LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w96 8/1 p. 19
  • Ħarriġhom Minn Ċkunithom

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarriġhom Minn Ċkunithom
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
w96 8/1 p. 19

Ħarriġhom Minn Ċkunithom

RIĊERKA moderna tindika li “l-​fetuses għandhom reazzjonijiet fiżjoloġiċi għall-​ilħna.” Riċerkaturi mill-​Università taʼ North Carolina “sabu li wara li l-​ommijiet ikunu qraw lit-​tfal tagħhom waqt li għadhom fl-​utru, meta dawn jitwieldu jirreaġixxu meta l-​passaġġi jerġgħu jinqraw,” tgħid il-​Winnipeg Free Press. Meta n-​nisa jaqraw b’leħen għoli waqt it-​tqala, dan għandu mnejn jikkontribwixxi biex bil-​ftit il-​ftit idaħħlu valuri morali tajbin fit-​tarbija. Il-​Bibbja tgħid li Timotju ‘minn żgħoritu sar midħla tal-​Kotba Mqaddsa.’ (2 Timotju 3:14, 15) Evidentement, ommu u nanntu apprezzaw il-​valur taʼ li jħarrġuh minn ċkunitu, li x’aktarx inkluda l-​qari b’leħen għoli.

Il-qari huwa “l-​kapaċità tal-​ħajja l-​iktar potenti li għandna fis-​soċjetà llum,” jgħid l-​awtur Jim Trelease. Il-​kapaċitajiet tal-​lingwa u tal-​vokabularju jiġu mtejbin jekk wieħed jaqra b’leħen għoli.

Huwa għaqli li tibda taqra b’leħen għoli minn taʼ l-​inqas hekk kif tibda tkellem lit-​tarbija tiegħek. Avolja t-​tarbija tiegħek fil-​ġuf jew li tkun għadha titwieled għall-​ewwel ma tifhimx dak li qed tgħidilha, il-​benefiċċji potenzjali dejjiema huma vallapena. Proverbji 22:6 jgħid: “Ħarreġ tifel jimxi fit-​triq it-​tajba; ma joħroġx minnha lanqas meta jixjieħ.”

X’tistaʼ taqra li huwa kemm prattiku u kemm taʼ benefiċċju? Aqra l-​Bibbja b’leħen għoli lit-​tarbija tiegħek kuljum. Aqra wkoll pubblikazzjonijiet utli oħrajn, bħalma huma Listening to the Great Teacher, Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja, L-​Aqwa Bniedem Li Qatt Għex, u artikli fir-​rivisti t-​Torri Taʼ L-​Għassa u l-​Awake!

Veru, li tagħti minnek innifsek b’dan il-​mod jinvolvi l-​ħin, imma dan huwa ħin użat tajjeb. Huwa mod tanġibbli li bih turi li int jimpurtak mit-​tarbija tiegħek u li tħobbha. (w96 7/15)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja