Għanja 225
Nersqu qrib lejn Jehovah
1. Favurek, O Jehovah,
Għalina għożża jġib.
Bħala ulied devoti,
Tiegħek noqogħdu qrib.
Teżor huwa mill-aqwa
Li tagħna int Ħabib.
F’imħabbtek pur; Tħarisna żgur.
Lilna grati se ssib.
2. La int bħala r-Ragħ’j tagħna
Lilna b’Ġesù sejjaħt,
Lid-dinja lkoll warrabna
Għax ruħna int serraħt.
Dnubietna int ħfirtilna;
Int tħenn ferm għall-bnedmin.
Int tagħti s-serħ; Bik niksbu l-ferħ;
Għaliex miegħek qegħdin.
3. Ibnek għallimna dwarek
U tak minn kull tifħir.
Fit-tenerezza w tjieba
Tassew li inti kbir.
Irridu nafuk iktar;
Nersqu qrib iżjed lejk.
Ħabib dejjiem kun int sat-tmiem.
Għinna biex nibqgħu ħdejk.