GĦANJA 24
Ejjew lejn il-muntanja taʼ Ġeħova
- 1. Erfaʼ ħarstek illum - ’Il fuq mill-għoljiet tant kbar. - Hemm hi l-muntanja t’Alla - Li tgħolliet f’dan il-jum. - Jiġu l-popli mill-bogħ’d, - Minn kull tarf tal-art ġejjin. - Jgħidu: ‘Lkoll ejjew, aqdu - W obdu ’l Alla kuljum.’ - Issa dan huwa ż-żmien - Biex iż-żgħir isir ġens kbir, setgħan - B’t’Alla l-gwida w barkiet - Qed niżdiedu tassew b’mod kotran. - Lejh miljuni resqin; - Jaċċettaw li hu s-Sovran. - ’L Alla ma jwarrbuh qatt; - Leali minn jum għal jum. 
- 2. Kristu tana il-kmand - Biex immorru nippritkaw. - L-aħbar tajba tas-Saltna - Tilħaq trid lill-bnedmin. - Kristu jsaltan minn fuq - U jħeġġiġna nersqu lejh. - L-umli jisimgħu minnu, - B’kelmet Alla mexjin. - Hu taʼ ferħ li naraw - Folla kbira li tkompli tiżdied! - U ilkoll għandna seh’m - Ngħinu n-nies m’Alla sew jagħmlu ħbieb. - Ejja nsejħu ’l kulħadd - B’leħen għoli ngħidu dan: - ‘Ejja f’t’Alla l-muntanja; - Tibqaʼ din tul is-snin.’ 
(Ara wkoll Salm 43:3; 99:9; Is. 60:22; Atti 16:5.)