LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/99 p. 1
  • Stedinhom Jiġu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Stedinhom Jiġu
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Materjal Simili
  • Kwalitajiet li jimmotivawna nattendu l-laqgħat
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Għala għandna niltaqgħu flimkien għall-qima?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Kif Jistgħu Jgħinuk il-Laqgħat tax-Xhieda ta’ Ġeħova?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • “L-Ispirtu u l-Għarusa Jibqgħu Jgħidu: ‘Ejja!’”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 3/99 p. 1

Stedinhom Jiġu

1 Stedina li ħarġet sekli ilu issa qed tinstemaʼ f’233 pajjiż madwar id-​dinja: “Ħalli mmorru u nitilgħu fuq l-​għolja tal-​Mulej, . . . biex jgħallimna triqatu, u nimxu fil-​mogħdijiet tiegħu.” (Is. 2:3) Wieħed mill-​aqwa modi kif nistgħu ngħinu lin-​nies jagħmlu progress spiritwali li jwassal għall-​ħajja taʼ dejjem huwa li nidderiġuhom lejn l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah.

2 Xi pubblikaturi jistgħu jaħsbuha darbtejn biex jistiednu lin-​nies lejn is-​Sala tas-​Saltna qabel ma dawn ikunu għamlu progress konsiderevoli fl-​istudju tal-​Bibbja fid-​dar. Madankollu, xi kultant in-​nies jibdew jattendu għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni saħansitra qabel ma jkun jistaʼ jinbeda studju tal-​Bibbja magħhom. Ma rridux indumu ma nestendu stedina mill-​qalb u ninkuraġġixxu lin-​nies jiġu għal-​laqgħat.

3 X’Għandek Tagħmel: Uża tajjeb il-​volantini biex tinforma lin-​nies dwar il-​laqgħat lokali tagħna. Semmi li l-​laqgħat huma b’xejn u li qatt ma jsir xi ġbir. Spjega kif isiru l-​laqgħat. Indika li fil-​fatt dawn huma korsijiet taʼ studju tal-​Bibbja u li l-​materjal taʼ studju jiġi pprovdut biex kulħadd ikun jistaʼ jsegwih. Iġbed l-​attenzjoni għall-​fatt li dawk li jattendu kellhom tipi taʼ trobbija differenti u ġejjin minn diversi livelli soċjali u ekonomiċi fil-​ħajja. Semmi li dawk li jattendu huma nies minn dawk l-​inħawi u li tfal taʼ kull età jistgħu jiġu bil-​qalb kollha. Għandna nistiednu lil dawk li nistudjaw magħhom, u noffru li ngħinuhom bi kwalunkwe mod biex jattendu.

4 Waħda mill-​aħħar affarijiet iddokumentati fil-​Bibbja hija stedina kordjali biex nieħdu sehem mill-​provvedimenti taʼ Jehovah għall-​ħajja: “L-​Ispirtu u l-​Għarusa jgħidu: ‘Ejja!’ . . . U min hu bil-​għatx, ħa jiġi, ħa jieħu b’xejn min irid l-​ilma tal-​Ħajja.” (Apk. 22:17) M’hemm l-​ebda sostitut għal li nistiednu lil ħaddieħor jattendi għal-​laqgħat tagħna.

5 Isaija 60:8 profetikament jiddeskrivi lill-​mijiet t’eluf taʼ wħud ġodda li jagħtu tifħir u li issa ġejjin fil-​kongregazzjonijiet tal-​poplu t’Alla bħal ħamiem li “bħal sħab jittajru, bħal ħamiem lejn il-​bejtiet tagħhom.” Ilkoll nistgħu nistiednu lil uħud ġodda għal-​laqgħat tagħna u nagħmluhom iħossuhom milqugħin. B’dan il-​mod, inkunu qed nikkooperaw maʼ Jehovah hekk kif hu jgħaġġel ix-​xogħol taʼ ġbir.​—Is. 60:22.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja