LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/99 p. 1
  • “Stabru”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Stabru”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Materjal Simili
  • Għandna Bżonn Inkunu Paċenzjużi fil-Ministeru Tagħna
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Komplu Kunu Paċenzjużi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Tgħallem mill-Paċenzja taʼ Ġeħova u taʼ Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Tistaʼ Int Teżerċita l-Paċenzja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 1/99 p. 1

“Stabru”

1 Hekk kif naraw it-​tmiem tas-​sistema qadima taʼ Satana jersaq eqreb u eqreb, huwa vitali li ‘nistabru’ waqt li nistennew il-​jum taʼ ħelsien taʼ Jehovah. Speċjalment f’din is-​siegħa hekk aħħarija, il-​qawwiet taʼ l-​għadu mill-​agħar jinsabu ddeterminati li jiżvijawlna l-​attenzjoni tagħna mill-​kwistjoni ewlenija tas-​sovranità taʼ Jehovah u jittantawna biex naljenaw rasna fuq viżibilju taʼ interessi persunali. B’dan il-​mod, Satana jixtieq jidħak bina billi jġagħalna nċedu jew inbattu fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna. (Ġak. 5:​7, 8; Mt. 24:​13, 14) B’liema modi nistgħu nuru dan is-​sabar tant bżonnjuż?

2 Bir-​Rażna: Meta niffaċċjaw xi apatija jew oppożizzjoni fil-​ministeru tagħna, ir-​rażna tgħinna nipperseveraw fl-​ippridkar. M’aħniex se nibżgħu mix-​xejn jew nieħdu għalina jekk in-​nies li niltaqgħu magħhom ikunu maledukati jew qalbhom ħażina. (1 Pt. 2:23) Din il-​forza ġewwinija tistaʼ tevitalna li nitkellmu b’mod negattiv dwar nies fit-​territorju tagħna li juru indifferenza jew ostilità lejn xogħolna, billi nirrealizzaw li kliem bħal dan jiskuraġġixxi kemm lilna u kemm lil dawk li jaħdmu magħna fil-​ministeru.

3 Bil-​Persistenza Paċenzjuża: Meta fis-​servizz taʼ l-​għalqa jkollna diskussjoni tajba, u mbagħad ma nkunux nistgħu nerġgħu nsibu l-​persuna interessata d-​dar, dan jistaʼ jittestja l-​paċenzja tagħna. L-​istess huwa minnu jekk dawk li nistudjaw magħhom idumu biex jagħmlu progress jew biex jieħdu waqfa għall-​verità. Madankollu, il-​persistenza paċenzjuża taʼ spiss tiġi ppremjata b’riżultati tajbin. (Gal. 6:9) Waħda oħt żaret lura lil waħda żagħżugħa bosta drabi qabel ma fil-​fatt inbeda studju tal-​Bibbja. Matul l-​ewwel ħames żjajjar, il-​mara kienet ħsiebha f’affarijiet oħrajn. Is-​sitt darba li pprovat, l-​oħt ixxarrbet għasra f’maltempata, u biex tgħaxxaqha ma sabet lil ħadd id-​dar. Minkejja dan, billi kienet iddeterminata li tagħti ċans ieħor lill-​mara, l-​oħt reġgħet żaritha u sabet lill-​mara lesta għall-​istudju. Minn dakinhar ’il quddiem, l-​istudenta għamlet progress kontinwu u fi żmien qasir iddedikat ħajjitha lil Jehovah.

4 Aħna nafu li jum Jehovah mhux se jittardja. Allura nistennewh jagħmel l-​affarijiet bil-​mod tiegħu, billi nafu li l-​paċenzja divina se tipproduċi frott tajjeb. (Ħab. 2:3; 2 Pt. 3:​9-15) Irridu nistabru bħalma jagħmel Jehovah u ma naqtgħux qalbna fil-​ministeru. “Bil-​fidi u s-​sabar,” stenna lil Jehovah biex jippremjak għax-​xogħol iebes tiegħek.​—Lhud 6:​10-12.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja