GĦANJA 107
Il-mudell divin tal-imħabba
- 1. Jagħtina l-Missier mudell tal-imħabba; - Xempju bnin, ferm divin. - Imħabba mill-qalb f’dak kollu li jagħmel - Hu wera ċar mal-kbar u ż-żgħar. - Lil Ibnu l-prezzjuż kien lest li jagħtina - Biex jgħatti id-dnub u lilna jifdina; - M’hemmx prova aħjar taʼ mħabbtu għalina. - Alla iħobb. Tassew Alla jħobb. 
- 2. Jekk nimxu f’dit-triq, l-imħabba għal ħutna - Tkun mill-qalb, żgur mill-qalb; - U b’hekk nieħdu ħsieb ’l-għeżież aħwa tagħna, - Nuru ’l kulħadd ’mħabba bla għadd. - Se nuru b’kull mod l-imħabba prezzjuża - Lejn Alla u n-nies; din hija bżonjuża, - Biex tgħatti d-dnubiet din għandha tintuża. - Lill-aħwa żgur Inħobbu b’fervur. 
- 3. L-imħabba mill-qalb hi rabta li tgħaqqad; - Nuru din żgur f’kull ħin. - U Alla l-Missier mill-qalb qed jgħidilna: - “Fejn qatt se ssib għaqda bħal din?” - Ejjew iksbu l-ferħ u mħabba hawn magħna, - L-ispirtu taʼ Jah żgur qed jirfinana. - Qed niġu mfakkrin mingħand l-aħwa tagħna - Li Alla jħobb. Ġeħova iħobb. 
(Ara wkoll Rum. 12:10; Efes. 4:3; 2 Pt. 1:7.)