GĦANJA 111
Ir-raġunijiet tagħna għall-ferħ
- 1. Tant raġunijiet għall-ferħ għandna, - Bħall-għana jogħlew fil-valur. - Dawk li Alla jgħożż mill-ġnus kollha - Jiżdiedu qegħdin magħna llum. - Imsejjes sew hu l-ferħ ġo qalbna, - Fil-Bibbja dan qabbad l-għeruq. - Kuljum it-tagħlim nieħdu minnha; - Dak li smajna, b’fidi nsegwuh. - Fis-sod hu dak li jġib ferħ lilna, - Bħall-ġamar iħeġġeġ fil-qalb. - Għalkemm għawġ u provi ikollna, - Se jgħinna nistabru it-talb. - (RITORNELL) - Ġeħova s-sors tagħna tal-ferħ, - B’għemilu ilkoll mistagħġbin. - Fond tiegħu il-ħsieb, kbir huwa l-ħolqien, - F’dan tidher tjubitu f’kull ħin. 
- 2. Nitgħaxxqu b’dak kollu li ħalaq; - Is-sema, il-baħar, u l-art. - Il-ktieb tal-ħolqien kbir tant ngħożżu, - B’għemilek int lilna saħħart. - Rebbieħa flimkien nagħtu xhieda, - Saltnatu lin-nies nippritkaw. - Kbar huma l-barkiet li ġġib magħha, - Hemm bżonn li l-ġnus kollha jaraw. - Dalwaqt se jkun hawn ferħ dejjiemi, - Bħad-dawl tal-jum li jsegwi l-lejl. - Il-wegħda t’art u smewwiet ġodda - Se ġġib ferħ u hena bla kejl. - (RITORNELL) - Ġeħova s-sors tagħna tal-ferħ, - B’għemilu ilkoll mistagħġbin. - Fond tiegħu il-ħsieb, kbir huwa l-ħolqien, - F’dan tidher tjubitu f’kull ħin. 
(Ara wkoll Dt. 16:15; Is. 12:6; Ġw. 15:11.)