb u kif tħossha, imma tibqaʼ sottomessa. Raġel għaqli se jismaʼ sew dak li martu għandha xi tgħid. (Proverbji 31:10-​31) Sottomissjoni bi mħabba tistaʼ ġġib ferħ, paċi, u armonija fil-​familja. Minħabba f’hekk, irġiel u nisa miżżewġin jistgħu jħossuhom sodisfatti minħabba li jkunu jafu li qed jogħġbu ’l Alla.—Efesin 5:22.

KOMPLU AĦFRU LIL XULXIN MILL-​QALB

11. Il-​maħfra għala hi essenzjali?

11 Sabiex jibnu żwieġ dejjiemi, l-​irġiel u n-​nisa għandhom jitgħallmu jħallu nuqqas għaddej. Meta koppji ‘jkomplu jissaportu lil xulxin u jaħfru lil xulxin mill-​qalb,’ huma jsaħħu r-​relazzjoni tagħhom. (Kolossin 3:13) Madankollu, iż-​żwieġ jiddgħajjef meta koppja żżomm fil-​komma l-​iżbalji tal-​passat u iktar tard terġaʼ taqlaʼ l-​ħama. Eżatt bħalma xquq idgħajfu binja, sentimenti mweġġgħin u rabja jagħmluha iktar u iktar diffiċli għal koppja biex taħfer u taħdem flimkien. Imma żwieġ isir ħafna iktar b’saħħtu meta r-​raġel u l-​mara jaħfru lil xulxin, eżatt bħalma Ġeħova jaħfrilhom.—Mikea 7:18, 19.

12. L-​imħabba kif “tgħatti kotra taʼ dnubiet”?

12 Imħabba vera “ma żżommx kont tal-​ħsara.” Fil-​fatt, “l-​imħabba tgħatti kotra taʼ dnubiet.” (1 Korintin 13:4, 5; aqra l-​1 Pietru 4:8.) Allura, jekk inħobbu lil oħrajn, m’hemmx limitu taʼ kemm-​il darba għandna naħfru. Meta l-​appostlu Pietru saqsa kemm-​il darba wieħed għandu jaħfer lil xi ħadd, Ġesù wieġbu: “Sa sebgħa u sebgħin darba.” (Mattew 18:21, 22) Ġesù x’ried jgħid biha? Ried jgħid li m’hemmx limitu taʼ kemm-​il darba Kristjan għandu jaħfer lil oħrajn.—Proverbji 10:12.a

13. Kif nistgħu nevitaw it-​tendenza li nżommu fil-​komma?

13 Annette mill-​Ġermanja tgħid: “Jekk koppja ma jkunux iridu jaħfru, jibdew iżżommu f’qalbhom u tikber in-​nuqqas taʼ fiduċja, u dan jeqred iż-​żwieġ bil-​mod il-​mod. Permezz tal-​maħfra, tissaħħaħ ir-​rabta taż-​żwieġ u tersqu eqreb lejn xulxin.” Kun grat, u uri apprezzament. Fittex fejn tistaʼ tfaħħar lis-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek. Meta tagħmel hekk, tkun tistaʼ tegħleb it-​tendenza li żżomm fil-​komma. (Kolossin 3:15) B’hekk, ikollok is-​serħan tal-​moħħ, l-​unità, u l-​approvazzjoni t’Alla.—Rumani 14:19.

APPLIKAW IR-​REGOLA TAD-​DEHEB

14, 15. X’inhi r-​Regola tad-​Deheb, u meta tiġi applikata, iż-​żwieġ kif jissaħħaħ?

14 Hemm probabbiltà kbira li trid tiġi trattat b’dinjità u rispett. Int tapprezza meta oħrajn jagħtuk widen u jagħtu kas taʼ kif tħossok. Imma ġieli smajt lil xi ħadd jgħid, “Issa tara kif żgur inpattihielu”? Kultant din ir-​reazzjoni tistaʼ tifhimha. Madankollu, il-​Bibbja tgħidilna: “Tgħidx: ‘Kif għamilli, nagħmillu.’” (Proverbji 24:29) Ġesù għallimna l-​aħjar mod kif nistgħu nittrattaw sitwazzjonijiet diffiċli. Dak li Ġesù qal, spiss tissejjaħ ir-​Regola tad-​Deheb: “Bħalma tridu li l-​bnedmin jagħmlulkom, agħmlu l-​istess lilhom.” (Luqa 6:31) Ġesù ried jgħid li għandna nittrattaw lin-​nies bil-​mod li nixtiequ li niġu trattati, mhux bil-​mod kif jittrattawna. Dan ifisser li fiż-​żwieġ għandna niżirgħu dak li nittamaw li naħsdu minnu.

Fiż-​żwieġ għandna niżirgħu dak li nittamaw li naħsdu minnu

15 Meta l-​koppji jimpurtahom verament mis-​sentimenti taʼ xulxin, ikunu jistgħu jsaħħu r-​relazzjoni tagħhom. “Ipprovajna nużaw fil-​prattika r-​Regola tad-​Deheb,” jgħid raġel miżżewweġ li jgħix fl-​Afrika t’Isfel. “Veru, kultant niddiżappuntaw lil xulxin, imma ħdimna iebes biex nittrattaw lil xulxin bil-​mod li nixtiequ li niġu trattati—bir-​rispett u d-​dinjità.”

16. Koppja x’m’għandha qatt tagħmel?

16 Tikxifx in-​nuqqasijiet tas-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek m’oħrajn jew tibqaʼ tgerger dwar affarijiet li jdejquk, lanqas bħala ċajta. Ftakar li ż-​żwieġ mhuwiex xi kompetizzjoni biex tagħti prova taʼ min hu l-​iktar b’saħħtu, taʼ min jistaʼ jgħajjat l-​iktar, jew taʼ min jistaʼ jweġġaʼ l-​iktar bi kliemu. Veru, ilkoll kemm aħna imperfetti u kultant niddiżappuntaw lil oħrajn. Imma qatt m’hemm raġuni tajba biex il-​koppja jġiegħlu lil xulxin jistħu, jużaw kliem li jweġġaʼ meta jkellmu lil xulxin, jew agħar minn hekk, li jimbottaw jew isawtu lil xulxin.—Aqra Proverbji 17:27; 31:26.

17. L-​irġiel miżżewġin kif jistgħu jobdu r-​Regola tad-​Deheb?

17 F’xi kulturi, xi rġiel jagħmlu l-​arja maʼ marthom jew isawtuha biex juru li huma b’saħħithom. Imma l-​Bibbja tgħid: “Min ma jirrabjax malajr hu aħjar minn raġel setgħan, u dak li qed jikkontrolla l-​ispirtu tiegħu aħjar minn wieħed li qed jirbaħ belt.” (Proverbji 16:32) Hemm bżonn li individwu jkollu saħħa ġewwinija kbira biex jitrażżan bħalma għamel Ġesù Kristu, l-​aqwa bniedem li qatt għex. Raġel li jagħmel l-​arja maʼ martu jew isawwatha, huwa raġel dgħajjef li se jitlef ir-​relazzjoni li għandu maʼ Ġeħova. Is-​salmista David, li kien b’saħħtu u kuraġġuż, qal: “Jekk tibdew tħossukom aġitati, tidinbux. Tkellmu f’qalbkom, fis-​sodda tagħkom, u ibqgħu siekta.”—Salm 4:4.

“ILBSU L-​IMĦABBA”

18. Għala hu importanti li tibqgħu turu l-​imħabba?

18 Aqra l-​1 Korintin 13:4-​7. L-​imħabba hi l-​iktar kwalità importanti fi żwieġ. Il-​Bibbja tgħid: “Ilbsu sentimenti profondi taʼ mogħdrija, u qalb tajba, umiltà, ħlewwa, u sabar fit-​tul. Imma, minbarra dawn l-​affarijiet kollha, ilbsu l-​imħabba, għax hi rabta perfetta li tgħaqqad.” (Kolossin 3:12, 14) L-​irġiel u n-​nisa għandhom bżonn juru mħabba mhux egoistika u jimitaw lil Ġesù Kristu, li kien lest li jissagrifika lilu nnifsu għal oħrajn. Jekk iż-​żwieġ ikun ibbażat fuq imħabba bħal din, se jkun b’saħħtu minkejja d-​drawwiet tedjanti, sfidi taʼ saħħa serji, problemi finanzjarji serji, u diffikultajiet mal-​kunjati.

19, 20. (a) Il-​koppji kif jistgħu jibnu żwieġ b’saħħtu u ferħan b’suċċess? (b) X’se niddiskutu fl-​artiklu li jmiss?

19 L-​imħabba, il-​lealtà, u sforz sinċier huma bżonjużi għal żwieġ taʼ suċċess. Meta jkun hemm id-​diffikultajiet, il-​koppja m’għandhiex taqtaʼ qalba miż-​żwieġ tagħha. Għandha tkun determinata li tersaq eqreb taʼ xulxin. Koppji li jħobbu lil Ġeħova u lil xulxin għandhom ikunu determinati li jirranġaw il-​problemi tagħhom, għax “l-​imħabba ma tbatti qatt.”—1 Korintin 13:8; Mattew 19:5, 6; Ebrej 13:4.

20 Huwa partikularment diffiċli li tibni żwieġ b’saħħtu u ferħan f’dawn iż-​“żminijiet kritiċi.” (2 Timotju 3:1) Imma bl-​għajnuna taʼ Ġeħova, hu possibbli. Xorta waħda, il-​koppji għandhom jiġġieldu wkoll kontra l-​ossessjoni li għandha d-​dinja bis-​sess. Fl-​artiklu li jmiss, ejja nikkunsidraw kif l-​irġiel u n-​nisa miżżewġin jistgħu jżommu ż-​żwieġ tagħhom b’saħħtu.

a Għalkemm koppji jipprovaw jaħfru u jsolvu d-​diffikultajiet, il-​Bibbja tgħid li s-​sieħeb jew is-​sieħba innoċenti għandha d-​dritt li tiddeċiedi jekk taħfirx jew jekk tiddivorzjax lil min għamel adulterju. (Mattew 19:9) Ara l-​appendiċi “Il-​Ħarsa tal-​Bibbja Lejn id-​Divorzju u s-​Separazzjoni” f’paġni 219-​221 tal-​ktieb Fl-​Imħabba t’Alla.

XI ESPRESSJONIJIET SPJEGATI

  • Raġel miżżewweġ li jħobb, jimita l-​attitudni taʼ Ġesù Kristu. Hu qalbu tajba u raġunevoli, imma qatt ma jkun kattiv jew aħrax. Dejjem jittratta lil martu b’rispett, qalb tajba, u mogħdrija

  • Mara miżżewġa li hi sottomessa turi rispett lejn l-​awtorità t’Alla billi tikkoopera maʼ żewġha. Hi tgħid dak li taħseb u kif tħossha, imma dejjem turi rispett għall-​irwol dinjituż li Ġeħova ta lil żewġha. Anki jekk hemm xi deċiżjonijiet tar-​raġel li ma jogħġbuhiex, hi lesta li tappoġġah sakemm ma jmorrux kontra l-​liġijiet t’Alla

  • Kap tal-​familja: Ġeħova ta lir-​raġel ir-​responsabbiltà li jipprovdi għal familtu. Hu jipprovdi għall-​bżonnijiet materjali, pereżempju, ikel, ħwejjeġ, u saqaf fuq rashom. Hu wkoll jieħu t-​tmexxija fil-​qima

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja