LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 37
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar ix-Xogħol u l-Flus?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar ix-Xogħol u l-Flus?
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Huma l-Flus l-Għerq taʼ Kull Ħażen?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Il-flus
    Stenbaħ!—2014
  • Kif Tista’ Tgħinek il-Bibbja?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Kif Tistaʼ Tgħinek il-Bibbja?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Ibda Sir Af Kif mill-Bibbja
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 37
Lezzjoni 37. Mastrudaxxa qed isammar musmar f’biċċa njama.

LEZZJONI 37

Il-​Bibbja X’Tgħid Dwar ix-​Xogħol u l-​Flus?

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Qatt kont inkwetat minħabba x-​xogħol jew il-​flus? Jistaʼ jkun diffiċli biex nieħdu ħsieb lilna nfusna u fl-​istess ħin naqdu lil Ġeħova kif suppost. Il-​Bibbja ttina pariri tajbin li se jgħinuna.

1. Il-​Bibbja x’tgħid dwar ix-​xogħol?

Alla jridna nieħdu pjaċir bix-​xogħol li nagħmlu. Il-​Bibbja tgħid li ‘m’hemm xejn aħjar milli ngawdu affarijiet tajbin minħabba x-​xogħol iebes tagħna.’ (Ekkleżjasti 2:24) Anki Ġeħova jaħdem iebes. Meta nimitawh billi naħdmu iebes, aħna se nħossuna tajjeb b’dak li nagħmlu.

Ix-​xogħol huwa importanti. Imma qatt m’għandna nħallu x-​xogħol ikun iktar importanti milli naqdu lil Ġeħova. (Ġwanni 6:27) Meta npoġġu lil Ġeħova l-​ewwel f’ħajjitna, hu jagħmel ċert li jkollna l-​affarijiet li għandna bżonn biex ngħixu.

2. Kif għandna nqisu l-​flus?

Il-​Bibbja tgħid li “l-​flus huma protezzjoni.” Imma tgħidilna wkoll li ma nistgħux inkunu ferħanin bil-​flus biss. (Ekkleżjasti 7:12) Għalhekk, il-​Bibbja tinkuraġġina biex ma nħobbux il-​flus, imma biex ‘inkunu kuntenti b’dak li għandna.’ (Aqra Ebrej 13:5.) Meta nkunu kuntenti b’dak li għandna, mhux se nkunu mdejqin għax irridu iżjed. Aħna nevitaw dejn li m’għandniex bżonn. (Proverbji 22:7) U aħna nevitaw il-​perikli li nilagħbu l-​flus u li ninvestu l-​flus b’riskju biex insiru sinjuri malajr.

3. Kif nistgħu nkunu ġenerużi bil-​flus tagħna?

Ġeħova hu Alla ġeneruż. Aħna nimitawh meta nkunu ‘lesti biex naqsmu m’oħrajn.’ (1 Timotju 6:18) Nistgħu nkunu ġenerużi bil-​flus tagħna billi ngħinu fl-​ispejjeż tal-​kongregazzjoni u lil dawk li huma fil-​bżonn, speċjalment lill-​aħwa. Ġeħova l-​iżjed li jinteressah hu għala nagħtu u mhux kemm nagħtu. Meta nagħtu minn qalbna, se nkunu ferħanin u nferrħu lil Ġeħova.​—Aqra Atti 20:35.

TGĦALLEM IŻJED

Sir af kif trid tqis ix-​xogħol u għala hu tajjeb li tkun kuntent b’li għandek.

4. Faħħar lil Ġeħova bil-​mod kif taħdem

Meta nkunu ħbieb taʼ Ġeħova, se jeffettwa kif inqisu x-​xogħol. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

VIDJOW: Aħdem b’ruħek kollha għal Ġeħova (4:​39)

  • Fil-​vidjow, x’għoġbok minn kif Jason kien iqis ix-​xogħol u kif kien jaħdem?

  • X’għamel biex ix-​xogħol ma jkunx l-​iżjed ħaġa importanti?

Aqra Kolossin 3:​23, 24, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala tagħmel differenza kif inqisu x-​xogħol?

Grupp taʼ Stampi: Raġel qed jgħati ħafna attenzjoni lix-​xogħol. 1. Filgħodu jaħdem f’uffiċċju. 2. Hu jibqaʼ jaħdem overtime. 3. Meta sħabu tax-​xogħol jitilqu, hu jibqaʼ jaħdem. 4. Id-​dar jiekol waħdu.

Ix-​xogħol hu importanti. Imma qatt m’għandu jkun iżjed importanti milli naqdu lil Ġeħova

Grupp taʼ Stampi: L-​istess raġel jara li jkollu ħin għal iktar affarijiet importanti. 1. Filgħodu jaħdem f’uffiċċju. 2. Hu ma jagħmilx overtime. 3. Hu jgħolli jdejh biex iwieġeb waqt il-​laqgħa. 4. Hu jiekol mal-​mara u t-​tfal tiegħu.

5. Li nkunu kuntenti b’li għandna se jgħinna

Ħafna nies jagħmlu dak li jistgħu biex jaqilgħu ħafna flus. Imma l-​Bibbja ttina parir differenti. Aqra l-​1 Timotju 6:​6-​8, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

  • Il-​Bibbja x’tinkuraġġina nagħmlu?

Anki jekk ma tantx għandna flus, xorta nistgħu nkunu ferħanin. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

VIDJOW: Kun ‘kuntent b’dak li għandek fil-​preżent’ (3:​20)

  • Minkejja li dawn il-​familji ma tantx għandhom flus, x’jagħmilhom ferħanin?

Imma x’jiġri jekk għandna ħafna u xorta rridu iżjed? Ġesù ta eżempju kemm dan hu perikoluż. Aqra Luqa 12:​15-​21, u mbagħad iddiskuti:

  • X’tgħallimt mill-​eżempju li ta Ġesù?​—Ara vers 15.

Aqra Proverbji 10:22 u l-​1 Timotju 6:​10, u mbagħad iddiskuti:

  • X’taħseb li hu l-​iktar importanti? Li tkun ħabib taʼ Ġeħova jew li jkollok ħafna flus? Għala taħseb hekk?

  • Xi problemi jistaʼ jkollna jekk dejjem irridu iżjed flus?

6. Ġeħova se jtina dak li għandna bżonn

Meta jkollna problemi bix-​xogħol jew bil-​flus, se naraw kemm vera nafdaw lil Ġeħova. Biex tara xi rridu nagħmlu meta niffaċċjaw dawn il-​problemi, ara l-​VIDJOW u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet.

VIDJOW: Ġeħova Se Jieħu Ħsieb il-​Bżonnijiet Tagħna (6:​21)

  • Fil-​vidjow, il-​ħu xi problemi kellu?

  • X’għamel biex jiffaċċja l-​problemi b’mod tajjeb?

Aqra Mattew 6:​25-​34, u mbagħad iddiskuti:

  • Ġeħova xi jwiegħed lil dawk li jpoġġuh l-​ewwel f’ħajjithom?

ĦAFNA JGĦIDU: “Ikolli naħdem ħafna biex nieħu ħsieb il-​familja. Ma nistax inlaħħaq biex immur il-​laqgħat kollha.”

  • Liema skrittura tikkonvinċik li l-​aħjar deċiżjoni dejjem hi li tpoġġi lil Ġeħova l-​ewwel f’ħajtek?

XI DDISKUTEJNA?

Ix-​xogħol u l-​flus għandna bżonnhom. Imma qatt m’għandhom jieħdu post Ġeħova.

X’Tgħallimt

  • X’se jgħinek biex tqis ix-​xogħol b’mod tajjeb?

  • Kif se jgħinek meta tkun kuntent b’dak li għandek?

  • Kif tistaʼ tkun ċert li Ġeħova se jagħti lin-​nies tiegħu dak li għandhom bżonn?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara jekk il-​Bibbja tgħidx li l-​flus huma ħżiena.

“Huma l-​Flus l-​Għerq taʼ Kull Ħażen?” (Artiklu fuq jw.org)

Tgħallem kif nistgħu nużaw il-​flus tagħna biex nogħġbu lil Alla.

“X’tgħid il-​Bibbja dwar li tagħti?” (Artiklu fuq jw.org)

Huwa ħażin li tilgħab il-​flus?

“Il-​ħarsa tal-​Bibbja ​—Il-​logħob għall-​flus” (Stenbaħ!, Marzu-​April 2015)

Ara x’ġiegħel lil raġel li kien jilgħab il-​flus u jisraq biex ibiddel ħajtu.

“I Was Passionate About Racehorses” (The Watchtower, November 1, 2011)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja