Għanja 214
Insegwu l-Mogħdija t’Alla għall-Ħajja
1. X’rigal sabiħ, x’għotja l-iktar prezzjuża,
Hi l-ħajja f’Kristu! Nużawha għall-ġid.
Nagħmlu ’l Jehovah stqarrija glorjuża:
Triqtek lilna ġġibilna ferħ skwiżit.
2. Tajjeb Jehovah, minnek aħna nibżgħu.
Għaqal u għerf aħna b’hekk nakkwistaw.
Fil-liġi tiegħek x’gost ħarsitna nitfgħu;
Li fiha nimxu dejjem naċċertaw.
3. Hemm skop f’ħajjitna, w int mimli bil-ħniena.
Permezz t’Ibnek ngħixu ġejna mgħallmin.
Tħobbux id-dinja w ħwejjiġha leqqiena.
Fittxu ferħ aqwa f’li tagħtu ’l xulxin.
4. Għinna f’ħajjitna nwettqu kulm’ għallimtna,
Issa li s-Saltna fuq l-għatba, fil-qrib.
Ħalli ’l ġwejdin jisimgħu fis diskorsna,
Kif qima pura Kristu jerġaʼ jġib.