LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb18 April p. 8
  • L-ippritkar u t-tagħlim—Essenzjali biex nagħmlu dixxipli

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-ippritkar u t-tagħlim—Essenzjali biex nagħmlu dixxipli
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • Materjal Simili
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Ngħinu lil dawk li għandhom “attitudni xierqa” jsiru dixxipli
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • Tistaʼ Tgħallem lin-Nies Isiru Dixxipli?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni
    Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni
  • Il-Ministeru Minn Dar Għal Dar—Għala Importanti Issa?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
mwb18 April p. 8

GĦIX BĦALA KRISTJAN

L-ippritkar u t-tagħlim—Essenzjali biex nagħmlu dixxipli

Ġesù ta l-​kmand lis-​segwaċi tiegħu biex imorru u jagħmlu dixxipli. (Mt 28:19) Dan jinvolvi l-​ippritkar u t-​tagħlim. Minn żmien għal żmien, ilkoll għandna nsaqsu lilna nfusna, ‘Kif nistaʼ ntejjeb dawn l-​aspetti importanti taʼ kif nagħmlu dixxipli?’

L-​IPPRITKAR

Minflok ma nistennew li n-​nies jiġu għandna, aħna għandna nfittxu b’mod żeluż lil dawk li ‘jistħoqqilhom.’ (Mt 10:11) Meta nieħdu sehem fil-​ministeru, noqogħdu aħna attenti li naħtfu l-​opportunitajiet biex nitkellmu maʼ dawk li “jinzertaw hemmhekk”? (At 17:17) Lidja saret dixxiplu minħabba li l-​appostlu Pawlu prietka b’mod diliġenti.—At 16:13-15.

Samuel joffri rivista lil Ezekiel; Solomon u Mary jippritkaw lil Ezekiel u Abigail

“Iżraʼ ż-żerriegħa tiegħek fil-għodu u tħallix idek tistrieħ sa fil-għaxija” (Ek 11:6)

ARA L-​VIDJOW IBQAʼ PPRIETKA “BLA HEDA”—B’MOD INFORMALI U MINN DAR GĦAL DAR, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Fil-​ħajja taʼ kuljum, Samuel kif wera li kien jaħtaf kull opportunità biex jiżraʼ ż-​żerriegħa tal-​verità?

  • Għala m’għandniex naqtgħu qalbna milli nippritkaw b’kull mod?

  • Maʼ min għandek mnejn titkellem dwar il-​messaġġ tas-​Saltna fil-​ħajja taʼ kuljum?

IT-​TAGĦLIM

Sabiex nagħmlu dixxipli, mhuwiex biżżejjed li nħallu l-​letteratura man-​nies. Biex ngħinuhom jagħmlu progress spiritwali, irridu nagħmlu żjajjar lura u nikkonduċu studji tal-​Bibbja. (1Ko 3:6-​9) Imma xi ngħidu jekk nagħmlu l-​almu tagħna biex ngħallmu l-​verità tas-​Saltna lil xi ħadd u xorta ma jkunx hemm riżultati tajbin? (Mt 13:19-​22) Aħna għandna nibqgħu nfittxu lil dawk li qalbhom hi bħal “ħamrija tajba.”—Mt 13:23; At 13:48.

Solomon u Mary qed jagħmlu studju tal-Bibbja maʼ Ezekiel u Abigail; Ezekiel u Abigail qed jieħdu sehem f’għoti taʼ xhieda fil-pubbliku

“Jien ħawwilt, Apollo saqqa, imma Alla baqaʼ jkabbar” (1Ko 3:6)

ARA L-​VIDJOW IBQAʼ PPRIETKA “BLA HEDA”—F’POSTIJIET PUBBLIĊI U AGĦMEL DIXXIPLI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Solomon u Mary, kif saqqew iż-​żerriegħa tal-​verità fil-​qlub taʼ Ezekiel u Abigail?

  • X’għandha tkun il-​mira tagħna f’kull aspett tal-​ministeru, anki meta nagħtu xhieda f’postijiet pubbliċi?

  • Li ngħallmu l-​verità lil oħrajn, kif nistgħu nagħtuh iktar importanza?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja