LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w96 10/1 pp. 14-19
  • Jalla Jehovah Jikkreditalek it-Tajjeb mal-Kont Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jalla Jehovah Jikkreditalek it-Tajjeb mal-Kont Tiegħek
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Għarfien Jitlob Li Nagħtu Kont
  • Jintalab Kont Għall-​Ministeru Tagħna
  • Nagħtu Kont Mill-​Aħjar Bħala Familji
  • L-​Anzjani Jagħtu Kont​—Kif?
  • Komplu Agħtu Kont Mill-​Aħjar
  • Kulħadd Irid Jagħti Kont lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Neħemija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • “Dejjem Irbaħ il-Ħażen bit-Tajjeb”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ġerusalemm—Hija Din “’il Fuq Minn Kull Ferħ” Tiegħek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
w96 10/1 pp. 14-19

Jalla Jehovah Jikkreditalek it-​Tajjeb mal-​Kont Tiegħek

“Dan . . . , Alla tiegħi, . . . ftakarhuli [“fuq il-​kont tiegħi,” NW], . . . Ftakar fi[j]a, Alla tiegħi, biex ikunli taʼ ġid.”—NEĦEMIJA 13:22, 31.

1. X’se jgħin lil uħud iddedikati lil Alla biex jagħtu kont mill-​aħjar lil Jehovah?

IL-​QADDEJJA taʼ Jehovah għandhom l-​għajnuna kollha meħtieġa biex jagħtu kont mill-​aħjar lilu. Għala? Għaliex huma għandhom relazzjoni mill-​qrib m’Alla bħala parti mill-​organizzazzjoni tiegħu fuq l-​art. Hu rrivela l-​iskopijiet tiegħu lilhom, u tahom għajnuna u dehen spiritwali permezz taʼ l-​ispirtu qaddis tiegħu. (Salm 51:13 [Salm 51:11, NW]; 119:105; 1 Korintin 2:10-13) Fid-​dawl taʼ dawn iċ-​ċirkostanzi speċjali, Jehovah b’imħabba jitlob lill-​qaddejja tiegħu fuq l-​art biex jagħtuh kont tagħhom infushom kemm għal dak li huma personalment u kemm għal dak li jwettqu bis-​saħħa tiegħu u bil-​għajnuna taʼ l-​ispirtu qaddis tiegħu.

2. (a) Neħemija b’liema modi ta kont tajjeb tiegħu nnifsu lil Alla? (b) Neħemija b’liema talba kkonkluda l-​ktieb Bibliku li jġib ismu?

2 Raġel wieħed li ta kont tajjeb tiegħu nnifsu lil Alla kien Neħemija, il-​kuppier tas-​Sultan Persjan Artaxerxes (Longimanus). (Neħemija 2:1) Neħemija sar gvernatur tal-​Lhud u bena mill-​ġdid il-​ħajt taʼ Ġerusalemm minkejja li ffaċċja l-​għedewwa u l-​perikli. B’żelu għall-​qima vera, hu inforza l-​Liġi t’Alla u wera tħassib għall-​maħqurin. (Neħemija 5:14-19) Neħemija ħeġġeġ lil Leviti biex jippurifikaw lilhom infushom regolarment, jgħassu r-​rixtelli, u jqaddsu l-​jum tas-​Sabat. Hu għalhekk setaʼ jitlob: “Dan ukoll, Alla tiegħi, ibqaʼ ftakarhuli [“fuq il-​kont tiegħi,” NW], u ħenn għalija skond il-​ħniena kbira tiegħek.” B’mod xieraq, ukoll, Neħemija kkonkluda l-​ktieb tiegħu mnebbaħ b’mod divin bit-​talba: “Ftakar fi[j]a, Alla tiegħi, biex ikunli taʼ ġid.”—Neħemija 13:22, 31.

3. (a) Int kieku kif kont tiddeskrivi persuna li tagħmel it-​tajjeb? (b) Li nirriflettu dwar il-​korsa taʼ Neħemija liema mistoqsijiet jistaʼ jġagħalna nistaqsu lilna nfusna?

3 Persuna li tagħmel it-​tajjeb hija mimlija virtù u twettaq għemejjel retti li jibbenefikaw lill-​oħrajn. Neħemija kien bniedem bħal dan. Kellu biżaʼ reverenzjali t’Alla u żelu kbir għall-​qima vera. Iktar minn hekk, kien grat għall-​privileġġi tiegħu fis-​servizz t’Alla u ta kont mill-​aħjar tiegħu nnifsu lil Jehovah. Li nirriflettu fuq il-​korsa tiegħu jistaʼ jġagħalna b’mod xieraq nistaqsu lilna nfusna, ‘Jien kif inqishom il-​privileġġi u r-​responsabbiltajiet tiegħi mogħtijin minn Alla? Liema tip taʼ kont qiegħed nagħti tiegħi nnifsi lil Alla Jehovah u lil Ġesù Kristu?’

L-​Għarfien Jitlob Li Nagħtu Kont

4. Ġesù ta liema inkarigu lis-​segwaċi tiegħu, u dawk li kienu “magħżula [“disposti sewwa,” NW] għall-​ħajja taʼ dejjem” x’għamlu?

4 Ġesù ta dan l-​inkarigu lis-​segwaċi tiegħu: “Morru . . . agħmlu dixxipli mill-​ġnus kollha, u għammduhom . . . , u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien.” (Mattew 28:19, 20) Id-​dixxipli kellhom isiru billi wieħed jgħallimhom. Dawk mgħallmin b’dan il-​mod u li kienu “magħżula [“disposti sewwa,” NW] għall-​ħajja taʼ dejjem” kellhom jitgħammdu, bħalma għamel Ġesù. (Atti 13:48; Mark 1:9-11) Ix-​xewqa tagħhom li jħarsu l-​affarijiet kollha li hu kien ikkmanda kellha tiġi mill-​qalb. Huma kellhom jaslu sal-​punt tad-​dedikazzjoni billi jsiru jafu u japplikaw l-​għarfien eżatt tal-​Kelma t’Alla.—Ġwann 17:3.

5, 6. Kif għandna nifhmu Ġakbu 4:17? Agħti eżempju taʼ kif jistaʼ jiġi applikat?

5 Iktar ma jkun profond l-​għarfien Skritturali tagħna, iktar se jkun aħjar il-​pedament tal-​fidi tagħna. Fl-​istess ħin, ir-​rendikont tagħna lil Alla jsir akbar. Ġakbu 4:17 jgħid: “Jekk mela xi ħadd jagħraf it-​tajjeb li għandu jagħmel u ma jagħmlux, jagħmel dnub.” Din l-​istqarrija hija evidentement konklużjoni taʼ dak li d-​dixxiplu Ġakbu kien għadu kif qal dwar li wieħed jiftaħar minflok ma jiddependi kompletament fuq Alla. Jekk persuna taf li ma tistaʼ twettaq xejn li huwa dejjiemi mingħajr l-​għajnuna taʼ Jehovah imma ma taġixxix fi qbil maʼ dan, dan huwa dnub. Imma l-​kliem taʼ Ġakbu jistaʼ japplika wkoll għal dnubiet taʼ ommissjoni. Fil-​parabbola taʼ Ġesù tan-​ngħaġ u l-​mogħoż, per eżempju, il-​mogħoż jiġu kkundannati, mhux għal xi atti ħżiena, imma għax m’għenux lil ħut Kristu.—Mattew 25:41-46.

6 Wieħed raġel li miegħu kienu qegħdin jistudjaw ix-​Xhieda taʼ Jehovah ftit li xejn kien qiegħed jagħmel progress spiritwali, milli jidher għax ma kienx waqaf ipejjep, għalkemm kien jaf li dan kellu jagħmlu. Anzjan talbu biex jaqra Ġakbu 4:17. Wara li kkummenta fuq is-​sinjifikat taʼ din l-​iskrittura, l-​anzjan qal: “Għalkemm m’intix mgħammed, int trid tagħti kont u trid tieħu r-​responsabbiltà kollha għad-​deċiżjoni tiegħek.” B’ferħ, ir-​raġel irreaġixxa, waqaf ipejjep, u f’qasir żmien ikkwalifika għall-​magħmudija b’simbolu tad-​dedikazzjoni tiegħu lil Alla Jehovah.

Jintalab Kont Għall-​Ministeru Tagħna

7. X’inhu mod wieħed li bih nuru l-​gratitudni tagħna għat-​“tagħrif taʼ Alla”?

7 Ix-​xewqa minn qalbna għandha tkun li nogħġbu lill-​Ħallieq tagħna. Mod wieħed li bih nuru l-​gratitudni tagħna għat-​“tagħrif taʼ Alla” huwa li nwettqu l-​inkarigu biex nagħmlu dixxipli taʼ Ibnu, Ġesù Kristu. Dan huwa wkoll mod li bih nuru l-​imħabba tagħna lejn Alla u lejn il-​proxxmu tagħna. (Proverbji 2:1-5; Mattew 22:35-40) Iva, l-​għarfien tagħna dwar Alla jitlob li nagħtu kont lilu, u għandna bżonn li nqisu lil sħabna l-​bnedmin bħala dixxipli potenzjali.

8. Għala nistgħu ngħidu li Pawlu ħass li kellu jagħti kont tal-​ministeru tiegħu?

8 L-​appostlu Pawlu kien jaf li aċċettar b’qalb sħiħa taʼ u ubbidjenza lejn l-​aħbar tajba jirriżultaw f’salvazzjoni, fil-​waqt li l-​irrifjutar taʼ dawn jistaʼ jġib qerda. (2 Tessalonikin 1:6-8) Hu għalhekk ħassu li kellu jagħti kont lil Jehovah għall-​ministeru tiegħu. Fil-​fatt, Pawlu u sħabu tant apprezzaw il-​ministeru tagħhom li huma bir-​reqqa evitaw li saħansitra jagħtu l-​impressjoni li kienu qegħdin jagħmlu qligħ finanzjarju minnu. Iktar minn hekk, qalb Pawlu qanqlitu biex jgħid: “Jekk jiena nxandar l-​evanġelju ma għandix biex niftaħar; jien obbligat nagħmlu dan. Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-​Evanġelju.”—1 Korintin 9:11-16.

9. Liema dejn notevoli għandhom iħallsu l-​Kristjani kollha?

9 Bħala l-​qaddejja ddedikati taʼ Jehovah, ‘l-​obbligu biex inxandru l-​evanġelju jaqaʼ fuqna.’ Huwa l-​inkarigu tagħna li nxandru l-​messaġġ tas-​Saltna. Aħna aċċettajna dik ir-​responsabbiltà meta ddedikajna lilna nfusna lil Alla. (Qabbel Luqa 9:23, 24.) Iktar minn hekk, għandna dejn xi nħallsu. Pawlu qal: “Jien inħoss ruħi obbligat lejn il-​Griegi u l-​Barbari, għorrief u m’humiex, għalhekk ninsab ħerqan li nxandar l-​Evanġelju lilkom ukoll, li tgħammru f’Ruma.” (Rumani 1:14, 15) Pawlu kien midjun għaliex kien jaf li kien id-​dmir tiegħu li jippriedka sabiex in-​nies setgħu jisimgħu l-​aħbar tajba u jiġu salvati. (1 Timotju 1:12-16; 2:3, 4) Hu għalhekk ħadem biex iwettaq l-​inkarigu tiegħu u jħallas id-​dejn tiegħu lil sħabu l-​bnedmin. Bħala Kristjani, aħna wkoll għandna dejn bħal dan x’inħallsu. L-​ippridkar tas-​Saltna huwa wkoll mod prinċipali biex nuru mħabba lejn Alla, lejn Ibnu, u lejn il-​proxxmu tagħna.—Luqa 10:25-28.

10. Liema ħaġa għamlu xi wħud biex jespandu l-​ministeru tagħhom?

10 Mod wieħed biex nagħtu kont aċċettabbli lil Alla huwa li nużaw l-​abbiltajiet tagħna biex nespandu l-​ministeru tagħna. Biex nagħtu eżempju: Kien hemm dħul taʼ nies minn ħafna gruppi nazzjonali għal ġol-​Britannja fi snin riċenti. Biex jintlaħqu dawn in-​nies bl-​aħbar tajba, iktar minn 800 pijunier (xandara tas-​Saltna full-time) u mijiet taʼ Xhieda oħrajn qegħdin jitgħallmu lingwi differenti. Dan irriżulta fi stimulant mill-​aħjar għall-​ministeru. Pijuniera li kienet qiegħda tgħallem klassi biċ-​Ċiniż qalet: “Qatt ma kont naħseb li kelli ngħallem il-​lingwa tiegħi lil Xhieda oħrajn, biex huma jaqsmu l-​verità m’oħrajn b’dan il-​mod. Dan tant huwa sodisfaċenti!” Tistaʼ int tespandi l-​ministeru tiegħek b’mod simili?

11. X’irriżulta meta wieħed Kristjan ta xiehda b’mod informali?

11 X’aktarx li kull wieħed minna jagħmel kulma jistaʼ biex isalva bniedem li jkun qiegħed jegħreq. Il-​qaddejja taʼ Jehovah huma ħerqana b’mod simili biex jużaw l-​abbiltajiet tagħhom biex jagħtu xiehda f’kull opportunità. Waħda Xhud dan l-​aħħar qagħdet bil-​qiegħda ħdejn mara fuq il-​karozza tal-​linja u kelmitha dwar l-​Iskrittura. Imqanqla minn dak li semgħet, il-​mara staqsiet ħafna mistoqsijiet. Meta x-​Xhud waslet biex tinżel mill-​karozza tal-​linja, il-​mara talbitha bil-​ħerqa biex minflok tmur magħha d-​dar, għax kien għad baqgħalha ħafna mistoqsijiet. Ix-​Xhud aċċettat. X’irriżulta? Inbeda studju tal-​Bibbja, u sitt xhur wara din il-​mara saret pubblikatriċi mhix mgħammda tas-​Saltna. F’qasir żmien kienet qiegħda tikkonduċi sitt studji tal-​Bibbja fid-​dar hija stess. Xi premju sabiħ taʼ li wieħed juża’ l-​abbiltajiet tiegħu fis-​servizz tas-​Saltna!

12. L-​abbiltajiet tagħna bħala ministri kif jistgħu jintużaw b’mod effettiv fis-​servizz taʼ l-​għalqa?

12 L-​abbiltajiet tagħna bħala ministri jistgħu jiġu applikati b’mod effettiv fl-​għalqa billi nużaw pubblikazzjonijiet bħall-​ktieb taʼ 192 paġna, Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. S’April 1996, il-​Kumitat tal-​Kitba tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah kien approva l-​pubblikazzjoni tal-​ktieb Għarfien f’iktar minn 140 lingwa, u sa dak in-​nhar 30,500,000 kopja minnu kienu diġà stampati f’111-il lingwa. Dan il-​ktieb ġie miktub bil-​mira li jgħin lil studenti tal-​Bibbja biex jitgħallmu biżżejjed dwar il-​Kelma u l-​iskopijiet t’Alla biex jagħmlu dedikazzjoni lil Jehovah u jitgħammdu. Ladarba l-​pubblikaturi tas-​Saltna m’humiex se jikkonduċu studju tal-​Bibbja fid-​dar għal ħafna snin maʼ l-​istess student, huma jistgħu jikkonduċu studji maʼ iktar nies jew iżidu s-​sehem tagħhom fix-​xogħol minn dar għal dar u forom oħrajn tal-​ministeru. (Atti 5:42; 20:20, 21) Konxji mir-​rendikont tagħhom lil Alla, huma jiġbdu l-​attenzjoni lejn twissijiet divini. (Eżekjel 33:7-9) Imma l-​interess ewlieni tagħhom huwa li jonoraw lil Jehovah u jgħinu kemm jistaʼ jkun nies biex isiru jafu dwar l-​aħbar tajba fiż-​żmien qasir li għad fadal għal din is-​sistema t’affarijiet mill-​agħar.

Nagħtu Kont Mill-​Aħjar Bħala Familji

13. Familji devoti għala għandu jkollhom studju tal-​Bibbja regulari fil-​familja?

13 Kull individwu u familja li jħaddnu l-​Kristjanità vera jridu jagħtu kont lil Alla u għalhekk għandhom ‘jimxu ’l quddiem lejn dak li hu aktar perfett [“il-​maturità,” NW]’ u jsiru “sħaħ fil-​fidi.” (Lhud 6:1-3; 1 Pietru 5:8, 9) Per eżempju, dawk li jkunu studjaw il-​ktieb Għarfien u tgħammdu għandhom bżonn jagħmlu l-​għarfien Skritturali tagħhom komplet billi jattendu l-​laqgħat regolarment kif ukoll billi jaqraw il-​Bibbja u pubblikazzjonijiet Kristjani oħrajn. Familji devoti għandu wkoll ikollhom studju tal-​familja regulari, għax dak huwa mod importanti li bih wieħed ‘jishar, iżomm sħiħ fil-​fidi, ikun qalbieni, isaħħaħ ruħu.’ (1 Korintin 16:13) Jekk int il-​kap tal-​familja, int b’mod speċjali trid tagħti kont lil Alla biex tkun ċert li l-​familja tiegħek hija mitmugħa tajjeb spiritwalment. Sewwa sew bħalma ikel fiżiku nutrijenti jikkontribwixxi għal saħħa naturali, hekk ukoll ikel spiritwali abbundanti u regulari huwa meħtieġ jekk int u l-​familja tiegħek tridu tibqgħu ‘sħaħ fil-​fidi.’—Titu 1:13.

14. X’irriżulta mix-​xiehda mogħtija minn tifla Israelita mgħallma tajjeb?

14 Jekk fil-​familja tiegħek hemm it-​tfal, Alla se jikkreditalek it-​tajjeb fil-​kont tiegħek talli tagħtihom struzzjoni spiritwali soda. Tagħlim bħal dan se jibbenefikahom, bħalma bbenefika lit-​tifla ċkejkna Israelita li ġiet maqbuda mill-​Assirjani fi żmien Eliżew, il-​profeta t’Alla. Hi saret il-​qaddejja taʼ mart Naman, kmandant fl-​armata Sirjana li kellu l-​ġdiem. Għalkemm it-​tifla kienet għadha żgħira, hi qalet lil sidtha: “Mhux li kien sidi quddiem il-​profeta li hemm f’Samarija! Għax kien ineħħilu l-​ġdiem li għandu!” Minħabba x-​xiehda tagħha, Naman mar Israel, qagħad finalment għad-​direzzjoni t’Eliżew biex jinħasel sebaʼ darbiet fix-​Xmara Ġordan, u ġie mnaddaf mill-​ġdiem. Iktar minn hekk, Naman sar adoratur taʼ Jehovah. Min jaf dan kemm ħadet gost bih dik it-​tifla ċkejkna!—2 Slaten 5:1-3, 13-19.

15. Għala huwa importanti li l-​ġenituri jagħtu lit-​tfal tagħhom taħriġ spiritwali mill-​aħjar? Agħti eżempju.

15 M’huwiex faċli li wieħed irabbi tfal li jkollhom il-​biżaʼ t’Alla f’din id-​dinja fqira moralment u li qiegħda fil-​poter taʼ Satana. (1 Ġwann 5:19) Minn mindu Timotju kien ċkejken, madankollu, nanntu Lojs u ommu, Ewnike, għallmuh b’suċċess l-​Iskrittura. (2 Timotju 1:5; 3:14, 15) Li tistudja l-​Bibbja mat-​tfal tiegħek, li teħodhom għal-​laqgħat Kristjani regolarment, u eventwalment li teħodhom miegħek fil-​ministeru huma kollha parti mill-​programm taʼ taħriġ li għalihom trid tagħti kont lil Alla. Waħda Kristjana f’Wales, li issa għandha madwar 85 sena, tiftakar li kmieni fis-​snin 20, missierha kien jeħodha miegħu meta kien jimxi 10 kilometri minn fuq muntanja (ronda taʼ 20 kilometru) biex iqassam fuljetti fuq il-​Bibbja lin-​nies tar-​raħal fil-​wied li kien hemm qrib. “Kien matul dawk il-​mixjiet li missieri naqqax il-​verità f’qalbi,” hi tgħid bi gratitudni.

L-​Anzjani Jagħtu Kont​—Kif?

16, 17. (a) Liema privileġġi gawdew irġiel ixjeħ maturi spiritwalment f’Israel tal-​qedem? (b) Imqabbel mas-​sitwazzjoni f’Israel tal-​qedem, illum għala iktar huwa meħtieġ minn anzjani Kristjani?

16 “Ix-​xagħar abjad kuruna taʼ ġieħ, li tinkiseb b’ħajja tajba,” qal l-​għaref Salamun. (Proverbji 16:31) Imma m’hijiex l-​età fiżika biss li tgħammar lil raġel għal responsabbiltà fil-​kongregazzjoni tan-​nies t’Alla. Irġiel ixjeħ maturi spiritwalment f’Israel tal-​qedem qdew bħala mħallfin u uffiċjali għall-​amministrar tal-​ġustizzja, u għaż-​żamma tal-​paċi, tal-​bon ordni, u tas-​saħħa spiritwali. (Dewteronomju 16:18-20) Għalkemm l-​istess japplika għall-​kongregazzjoni Kristjana, iktar huwa meħtieġ mill-​anzjani hekk kif it-​tmiem tas-​sistema t’affarijiet qiegħed joqrob. Għala?

17 L-​Israeliti kienu ‘poplu magħżul’ li lilu Alla ħeles mill-​Eġittu tal-​qedem. Ladarba huma rċevew il-​Liġi permezz tal-​medjatur tagħhom, Mosè, id-​dixxendenti tagħhom ġew imwelldin f’ġens iddedikat u kienu familjari mal-​preċetti taʼ Jehovah. (Dewteronomju 7:6, 11) Madankollu, illum ħadd m’għadu jitwieled f’ġens iddedikat bħal dan, u komparattivament ftit jiġu mrobbijin ġewwa familji devoti li huma familjari sewwa mal-​verità Skritturali. Speċjalment dawk li għandhom mnejn li għadhom kif bdew “mexjin fil-​verità” jeħtieġu struzzjoni dwar kif għandhom jgħixu skond il-​prinċipji Skritturali. (3 Ġwann 4) X’responsabbiltà għalhekk qiegħda fuq spallejn l-​anzjani leali hekk kif huma ‘jżommu quddiem għajnejhom l-​eżempju tat-​tagħlim sħiħ’ u jgħinu lin-​nies taʼ Jehovah!—2 Timotju 1:13, 14.

18. L-​anzjani tal-​kongregazzjoni liema tip t’għajnuna jridu jkunu ppreparati li jagħtu, u għala?

18 Tifel ċkejken li qiegħed jitgħallem jimxi jistaʼ jitfixkel u jaqaʼ. Hu jħossu inċert u jeħtieġ l-​għajnuna u l-​assiguranza tal-​ġenituri. Individwu ddedikat lil Jehovah jistaʼ bl-​istess mod jitfixkel jew jaqaʼ spiritwalment. Saħansitra l-​appostlu Pawlu sab li kien neċessarju li jitħabat biex jagħmel dak li huwa sewwa jew tajjeb f’għajnejn Alla. (Rumani 7:21-25) Ir-​ragħajja fil-​merħla t’Alla jeħtieġ li jagħtu assistenza bl-​imħabba lil Kristjani li żbaljaw imma li huma verament nedmin. Meta xi anzjani żaru lil waħda mara ddedikata li kienet għamlet żball serju, hi qalet fil-​preżenza taʼ żewġha li kien iddedikat: “Naf li se taqtgħuni mis-​sħubija!” Imma nfaqgħet tibki meta ntqalilha li l-​anzjani riedu jkunu jafu x’għajnuna kienet meħtieġa biex il-​familja tiġi rrestawrata spiritwalment. Billi kienu jafu li jridu jagħtu kont, l-​anzjani kienu kuntenti li jgħinu lil kredenta seħbithom li nidmet.—Lhud 13:17.

Komplu Agħtu Kont Mill-​Aħjar

19. Kif nistgħu nkomplu nagħtu kont mill-​aħjar tagħna nfusna lil Alla?

19 L-​anzjani tal-​kongregazzjoni u l-​qaddejja l-​oħrajn kollha t’Alla jeħtieġ li jkomplu jagħtu kont mill-​aħjar tagħhom infushom lil Jehovah. Dan huwa possibbli jekk aħna nżommu qrib mal-​Kelma t’Alla u nagħmlu r-​rieda tiegħu. (Proverbji 3:5, 6; Rumani 12:1, 2, 9) Aħna rridu speċjalment nagħmlu l-​ġid lil dawk li jiġu minna fil-​fidi. (Galatin 6:10) Madankollu, il-​ħsad xorta għadu kbir, u l-​ħaddiema għadhom ftit. (Mattew 9:37, 38) Mela ejjew nagħmlu l-​ġid lill-​oħrajn billi b’mod ħabrieki nipproklamaw il-​messaġġ tas-​Saltna. Jehovah se jgħoddilna t-​tajjeb fil-​kont tagħna jekk aħna nwettqu d-​dedikazzjoni tagħna, nagħmlu r-​rieda tiegħu, u fedelment nipproklamaw l-​aħbar tajba.

20. X’nitgħallmu meta nikkunsidraw il-​korsa taʼ Neħemija?

20 Ejjew għalhekk inkomplu jkollna ħafna x’nagħmlu fix-​xogħol tal-​Mulej. (1 Korintin 15:58) U nagħmlu sewwa li nikkunsidraw lil Neħemija, li bena l-​ħajt taʼ Ġerusalemm mill-​ġdid, inforza l-​liġi t’Alla, u ppromwova l-​qima vera b’żelu kbir. Hu talab li Alla Jehovah jiftakru għat-​tajjeb li kien għamel. Jalla int tagħti prova li tkun daqstant devot lejn Jehovah, u jalla jikkreditalek it-​tajjeb fil-​kont tiegħek. (w96 9/15)

X’Inhuma t-​Tweġibiet Tiegħek?

◻ Liema eżempju ġie stabbilit minn Neħemija?

◻ L-​għarfien għala jġagħalna nagħtu kont lil Alla?

◻ Kif nistgħu nagħtu kont aċċettabbli lil Jehovah fil-​ministeru tagħna?

◻ Il-​familji x’jistgħu jagħmlu biex jagħtu kont mill-​aħjar lil Alla?

◻ L-​anzjani Kristjani kif jagħtu kont?

[Stampi f’paġna 16]

Bħal Pawlu, aħna nistgħu nagħtu kont mill-​aħjar lil Alla bħala proklamaturi tas-​Saltna

[Stampa f’paġna 17]

Huma t-​tfal tiegħek b’saħħithom fil-​fidi bħal dik it-​tifla ċkejkna Israelita fid-​dar taʼ Naman?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja