LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 6/15 pp. 22-23
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • L-Anġli—“Spirti Għal Servizz Pubbliku”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Huma d-Demonji Reali?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Il-​Ħlejjaq Spirti—Kif Jeffettwawna
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • L-Anġli—Kif Jeffettwawna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 6/15 pp. 22-23

MISTOQSIJIET MILL-​QARREJJA

Min kienu “wlied l-​Alla l-​veru” li għexu qabel id-​Dilluvju u li jissemmew f’​Ġenesi 6:2, 4?

Hemm evidenza li din l-​espressjoni tirreferi għall-​ulied spirti t’Alla. Iżda liema evidenza?

L-​ewwel minn dawn iż-​żewġ versi jgħid: “Ulied l-​Alla l-​veru bdew jinnotaw li l-​bniet tal-​bnedmin kienu sbieħ; u ħadu nisa għalihom, jiġifieri, lil dawk kollha li għoġbuhom.”—Ġen. 6:2.

Fl-​Iskrittura Ebrajka, l-​espressjonijiet “ulied l-​Alla l-​veru” u “wlied Alla” jinsabu f’​Ġenesi 6:2, 4; Ġob 1:6; 2:1; 38:7; u Salm 89:6. Dawn l-​iskritturi x’jgħidulna dwar dawn ‘l-​ulied t’Alla’?

“Ulied l-​Alla l-​veru” li naqraw dwarhom f’​Ġob 1:6 kienu biċ-​ċar ħlejjaq spirti miġburin fil-​preżenza t’Alla. Fosthom kien hemm Satana, li kien qed ‘idur ’l hemm u ’l hawn fuq l-​art.’ (Ġob 1:7; 2:1, 2) B’mod simili, f’​Ġob 38:4-​7 naqraw dwar ‘l-​ulied t’Alla’ li ‘għajtu b’tifħir’ meta Alla “qiegħed il-​ġebla tax-​xewka” tal-​art. Bilfors li kienu wlied anġeliċi, għaliex il-​bnedmin kienu għadhom ma nħalqux. “Ulied Alla” msemmijin f’Salm 89:6 żgur li huma ħlejjaq spirti fis-​sema m’Alla, u mhux bnedmin.

Mela min huma “wlied l-​Alla l-​veru” msemmijin fir-​rakkont taʼ Ġenesi 6:2, 4? Fi qbil mal-​fatti Bibliċi li għadna kif rajna, huwa loġiku li nikkonkludu li r-​rakkont qed jirreferi għall-​ulied spirti t’Alla li ġew fuq l-​art.

Xi wħud isibuha diffiċli biex jaċċettaw li l-​anġli jistgħu jkunu interessati f’li jkollhom relazzjonijiet sesswali. Il-​kliem taʼ Ġesù mniżżel f’​Mattew 22:30 juri li ż-​żwieġ u r-​relazzjonijiet sesswali ma jeżistux fis-​sema. Madankollu, kultant xi anġli dehru f’iġsma umani, saħansitra jieklu u jixorbu mal-​bnedmin. (Ġen. 18:1-​8; 19:1-​3) B’hekk, jagħmel sens li nikkonkludu li ladarba kellhom ġisem materjalizzat, huma setgħu jkollhom relazzjonijiet sesswali man-​nisa.

Hemm raġunijiet ibbażati mill-​Bibbja biex nemmnu li xi anġli għamlu proprju dan. Ġuda 6, 7 jqabbel id-​dnub tal-​irġiel taʼ Sodoma, li ntelqu għall-​użu mhux naturali tal-​ġisem, maʼ dak tal-​“anġli li ma żammewx il-​pożizzjoni oriġinali tagħhom imma abbandunaw il-​post xieraq fejn kellhom jgħammru.” Xi ħaġa komuni fiż-​żewġ każi kienet li dawn l-​anġli kif ukoll is-​Sodomin “taw ruħhom kompletament għaż-​żína u ntelqu għall-​użu mhux naturali tal-​ġisem.” Silta simili fl-​1 Pietru 3:19, 20 issemmi lill-​anġli diżubbidjenti b’konnessjoni maʼ “żmien Noè.” (2 Pt. 2:4, 5). Għaldaqstant, dak li għamlu l-​anġli diżubbidjenti fi żmien Noè jistaʼ jitqabbel mad-​dnub taʼ Sodoma u Gomorra.

Konklużjoni bħal din tagħmel sens meta nirrikonoxxu li “wlied l-​Alla l-​veru” msemmijin f’​Ġenesi 6:2, 4 kienu anġli li dehru f’iġsma u kkommettew l-​immoralità man-​nisa.

Il-​Bibbja tgħid li Ġesù ‘ppriedka lill-​ispirti fil-​ħabs.’ (1 Pt. 3:19) Dan xi jfisser?

L-​appostlu Pietru jidentifika dawn l-​ispirti bħala dawk li “darba kienu diżubbidjenti, meta Alla qagħad jistenna bil-​paċenzja fi żmien Noè.” (1 Pt. 3:20) Biċ-​ċar, Pietru kien qed jirreferi għall-​ħlejjaq spirti li għażlu li jingħaqdu fir-​ribelljoni taʼ Satana. Ġuda jsemmi lill-​anġli li “ma żammewx il-​pożizzjoni oriġinali tagħhom imma abbandunaw il-​post xieraq fejn kellhom jgħammru,” u jgħid li Alla “żammhom marbutin għal dejjem fi dlam ċappa għall-​ġudizzju tal-​jum il-​kbir.”—Ġuda 6.

B’liema mod kienu l-​ħlejjaq spirti diżubbidjenti fi żmien Noè? Qabel id-​Dilluvju, dawn l-​ispirti mill-​agħar ħadu sura taʼ bnedmin—xi ħaġa li ma kinitx fl-​iskop t’Alla għalihom. (Ġen. 6:2, 4) Iżjed minn hekk, dawn l-​anġli li kellhom x’jaqsmu man-​nisa kienu qed jagħmlu xi ħaġa li kienet kontra n-​natura tagħhom. Alla ma ħalaqx lill-​ħlejjaq spirti biex ikollhom relazzjonijiet sesswali man-​nisa. (Ġen. 5:2) Dawn l-​anġli mill-​agħar u diżubbidjenti se jinqerdu fiż-​żmien imwaqqat t’Alla. Għalissa, bħalma jgħidilna Ġuda, huma qegħdin fi stat taʼ “dlam ċappa”—ħabs spiritwali, biex ngħidu hekk.

Meta u kif ipprietka Ġesù lil dawn “l-​ispirti fil-​ħabs”? Pietru jikteb li dan ġara wara li Ġesù “ngħata l-​ħajja fl-​ispirtu,” jiġifieri, ġie rxoxtat. (1 Pt. 3:18, 19) Agħti kas ukoll li Pietru jgħid li Ġesù “ppriedka.” Pietru tkellem fil-​passat u dan jissuġġerixxi li l-​ippritkar sar qabel Pietru kiteb l-​ewwel ittra tiegħu. Allura, jidher li xi żmien wara l-​irxoxt tiegħu, Ġesù għamel dikjarazzjoni lill-​ispirti mill-​agħar dwar il-​kastig mistħoqq għalkollox li se jieħdu. Ma kienx xi ppritkar li offrielhom xi tama. Kien ippritkar taʼ ġudizzju. (Ġona 1:1, 2) Ladarba Ġesù kien ta prova tal-​fidi u l-​lealtà tiegħu sal-​mewt u mbagħad ġie rxoxtat—u b’hekk wera li x-​Xitan assolutament ma kellu ebda setgħa fuqu—Ġesù kellu raġun jagħmel dikjarazzjoni taʼ ġudizzju bħal din.—Ġw. 14:30; 16:8-​11.

Fil-​futur, Ġesù se jorbot u jixħet fl-​abbiss kemm lil Satana kif ukoll lil dawn l-​anġli. (Lq. 8:30, 31; Riv. 20:1-​3) Sa dak iż-​żmien, dawn l-​ispirti diżubbidjenti qegħdin fi stat taʼ dlam ċappa spiritwali, u l-​qerda tal-​aħħar tagħhom hija ċerta.—Riv. 20:7-​10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja