TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 2 KORINTIN 11-13
Ix-“xewka fil-laħam” li kellu Pawlu
Fil-Bibbja, ix-xewk jintuża ħafna drabi b’mod figurattiv. Dan jistaʼ jiddeskrivi nies li jagħmlu ħsara jew li jaqilgħu l-inkwiet jew affarijiet li joħolqu l-problemi. (Nu 33:55; Pr 22:5; Eże 28:24) Meta Pawlu kiteb dwar ix-“xewka fil-laħam” tiegħu, hu jistaʼ jkun li kien qed jirreferi għal appostli foloz u oħrajn li sostnew li hu mhux veru kien appostlu u kkritikaw xogħlu. L-iskritturi t’hawn taħt, kif juru li x-“xewka fil-laħam” li kellu Pawlu setgħet kienet xi ħaġa oħra?
X’inhi x-“xewka fil-laħam” tiegħek?
Kif tistaʼ tistrieħ fuq Ġeħova biex jgħinek tissaporti?