LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 4/15 pp. 16-20
  • Iż-Żwieġ u t-Trobbija tat-Tfal f’dan iż-Żmien tat-Tmiem

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Iż-Żwieġ u t-Trobbija tat-Tfal f’dan iż-Żmien tat-Tmiem
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kun Responsabbli fiż-​Żwieġ
  • Kun Responsabbli fit-​Trobbija tat-​Tfal
  • Ma Jiżżewġux jew Jibqgħu bla Tfal għal Skop Nobbli
  • ‘Tribulazzjoni fil-​Laħam’
  • “Ikun Hemm Tribulazzjoni Kbira”
  • Iż-Żwieġ—Għotja Mingħand Alla taʼ Mħabba
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Għala Għandek Tħares Lejn iż-Żwieġ Bħala li hu Sagru?
    Stenbaħ!—2004
  • Kif tirnexxi fiż-​żwieġ Kristjan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Jekk iż-​Żwieġ Wasal fi Stat Kritiku
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 4/15 pp. 16-20

Iż-​Żwieġ u t-​Trobbija tat-​Tfal f’Dan iż-​Żmien tat-​Tmiem

“Iż-​żmien li fadal tqassar.”—1 KOR. 7:29.

1. (a) Liema bidliet kurrenti jinsabu fost l-​affarijiet “li diffiċli biex issib tarfhom”? (b) Għala jikkonċernawna l-​valuri tal-​familja li qed jinbidlu?

IL-​KELMA t’Alla bassret li fi “żmien it-​tmiem” kellu jkun hemm gwerer, terremoti, ġuħ, u mard li jittieħed. (Dan. 8:17, 19; Lq. 21:10, 11) Il-​Bibbja wissiet ukoll li dan iż-​żmien kruċjali fl-​istorja umana kellu jkun żmien taʼ bidliet soċjali kbar. It-​taqlib fil-​ħajja tal-​familja kellu jkun fost l-​affarijiet “li diffiċli biex issib tarfhom” f’dawn “l-​aħħar jiem” kritiċi. (2 Tim. 3:1-4) Għala jikkonċernawna bidliet bħal dawn? Minħabba li dawn tant huma mferrxin mad-​dinja u tant huma qawwijin li jistgħu jinfluwenzaw il-​mod kif il-​Kristjani llum iħarsu lejn iż-​żwieġ u t-​trobbija tat-​tfal. B’liema mod?

2. Id-​dinja in ġenerali kif tħares lejn iż-​żwieġ u d-​divorzju?

2 Illum il-​ġurnata sar iktar faċli u komuni li l-​koppji jiddivorzjaw u r-​rata tad-​divorzju qed tiżdied b’ritmu mgħaġġel f’ħafna pajjiżi. Madankollu, għandna nżommu ċar f’moħħna li Alla Ġeħova għandu ħarsa kompletament differenti lejn iż-​żwieġ u d-​divorzju minn dik li normalment taċċetta d-​dinja taʼ madwarna. Allura, Ġeħova kif iħares lejn dan?

3. Ġeħova u Ġesù Kristu kif iħarsu lejn iż-​żwieġ?

3 Alla Ġeħova jistenna li l-​miżżewġin jibqgħu leali lejn il-​wegħdi taż-​żwieġ tagħhom. Meta għaqqad lill-​ewwel raġel u mara fiż-​żwieġ, Ġeħova qal li “raġel . . . jingħaqad maʼ martu u jsiru ġisem wieħed.” Iktar tard, Ġesù Kristu rripeta dan il-​kliem u żied: “Għalhekk, dak li Alla għaqqad flimkien ħa ma jifirdu ebda bniedem.” Ġesù kompla jgħid: “Kulmin jiddivorzja lil martu, ħlief minħabba ż-​żína, u jiżżewweġ oħra jagħmel adulterju.” (Ġen. 2:24; Mt. 19:3-6, 9) Għalhekk, Ġeħova u Ġesù jħarsu lejn iż-​żwieġ bħala rabta dejjiema li tispiċċa biss meta xi ħadd mill-​imseħbin imut. (1 Kor. 7:39) Peress li ż-​żwieġ huwa arranġament sagru, id-​divorzju m’għandux jittieħed ħafif ħafif. Fil-​fatt, il-​Kelma t’Alla tgħid li Ġeħova jobgħod divorzju li m’għandux bażi Skritturali.a—Aqra Malakija 2:13-16; 3:6.

Kun Responsabbli fiż-​Żwieġ

4. Xi żgħażagħ Kristjani għala jiddispjaċihom li jkunu qabdu u daħlu fiż-​żwieġ?

4 Din id-​dinja mbiegħda minn Alla li qed ngħixu fiha hija ossessjonata bis-​sess. Kuljum niġu bombardjati b’ruxxmata stampi senswali. Ma nistgħux ninjoraw l-​effett li dawn jistgħu jħallu fuqna, speċjalment fuq l-​għeżież żgħażagħ tagħna fil-​kongregazzjoni. Kif għandhom jirreaġixxu ż-​żgħażagħ Kristjani għal din l-​influwenza ħażina, li tistaʼ tqanqal xewqa sesswali saħansitra kontra l-​volontà tagħhom? Xi wħud ipprovaw jittrattaw din is-​sitwazzjoni billi żżewġu t’età żgħira ħafna. B’dan il-​mod huma ttamaw li jevitaw li jkunu involuti f’immoralità sesswali. Madankollu, ftit wara li żżewġu ħafna ddispjaċiehom mid-​deċiżjoni li ħadu. Għala? Għaliex meta ż-​żwieġ indara, huma rrealizzaw li ftit li xejn jaqblu bejniethom fl-​affarijiet taʼ kuljum. Mhux taʼ b’xejn li xi koppji jiffaċċjaw problemi serji.

5. X’jistaʼ jgħin lill-​koppji biex jibqgħu leali lejn il-​wegħdi taż-​żwieġ tagħhom? (Ara wkoll in-​nota taʼ taħt.)

5 Żgur li jistaʼ jkun diffiċli meta tiżżewweġ lil xi ħadd—anki sieħeb Kristjan—li jkun differenti ħafna minn dak li tkun stennejt. (1 Kor. 7:28) Madankollu, tkun kemm tkun taʼ sfida s-​sitwazzjoni, il-​Kristjani veri jafu li divorzju li m’għandux bażi Skritturali m’huwiex soluzzjoni aċċettabbli għall-​problemi assoċjati maʼ żwieġ mhux hieni. Għalhekk, dawk li jibqgħu jaħdmu iebes sabiex iżommu ż-​żwieġ tagħhom sħiħ minħabba li jridu jibqgħu leali lejn il-​wegħda li għamlu f’jum it-​tieġ jistħoqqilhom ir-​rispett u l-​għajnuna bi mħabba mill-​kongregazzjoni Kristjana.b

6. Iż-​żgħażagħ Kristjani kif għandhom iħarsu lejn il-​prospett taż-​żwieġ?

6 Għadek żgħir u m’intix miżżewweġ? Jekk iva, kif għandek tħares lejn il-​prospett taż-​żwieġ? Tistaʼ tevita ħafna wġigħ il-​qalb jekk tistenna sakemm tkun fiżikament, mentalment, u spiritwalment lest għaż-​żwieġ qabel ma tibda relazzjoni romantika maʼ xi ħadd Kristjan tas-​sess oppost. M’għandniex xi ngħidu, l-​Iskrittura ma ssemmi l-​ebda età għaż-​żwieġ.c Madankollu, il-​Bibbja turi li int tagħmel tajjeb jekk tistenna sakemm tkun għaddejt iż-​żmien f’ħajtek meta s-​sentimenti sesswali jkunu qawwijin. (1 Kor. 7:36) Għala? Minħabba li x-​xewqat sesswali qawwijin jistgħu jagħmuk u ma jħallukx tieħu deċiżjonijiet għaqlin, u b’hekk jistaʼ jkollok uġigħ il-​qalb iktar tard. Ftakar li l-​parir għaqli taʼ Ġeħova dwar iż-​żwieġ, li jinsab fil-​Bibbja, huwa għall-​benefiċċju u l-​ferħ tiegħek.—Aqra Isaija 48:17, 18.

Kun Responsabbli fit-​Trobbija tat-​Tfal

7. Xi koppji żgħażagħ x’jesperjenzaw, u dan għala jistaʼ jkun taʼ ħsara għaż-​żwieġ?

7 Xi koppji li jiżżewġu żgħar isibu li jkunu se jsiru ġenituri meta huma stess ikunu għadhom kważi tfal. Fil-​fatt lanqas biss kellhom żmien biżżejjed biex isiru jafu sew lil xulxin qabel ma tasal it-​tarbija li għandha bżonn attenzjoni 24 siegħa kuljum. Meta t-​tarbija tat-​twelid naturalment tibda tieħu l-​attenzjoni primarja taʼ l-​omm, il-​missier żagħżugħ għandu mnejn jibda jgħir. Iktar minn hekk, il-​fatt li jkollhom iljieli bla rqad jistaʼ joħloq tensjoni u stress li jkunu taʼ ħsara għar-​relazzjoni tal-​koppja. Huma issa jirrealizzaw li tilfu ħafna mil-​libertà tagħhom. Issa huma ma jistgħux imorru f’postijiet u jagħmlu affarijiet bl-​istess libertà li kellhom qabel. Kif għandhom iħarsu lejn is-​sitwazzjoni tagħhom li nbidlet?

8. Kif għandna nħarsu lejn it-​trobbija tat-​tfal, u għala?

8 Sewwasew bħalma ż-​żwieġ għandu jittieħed bir-​responsabbiltà, bl-​istess mod it-​trobbija tat-​tfal għandha titqies bħala responsabbiltà u privileġġ mogħtijin minn Alla. Minkejja l-​aġġustamenti li ġġib il-​wasla taʼ tarbija fil-​ħajja taʼ koppja Kristjana, huma għandhom jagħmlu ħilithom biex jiffaċċjaw dan kollu b’mod responsabbli. Peress li Ġeħova ta lill-​bnedmin l-​abbiltà li jkollhom it-​tfal, il-​ġenituri għandhom iħarsu lejn it-​tarbija l-​ġdida bħala “wirt il-​Mulej.” (Salm 127:3) Ġenituri Kristjani għandhom jistinkaw biex iwettqu d-​doveri tagħhom bħala “ġenituri . . . f’unjoni mal-​Mulej.”—Efes. 6:1.

9. (a) X’tinvolvi t-​trobbija tat-​tfal? (b) X’jistaʼ jagħmel ir-​raġel biex jgħin lil martu tibqaʼ b’saħħitha spiritwalment?

9 It-​trobbija tat-​tfal tinvolvi snin taʼ sagrifiċċju persunali. Tirrikjedi ħafna ħin u enerġija. Kristjan miżżewweġ irid jifhem li għal diversi snin wara li titwieled it-​tarbija, martu x’aktarx li se titlef ħafna waqt il-​laqgħat u hemm mnejn li jkollha inqas opportunitajiet għal studju persunali tal-​Bibbja u meditazzjoni. Dan jistaʼ jdgħajjef l-​ispiritwalità tagħha. Trobbija b’mod responsabbli teħtieġ li r-​raġel jagħmel dak kollu li jistaʼ biex jgħin f’li jieħu ħsieb it-​tfal. Hu jistaʼ jipprova jpatti għal dak li martu tkun tilfet waqt il-​laqgħat billi iktar tard jiddiskuti magħha d-​dar xi ftit mill-​punti tal-​programm. Hu jistaʼ wkoll jagħti daqqa t’id f’li jieħu ħsieb lit-​tarbija ħalli jagħti lil martu opportunità biex tieħu sehem sinifikanti fl-​ippridkar tas-​Saltna.—Aqra Filippin 2:3, 4.

10, 11. (a) It-​tfal kif jiġu mrobbijin “fil-​gwida mentali taʼ Ġeħova”? (b) Għala ħafna ġenituri Kristjani jistħoqqilhom tifħir?

10 Trobbija tat-​tfal b’mod responsabbli tinvolvi ħafna iktar milli jiġi provdut l-​ikel, l-​ilbies, saqaf fuq rashom, u kura tas-​saħħa. B’mod partikulari f’dan iż-​żmien perikoluż taʼ l-​aħħar, it-​tfal għandhom bżonn jitgħallmu minn età żgħira l-​prinċipji morali li għandhom jgħixu bihom. It-​tfal għandhom jitrabbew “fid-​dixxiplina u l-​gwida mentali taʼ Ġeħova.” (Efes. 6:4) Din il-​“gwida mentali” tinvolvi li trawwem il-​ħsibijiet taʼ Ġeħova fil-​moħħ tat-​tfal minn mindu jkunu trabi u tibqaʼ tagħmel dan tul is-​snin kritiċi taʼ l-​adoloxxenza.—2 Tim. 3:14, 15.

11 Meta Ġesù qal lis-​segwaċi tiegħu li kellhom ‘jagħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha,’ hu ċertament kien qed ifisser li l-​ġenituri għandhom jgħinu lil uliedhom biex isiru dixxipli. (Mt. 28:19, 20) Din hija sfida minħabba l-​pressjonijiet li tpoġġi din id-​dinja fuq iż-​żgħażagħ. Għalhekk, il-​ġenituri li jkollhom suċċess f’li jrabbu lil uliedhom sabiex dawn isiru Kristjani dedikati jistħoqqilhom verament it-​tifħir bi mħabba tal-​kongregazzjoni kollha. Huma ‘rebħulha’ l-​influwenza tad-​dinja minħabba l-​fidi u l-​lealtà tagħhom bħala ġenituri responsabbli.—1 Ġw. 5:4.

Ma Jiżżewġux jew Jibqgħu bla Tfal għal Skop Nobbli

12. Għala xi Kristjani jiddeċiedu li jibqgħu ma jiżżewġux għal xi żmien?

12 Peress li “ż-​żmien li fadal tqassar” u “x-​xena taʼ din id-​dinja qed tinbidel,” il-​Kelma t’Alla tħeġġiġna biex nikkunsidraw il-​vantaġġi li jkollu min jibqaʼ ma jiżżewwiġx. (1 Kor. 7:29-31) Għalhekk, xi Kristjani jagħżlu li jibqgħu ma jiżżewġux għal għomorhom jew jiddeċiedu li jibqgħu waħedhom għal xi snin qabel ma jiżżewġu. Huma taʼ min ifaħħarhom minħabba li ma jipprofittawx irwieħhom minn din il-​libertà sabiex ifittxu interessi egoistiċi. Ħafna jibqgħu ma jiżżewġux sabiex jaqdu lil Ġeħova “mingħajr distrazzjoni.” (Aqra l-​1 Korintin 7:32-35.) Xi aħwa Kristjani mhux miżżewġin jaqdu bħala pijunieri jew Beteliti. Oħrajn jipprovaw ikunu iktar utli għall-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova billi jikkwalifikaw biex jattendu l-​Iskola tat-​Taħriġ Ministerjali. Fil-​fatt, dawk li qdew bħala ministri full-time għal xi żmien meta kienu għadhom mhux miżżewġin, u mbagħad iktar tard iddeċidew li jiżżewġu, spiss iħossu li ż-​żwieġ tagħhom għadu qed jibbenefika minn lezzjonijiet taʼ valur li tgħallmu matul dawk is-​snin bikrin.

13. Għala xi koppji Kristjani jiddeċiedu li joqogħdu lura milli jkollhom it-​tfal?

13 F’xi partijiet tad-​dinja seħħet jerġaʼ bidla oħra fil-​familja—għadd kbir taʼ koppji ddeċidew li jibqgħu bla tfal. Xi wħud jagħmlu hekk minħabba raġunijiet ekonomiċi; oħrajn jagħmlu dan għaliex iridu jkunu liberi ħalli jsusu wara karriera li trendi. Fost il-​Kristjani, hemm ukoll koppji li joqogħdu lura milli jkollhom it-​tfal. Madankollu, ħafna drabi huma jagħmlu dan ħalli jkunu iktar liberi biex jaqdu lil Ġeħova. Dan ma jfissirx li koppji bħal dawn ma jgawdux ħajja miżżewġa normali. Huma jgawdu ħajja bħal din. Xorta waħda, huma lesti li jiċċaħħdu minn xi barkiet taż-​żwieġ biex ipoġġu l-​interessi tas-​Saltna l-​ewwel. (1 Kor. 7:3-5) Xi wħud minn dawn il-​koppji jaqdu lil Ġeħova u lil ħuthom fix-​xogħol tas-​circuit u tad-​distrett jew f’Betel. Oħrajn jaqdu bħala pijunieri jew bħala missjunarji. Ġeħova m’huwiex se jinsa għemilhom u l-​imħabba li juru għal ismu.—Ebr. 6:10.

‘Tribulazzjoni fil-​Laħam’

14, 15. Liema “tribulazzjoni f’laħamhom” jistgħu jesperjenzaw il-​ġenituri Kristjani?

14 L-​appostlu Pawlu qal lill-​Kristjani miżżewġin li huma kien se jkollhom “tribulazzjoni f’laħamhom.” (1 Kor. 7:28) Dan jistaʼ jinvolvi problemi taʼ saħħa għall-​koppja, għal uliedhom, jew għall-​ġenituri tagħhom li qed jikbru. Jistgħu jkollhom ukoll diffikultajiet u wġigħ il-​qalb konnessi mat-​trobbija taʼ wliedhom. Kif ġie msemmi fil-​bidu taʼ dan l-​artiklu, il-​Bibbja bassret li “l-​aħħar jiem” se jġibu magħhom “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.” Fost l-​affarijiet diffiċli biex issib tarfhom kellu jkun hemm tfal “diżubbidjenti lejn il-​ġenituri tagħhom.”—2 Tim. 3:1-3.

15 It-​trobbija tat-​tfal hija sfida serja għall-​ġenituri Kristjani. Aħna m’aħniex meħlusin mill-​effetti taʼ ħsara taż-​“żminijiet kritiċi” li ninsabu fihom. Għalhekk, il-​ġenituri Kristjani jridu jiġġieldu kontinwament kontra l-​influwenza qerrieda li “s-​sistema taʼ din id-​dinja” jistaʼ jkollha fuq uliedhom. (Efes. 2:2, 3) U l-​ġlieda mhux dejjem tintrebaħ! F’każ li xi ħadd mill-​ulied ġo familja Kristjana ma jibqax jaqdi lil Ġeħova, dan ikun tabilħaqq “tribulazzjoni” għall-​ġenituri li pprovaw irabbuh fil-​verità t’Alla.—Prov. 17:25.

“Ikun Hemm Tribulazzjoni Kbira”

16. Liema “tribulazzjoni” bassar Ġesù?

16 Madankollu, se jkun hemm tribulazzjoni oħra ħafna akbar minn kwalunkwe “tribulazzjoni” li tiġi ffaċċjata fiż-​żwieġ u fit-​trobbija tat-​tfal. Fil-​profezija tiegħu dwar il-​preżenza u l-​konklużjoni tas-​sistema dinjija, Ġesù qal: “Ikun hemm tribulazzjoni kbira li qatt ma kien hawn bħalha mill-​bidu tad-​dinja s’issa, le, lanqas jerġaʼ jkun hawn.” (Mt. 24:3, 21) Imbagħad, Ġesù rrivela li folla kbira se ssalva minn din it-​“tribulazzjoni kbira.” Madankollu, is-​sistema taʼ Satana se tkompli tiġġieled b’attakk sfrenat kontra x-​Xhieda paċifiċi taʼ Ġeħova. Bla dubju, dan se jkun żmien diffiċli għalina lkoll—għal kulħadd l-​istess, kemm jekk aħna adulti u kemm jekk aħna tfal.

17. (a) Għala nistgħu niffaċċjaw il-​futur b’fiduċja? (b) X’għandu jinfluwenza l-​ħarsa tagħna lejn iż-​żwieġ u t-​trobbija tat-​tfal?

17 Minkejja dan, aħna m’għandniex nibżgħu żżejjed dwar il-​futur. Dawk il-​ġenituri li huma leali lejn Ġeħova jistgħu jkunu fiduċjużi li se jiġu protetti flimkien maʼ l-​ulied żgħar tagħhom. (Aqra Isaija 26:20, 21; Sof. 2:2, 3; 1 Kor. 7:14) Madankollu, għalissa, jalla l-​fatt li noqogħdu attenti għal dawn il-​jiem kritiċi li qed ngħixu fihom jeffettwa l-​mod kif naħsbu dwar iż-​żwieġ u t-​trobbija tat-​tfal f’dan iż-​żmien taʼ l-​aħħar. (2 Pt. 3:10-13) B’dan il-​mod, ħajjitna—kemm jekk aħna miżżewġin u kemm jekk le, bit-​tfal jew mingħajrhom—se ġġib unur u tifħir lil Ġeħova u lill-​kongregazzjoni Kristjana.

[Noti taʼ taħt]

a Ara l-​ktieb Live With Jehovah’s Day in Mind taħt is-​sottitlu “He Has Hated a Divorcing” (Hu Bagħad id-​Divorzju), f’paġna 125.

b Dawk li għaddejjin minn problemi fiż-​żwieġ se jissaħħu jekk jirrivedu l-​artikli dwar iż-​żwieġ misjubin fit-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Settembru, 2003 u Stenbaħ! tat-​8 taʼ Jannar, 2001.

c Ara kapitlu 30, “Lest Jien għaż-​Żwieġ?” fil-​ktieb Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-​Mistoqsijiet Tagħhom.

Bħala Reviżjoni

• Għala ż-​żgħażagħ Kristjani m’għandhomx jaqbdu u jidħlu għaż-​żwieġ?

• X’tinvolvi t-​trobbija tat-​tfal?

• Ħafna Kristjani għala jibqgħu ma jiżżewġux jew jekk jiżżewġu, jibqgħu bla tfal?

• Liema “tribulazzjoni” jistgħu jesperjenzaw il-​ġenituri Kristjani?

[Stampa f’paġna 17]

Għala huwa għaqli għaż-​żgħażagħ Kristjani li jistennew qabel jiżżewġu?

[Stampa f’paġna 18]

Ir-​raġel jistaʼ jagħmel ħafna biex jgħin lil martu ħalli jkollha sehem sinifikanti fl-​attivitajiet spiritwali

[Stampa f’paġna 19]

Għala xi koppji Kristjani jiddeċiedu li ma jkollhomx tfal?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja