LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 8/15 p. 30
  • Tiftakar Int?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tiftakar Int?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Materjal Simili
  • Jum il-​Ġudizzju​—X’Inhu?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • “Il-Maħtur Tiegħi li Fih Qalbi Strieħet!”
    Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
  • Imita lil Jehovah—Eżerċita l-Ġustizzja u t-Tjieba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Lest Int Għal Jum Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 8/15 p. 30

Tiftakar Int?

Irriflettejt xi naqra fuq il-​ħarġiet reċenti taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa? Jekk iva, se jkun taʼ interess għalik li tiftakar dan li ġej:

◻ Id-​duttrina tal-​predestinazzjoni għala m’hijiex raġunevoli?

Kieku Alla kien jaf minn qabel u ordna l-​waqgħa taʼ Adam fid-​dnub, allura Jehovah sar l-​awtur tad-​dnub meta għamel il-​bniedem u hu responsabbli għall-​ħażen u għas-​sofferenza kollha tal-​bniedem. Dan ma jistax ikun konsistenti mal-​fatt li Jehovah hu Alla taʼ mħabba li jobgħod il-​ħażen. (Salm 33:5; Proverbji 15:9; 1 Ġwann 4:8)​—4/15, paġni 7, 8.

◻ Fi twettiq taʼ Isaija 2:2-4, nies minn ħafna ġnus x’qed jagħmlu?

Hekk kif jiġru bħal xmara lejn id-​dar taʼ Jehovah għall-​qima, huma wkoll iżommu lura milli ‘jitgħallmu s-​sengħa tal-​gwerra’ għaliex poġġew il-​fiduċja tagħhom fil-​protezzjoni taʼ l-​eżerċti ċelestjali t’Alla, li jinsabu għal-​lest biex jeqirdu kull għadu tal-​paċi.​—4/15, paġna 30.

◻ Min huma l-​qalbenin t’Alla li jissemmew f’Ġoel 4:10, 11 [Ġoel 3:10, 11, NW]?

Xi 280 darba fil-​Bibbja, dak Alla veru jissejjaħ “il-​Mulej taʼ l-​eżerċti.” (2 Slaten 3:14) Dawn l-​eżerċti huma l-​qtajjaʼ anġeliċi potenti tas-​sema, li lesti biex jagħmlu dak li jordnalhom Jehovah.​—5/1, paġna 23.

◻ X’lezzjoni nistgħu nitgħallmu milli Jehovah rrikjeda minn Ġob li jitlob għal dawk li naqsuh? (Ġob 42:8)

Qabel ma Ġob ngħata saħħtu lura, Jehovah rrikjeda li hu jitlob għan-​nom taʼ dawk li kienu naqsuh. Dan juri li Jehovah jirrikjedi li naħfru lil dawk li jidinbu kontrina qabel ma d-​dnubiet tagħna jkunu jistgħu jinħafru. (Mattew 6:12; Efesin 4:32)​—5/1, paġna 31.

◻ Ġakbu x’ried ifisser meta qal: “Ħallu li s-​sabar ikollu l-​milja tiegħu fikom”? (Ġakbu 1:4)

Is-​sabar għandu biċċa xogħol x’jagħmel, ‘il-​milja taʼ xogħlu.’ L-​inkarigu tiegħu hu li jagħmilna kompleti fl-​aspetti kollha. Għalhekk, billi nħallu l-​provi jgħaddu l-​korsa tagħhom mingħajr ma nużaw mezzi mhux skritturali biex infittxu ntemmuhom, il-​fidi tagħna tiġi mġarrba u rfinuta.​—5/15, paġna 16.

◻ Għala stenna daqshekk fit-​tul Alla biex isolvi l-​problemi taʼ l-​umanità?

Il-​mod kif Jehovah jħares lejn iż-​żmien huwa differenti minn tagħna. Għal dak Alla etern, il-​perijodu mill-​ħolqien taʼ Adam s’issa lanqas biss jammonta għal ġimgħa. (2 Pietru 3:8) Imma hi liema hi l-​ħarsa tagħna lejn iż-​żmien, kull jum li jgħaddi jġibna eqreb lejn il-​jum tal-​vindikazzjoni taʼ Jehovah.​—6/1, paġni 5, 6.

◻ X’iqanqal lix-​Xhieda taʼ Jehovah?

It-​tagħlim taʼ Jehovah pproduċa poplu uniku, uħud mgħallmin biex iħobbu lil xulxin u lill-​ġâr tagħhom bħalhom infushom. (Isaija 54:13) L-​imħabba hija dik il-​ħaġa li tqanqal lix-​Xhieda taʼ Jehovah biex jibqgħu jippridkaw minkejja l-​apatija u l-​oppożizzjoni tal-​pubbliku. (Mattew 22:36-40; 1 Korintin 13:1-8)​—6/15, paġna 20.

◻ X’inhu implikat bil-​kliem taʼ Ġesù: “Tħabtu [“Stinkaw b’mod vigoruż,” NW] biex tidħlu mill-​bieb id-​dejjaq”? (Luqa 13:24)

Il-​kliem taʼ Ġesù jimplika li nissieltu, li nisforzaw. Il-​kliem tiegħu jindika wkoll li xi wħud forsi jfittxu li ‘jidħlu mill-​bieb’ biss meta jkun konvenjenti għalihom jew b’pass mhux mgħaġġel kif jippreferu huma. Għalhekk, kull wieħed minna jistaʼ jistaqsi, ‘Qiegħed jien nagħmel ħilti kollha biex inkun diliġenti u bieżel?’​—6/15, paġna 31.

◻ Dawk li se jiġu rxoxtati kif se jsir “ħaqq minnhom fuq l-​għemejjel tagħhom, skond ma kienu mniżżla fil-​kotba”? (Apokalissi 20:12)

Dawn il-​kotba m’humiex ir-​rekord taʼ l-​għemejjel tagħhom tal-​passat; meta mietu, huma nħelsu mid-​dnubiet li għamlu matul ħajjithom. (Rumani 6:7, 23) Madankollu, dawk il-​bnedmin li jirxoxtaw ikunu għadhom taħt id-​dnub taʼ Adam. Allura, bilfors li dawn il-​kotba se jkun fihom istruzzjonijiet divini li kulħadd irid isegwi sabiex jibbenefika bis-​sħiħ mis-​sagrifiċċju taʼ Ġesù Kristu.​—7/1, paġna 22.

◻ X’lezzjonijiet hemm għalina fil-​parabbola taʼ Ġesù dwar is-​Samaritan li wera mħabba lejn il-​proxxmu? (Luqa 10:30-37)

Il-​parabbola taʼ Ġesù turi li individwu verament rett huwa wieħed li mhux biss jobdi l-​liġijiet t’Alla imma wkoll jimita l-​kwalitajiet tiegħu. (Efesin 5:1) Turi wkoll li l-​imħabba tagħna lejn il-​proxxmu għandha tisboq lil kwalunkwe barriera nazzjonali, kulturali, u reliġjuża. (Galatin 6:10)​—7/1, paġna 31.

◻ F’liema tliet aspetti tistaʼ ssir taf lil uliedek u tipprovdilhom gwida bħala ġenitur?

(1) Għin lil uliedek jagħżlu tip addattat taʼ xogħol sekulari; (2) ħejjihom biex ikampaw maʼ l-​istress emozzjonali fl-​iskola u fuq il-​post tax-​xogħol; (3) urihom kif jissodisfaw il-​bżonnijiet spiritwali tagħhom.​—7/15, paġna 4.

◻ Alla għala straħ fis-​“sebaʼ jum”? (Ġenesi 2:1-3)

Alla ma straħx għax kien għajjien. Pjuttost, hu waqaf mix-​xogħol fuq l-​art sabiex lill-​prodott taʼ jdejh iħallih jiżviluppa u jasal għall-​glorja sħiħa, għat-​tifħir u l-​unur tiegħu.​—7/15, paġna 18.

◻ Liema huma tliet modi li bihom nistgħu neżerċitaw il-​ġustizzja?

L-​ewwel, irridu nikkonformaw mal-​livelli morali t’Alla. (Isaija 1:17) It-​tieni, neżerċitaw il-​ġustizzja meta nittrattaw m’oħrajn bil-​mod kif irridu li Jehovah jittratta magħna. (Salm 130:3, 4) It-​tielet, nuru ġustizzja kif irid Alla meta nieħdu sehem b’mod ħabrieki fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar. (Proverbji 3:27)​—8/1, paġni 14, 15.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja