LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 7/15 p. 26-p. 28 para. 12
  • Punti Prinċipali mill-Ittri lill-Korintin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Punti Prinċipali mill-Ittri lill-Korintin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ‘IBQGĦU MQAJMIN, ŻOMMU SOD, SIRU SETGĦANIN’
  • (1 Kor. 1:1–16:24)
  • ‘KOMPLU AĠĠUSTAW RUĦKOM’
  • (2 Kor. 1:1–13:14)
  • Punti Prinċipali mill-Ittri lit-Tessalonikin u lil Timotju
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • “M’Iniex Responsabbli għall-Mewt taʼ Xi Ħadd”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • ‘Il-Mejtin Iqumu’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • “Kif Se Jiġu Mqajmin il-​Mejtin?”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 7/15 p. 26-p. 28 para. 12

Il-​Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja

Punti Prinċipali mill-​Ittri lill-​Korintin

L-​APPOSTLU Pawlu huwa konċernat ferm mill-​benesseri spiritwali tal-​kongregazzjoni f’Korintu. Hu semaʼ li hemm nuqqas taʼ ftehim fost l-​aħwa hemmhekk. L-​immoralità qed tiġi tollerata. Ukoll, il-​kongregazzjoni kitbet lil Pawlu biex tistaqsi dwar ċerti kwistjonijiet. Għalhekk, madwar is-​sena 55 E.K., meta hu jinsab f’Efesu waqt it-​tielet vjaġġ missjunarju tiegħu, Pawlu jikteb l-​ewwel miż-​żewġ ittri tiegħu lill-​Korintin.

It-tieni ittra, li milli jidher inkitbet biss ftit xhur wara l-​ewwel waħda, tkompli maʼ l-​ewwel ittra. Peress li l-​kundizzjonijiet kemm ġewwa u kemm barra l-​kongregazzjoni taʼ Korintu fl-​ewwel seklu huma simili f’ħafna modi għal żmienna, il-​messaġġ li hemm fl-​ittri taʼ Pawlu lill-​Korintin huwa taʼ valur kbir għalina.—Ebr. 4:12.

‘IBQGĦU MQAJMIN, ŻOMMU SOD, SIRU SETGĦANIN’

(1 Kor. 1:1–16:24)

Pawlu jħeġġeġ: ‘Ilkoll tkellmu fi qbil.’ (1 Kor. 1:10) M’hemm l-​ebda ‘pedament ieħor ħlief Ġesù Kristu,’ li fuqu jistgħu jinbnew il-​kwalitajiet Kristjani. (1 Kor. 3:11-13) Rigward wieħed żieni fil-​kongregazzjoni, Pawlu jgħid: “Neħħu lill-​bniedem mill-​agħar minn fostkom.” (1 Kor. 5:13) “Il-​ġisem m’huwiex għaż-​żína,” hu jgħid, “iżda għall-​Mulej.”—1 Kor. 6:13.

Bi tweġiba għall-​‘affarijiet li kitbulu dwarhom,’ Pawlu jipprovdi parir għaqli għal dawk li huma miżżewġin u dawk li m’humiex. (1 Kor. 7:1) Wara li jikkummenta dwar l-​arranġament Kristjan taʼ l-​istat taʼ kap, l-​ordni li għandu jinżamm fil-​laqgħat Kristjani, u ċ-​ċertezza taʼ l-​irxoxt, Pawlu jħeġġeġ: “Ibqgħu mqajmin, żommu sod fil-​fidi, kunu rġiel, siru setgħanin.”—1 Kor. 16:13.

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

1:21—Veru li Ġeħova juża l-​“bluha” sabiex isalva lil dawk li jemmnu? Dażgur li le. Madankollu, ladarba “d-​dinja bl-​għerf tagħha ma saritx tafu lil Alla,” dak li juża biex isalva n-​nies jidher bħala li hu bluha għad-​dinja.—Ġw. 17:25.

5:5—Xi jfisser li “tagħtu lil dan il-​bniedem [mill-agħar] f’idejn Satana għall-​qerda tal-​laħam, sabiex l-​ispirtu jiġi salvat”? Meta wieħed li jipprattika dnub serju mingħajr ma jindem jiġi maqtugħ mill-​kongregazzjoni, hu jerġaʼ jsir parti mid-​dinja mill-​agħar taʼ Satana. (1 Ġw. 5:19) Għalhekk, jingħad li ngħata lura f’idejn Satana. It-​tkeċċija taʼ dan il-​bniedem twassal biex tinqered, jew titneħħa, l-​influwenza ħażina mill-​kongregazzjoni u biex jinżamm l-​ispirtu tagħha, jew l-​attitudni li tiddomina fil-​kongregazzjoni.—2 Tim. 4:22.

7:33, 34—X’inhu “dak li hu tad-​dinja” li l-​miżżewġin huma ansjużi għalih? Pawlu qed jirreferi għall-​affarijiet tal-​ħajja taʼ kuljum li l-​Kristjani miżżewġin għandhom bżonn ikunu konċernati dwarhom. Dawn jinkludu l-​ikel, il-​ħwejjeġ, u d-​dar, imma ma jinkludux l-​affarijiet ħżiena taʼ din id-​dinja, li l-​Kristjani jwarrbu.—1 Ġw. 2:15-17.

11:26—Kemm-il “darba” għandha tiġi kommemorata l-​mewt taʼ Ġesù, u “sakemm”? Pawlu ma kienx qed jgħid li l-​mewt taʼ Ġesù kellha tiġi kommemorata spiss. Il-​kelma Griega li tintuża għal “kull darba” tfisser “kulmeta.” Għalhekk, Pawlu kien qed jgħid li kull darba li l-​Kristjani midlukin jieħdu sehem mill-​emblemi tat-​Tifkira, darba f’sena fl-​14 taʼ Nisan, huma jkunu qed ‘ixandru l-​mewt tal-​Mulej.’ Huma jagħmlu dan “sakemm jasal,” jiġifieri, sakemm jilqagħhom fis-​smewwiet permezz taʼ l-​irxoxt.—1 Tess. 4:14-17.

13:13—L-​imħabba b’liema mod hija akbar mill-​fidi u mit-​tama? Meta l-​“affarijiet li nittamaw għalihom” isiru realtà u “l-​istennija garantita” għalihom titwettaq, ftit mill-​aspetti tal-​fidi u t-​tama jispiċċaw. (Ebr. 11:1) L-​imħabba hija akbar mill-​fidi u t-​tama għax tibqaʼ għal dejjem.

15:29—X’jiġifieri li xi wħud “jitgħammdu bl-​iskop li jkunu mejtin”? Pawlu ma kienx qed jissuġġerixxi li l-​ħajjin għandhom jitgħammdu għan-​nom taʼ dawk li mietu qabel ma tgħammdu. Hawnhekk Pawlu qed jitkellem dwar Kristjani li huma midlukin bl-​ispirtu li jidħlu għal mod taʼ ħajja li fih huma jżommu l-​integrità sa mewthom u wara jiġu rxoxtati għal ħajja bħala spirti.

Lezzjonijiet Għalina:

1:26-31; 3:3-9; 4:7. Jekk niftaħru b’Ġeħova u mhux bina nfusna nkunu qed inħeġġu l-​għaqda fil-​kongregazzjoni.

2:3-5. Waqt li kien qed jippriedka f’Korintu, il-​qalba tal-​filosofija u t-​tagħlim Grieg, Pawlu għandu mnejn kien konċernat dwar jekk kienx se jkun kapaċi jipperswadi lis-​semmiegħa tiegħu. Madankollu, hu ma ħalla l-​ebda dgħjufija jew biżaʼ jtellfu milli jwettaq il-​ministeru li kien tah Alla. Bl-​istess mod, aħna m’għandniex inħallu ċirkustanzi mhux tas-​soltu jżommuna lura milli niddikjaraw l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla. Nistgħu nistennew b’fiduċja li Ġeħova se jgħinna bħalma għen lil Pawlu.

2:16. Sabiex ikollna “l-​moħħ taʼ Kristu” għandna bżonn inkunu nafu l-​mod kif jaħseb hu, naħsbu bħalu, insiru nafu sew il-​personalità tiegħu, u nimitaw l-​eżempju tiegħu. (1 Pt. 2:21; 4:1) Kemm huwa importanti li nistudjaw bir-​reqqa l-​ħajja u l-​ministeru taʼ Ġesù!

3:10-15; 4:17. Għandna neżaminaw u ntejbu l-​abbiltà tagħna biex ngħallmu u nagħmlu dixxipli. (Mt. 28:19, 20) Jekk ma ngħallmux sew, l-​istudenti tagħna għandhom mnejn ma jsalvawx minn provi tal-​fidi, u għandna mnejn inġarrbu telfa li tkun tant taʼ wġigħ li nkunu qisna ġejna salvati “permezz tan-​nar.”

6:18. Sabiex ‘naħarbu miż-​żína’ rridu nevitaw il-​pornografija, in-​nuqqas taʼ ndafa morali, il-​fantasiji sesswali, u li nitkessħu maʼ dawk tas-​sess oppost—kwalunkwe ħaġa li tistaʼ twassalna għaż-​żína—u mhux biss atti taʼ pornea.—Mt. 5:28; Ġak. 3:17.

7:29. L-​imseħbin fiż-​żwieġ għandhom joqogħdu attenti li ma jkunux tant konċernati b’xulxin li l-​interessi tas-​Saltna jieħdu t-​tieni post f’ħajjithom.

10:8-11. Ġeħova ħassu verament offiż meta Iżrael gerger kontra Mosè u Aron. Inkunu għaqlin meta ngħassu kontra li niżviluppaw il-​vizzju tat-​tgergir.

16:2. Il-​kontribuzzjonijiet finanzjarji li nagħtu għall-​avanz taʼ l-​interessi tas-​Saltna se jkunu konsistenti jekk nippjanaw minn qabel u nagħmlu dan b’mod sistematiku.

‘KOMPLU AĠĠUSTAW RUĦKOM’

(2 Kor. 1:1–13:14)

Pawlu jgħid lill-​Korintin li huma għandhom ‘jaħfru u jfarrġu’ lill-​midneb li nidem u li kien ġie mċanfar. Għalkemm l-​ewwel ittra tiegħu kienet sewditilhom qalbhom, Pawlu jesprimi ferħ għax ‘is-​swied taʼ qalb wassalhom għall-​indiema.’—2 Kor. 2:6, 7; 7:8, 9.

‘Bħalma qed joktru f’kollox,’ Pawlu jħeġġeġ lill-​Korintin sabiex ‘joktru fl-​għoti.’ Wara li jwieġeb lil dawk li jopponuh, hu jagħti l-​aħħar parir tiegħu lil kulħadd: “Komplu thennew, aġġustaw ruħkom, tfarrġu, kunu ħsieb wieħed, għixu fil-​paċi.”—2 Kor. 8:7; 13:11.

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

2:15, 16—Kif aħna “riħa tfuħ taʼ Kristu”? Dan huwa minħabba li ngħixu fi qbil maʼ dak li tgħid il-​Bibbja u nieħdu sehem f’li naqsmu l-​messaġġ tagħha. Għalkemm din il-​“fwieħa” tistaʼ tkun tinten għal dawk l-​individwi li m’humiex ġusti, għal Ġeħova u għal uħud li għandhom qalb onesta hija riħa tfuħ.

5:16—Il-​Kristjani midlukin kif ‘ma jafu lil ħadd skond il-​laħam’? Huma ma jqisux lin-​nies skond il-​laħam, jiġifieri, ma jurux favoritiżmu minħabba l-​ġid, ir-​razza, jew l-​oriġini etnika jew nazzjonali. Dak li huwa importanti għalihom hu r-​relazzjoni spiritwali maʼ sħabhom fit-​twemmin.

11:1, 16; 12:11—Kien Pawlu qed ikun bla raġuni mal-​Korintin? Dażgur li le. Madankollu, hu setaʼ deher li kien jiftaħar u bla raġuni minħabba dak li kellu jgħid biex jiddefendi l-​appostolat tiegħu.

12:1-4—Min kien “ittieħed fil-​ġenna”? Ladarba l-​Bibbja ma titkellimx dwar xi individwu ieħor li kellu viżjoni bħal din u minħabba li din tiġi wara dak li Pawlu qal biex jiddefendi l-​appostolat tiegħu, wisq probabbli hu kien qed jirrakkonta l-​esperjenza tiegħu stess. Dak li l-​appostlu ra fil-​viżjoni x’aktarx kienet il-​ġenna spiritwali li l-​kongregazzjoni Kristjana kienet se tgawdi fiż-​“żmien taʼ l-​aħħar.”—Dan. 12:4.

Lezzjonijiet Għalina:

3:5. Bażikament, il-​vers jgħidilna li Ġeħova jikkwalifika b’mod adegwat lill-​Kristjani għall-​ministeru permezz tal-​Kelma tiegħu, l-​ispirtu tiegħu, u l-​parti taʼ l-​organizzazzjoni tiegħu fuq l-​art. (Ġw. 16:7; 2 Tim. 3:16, 17) Nagħmlu tajjeb li nistudjaw bir-​reqqa l-​Bibbja u l-​pubblikazzjonijiet ibbażati fuqha, nitolbu b’mod persistenti għall-​ispirtu qaddis, u nattendu regolarment u nipparteċipaw fil-​laqgħat Kristjani.—Salm 1:1-3; Lq. 11:10-13; Ebr. 10:24, 25.

4:16. Ladarba Ġeħova jġedded ‘il-​bniedem li aħna minn ġewwa minn jum għall-​ieħor,’ għandna nużaw b’mod regulari l-​provvedimenti taʼ Ġeħova, u qatt ma nħallu li tgħaddi ġurnata mingħajr ma nikkunsidraw affarijiet spiritwali.

4:17, 18. Jekk niftakru li “t-​tribulazzjoni hi mumentanja u ħafifa” nistgħu niġu megħjunin nibqgħu leali lejn Ġeħova matul id-​diffikultajiet.

5:1-5. Kemm jesprimihom b’mod sabiħ Pawlu s-​sentimenti li l-​Kristjani midlukin għandhom għat-​tama tagħhom taʼ ħajja fis-​sema!

10:13. Bħala regola ġenerali, sakemm ma jkunx sar xi arranġament speċjali għalina sabiex naqdu fejn il-​bżonn hu akbar, aħna għandna naħdmu biss it-​territorju assenjat lill-​kongregazzjoni tagħna.

13:5. Sabiex ‘ngħarblu jekk aħniex fil-​fidi,’ għandna nagħmlu ċert li l-​kondotta tagħna hi fi qbil maʼ dak li nitgħallmu mill-​Bibbja. Biex ‘nibqgħu nagħtu prova taʼ x’aħna,’ irridu nevalwaw kemm hi b’saħħitha l-​ispiritwalità tagħna, inkluż l-​abbiltà li nużaw “is-​sensi” tagħna u kemm huma estensivi l-​għemejjel tagħna taʼ fidi. (Ebr. 5:14; Ġak. 1:22-25) Jekk napplikaw il-​parir siewi taʼ Pawlu nistgħu nibqgħu mexjin fil-​mogħdija tal-​verità.

[Stampa f’paġna 26, 27]

Xi jfisser il-​kliem “kull darba li tieklu din il-​ħobża u tixorbu dan il-​kies”?—1 Kor. 11:26

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja