Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
© 2024 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
22-28 TAʼ LULJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA SALM 66-68
Ġeħova Jġorr it-Toqol Tagħna Kuljum
w10 12/1 23 ¶6
Uri li Jimpurtak minn Ġenituri Single
Ġeħova ispira rġiel biex jiktbu għanjiet, jew salmi, li l-Iżraelin kantaw f’okkażjonijiet taʼ qima. Immaġina kemm ħassewhom inkuraġġiti r-romol u t-tfal bla missier meta kantaw dawn l-għanjiet li fakkruhom li Ġeħova hu “missier” u ‘wieħed li jipproteġihom’ u li kien se jgħinhom.—Salm 68:5; 146:9.
29 TAʼ LULJU–4 T’AWWISSU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA SALM 69
Dak li Għadda Minnu Ġesù Kien Profetizzat f’Salm 69
g95 10/22 31 ¶4
Tistaʼ Tmut Minħabba li Taqsam Qalbek?
Xi wħud jgħidu li Ġesù Kristu miet minħabba li qasam qalbu, bħalma qalet il-profezija: “It-tgħajjir qasamli qalbi, u l-ferita ma tistax tfiq.” (Salm 69:20) Dan il-kliem għandna nifhmuh b’mod letterali? Jistaʼ jkun, għax Ġesù ħass uġigħ kbir fis-sigħat qabel miet, kemm fiżikament u kemm emozzjonalment. (Mattew 27:46; Luqa 22:44; Ebrej 5:7) Apparti minn hekk, qalb maqsuma tistaʼ tkun ir-raġuni għala meta daħħlu l-lanza f’ġenb Ġesù ħareġ “demm u ilma.” Meta l-qalb tinqasam jew vina prinċipali tinqataʼ . . . dan iwassal biex joħroġ dak li jidher qisu “demm u ilma.”—Ġwanni 19:34.
it-2 650
Pjanta Velenuża
Il-Bibbja bassret li l-Messija kien se jingħata “pjanta velenuża.” (Sa 69:21, ntt.) Dan ġara meta lil Ġesù offrewlu nbid imħallat b’xi ħaġa morra, li x’aktarx tawhulu biex itaffulu l-uġigħ, qabel ma nifduh bil-lanza. Imma wara li Ġesù daqu, ma riedx jixorbu. Meta Mattew kiteb kif twettqet il-profezija (Mt 27:34), hu uża l-kelma Griega kho·leʹ (ħaġa morra), l-istess kelma li nsibu f’Salm 69:21 fis-Settanta Griega. Però, l-evanġelju taʼ Marku jsemmi l-mirra. (Mk 15:23) Dan jistaʼ jfisser li l-“pjanta velenuża” jew il-“ħaġa morra” kienet “mirra.” Jistaʼ jkun ukoll li dak li tawh jixrob kellu kemm xi ħaġa morra u kemm mirra.
5-11 T’AWWISSU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA SALM 70-72
Ġawhar Spiritwali
it-1 768
Ewfrat
It-Territorju tal-Iżraelin. Alla wiegħed lil Abraham li se jagħti lid-dixxendenti tiegħu l-art “mix-xmara tal-Eġittu sax-xmara l-kbira, ix-Xmara Ewfrat.” (Ġen 15:18) Din il-profezija twettqet waqt li r-Re Salamun kien qed imexxi u t-territorju t’Iżrael kiber.
26 T’AWWISSU–1 TAʼ SETTEMBRU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA SALM 78
L-Iżraelin Ma Baqgħux Leali—Twissija Għalina
w96 12/1 29-30
“Ftakru fiż-Żmien taʼ Qabel”—Għala?
B’dispjaċir, l-Iżraelin kemm-il darba nsew x’kien għamel għalihom Ġeħova. Salm 78:41, 42 jgħid: “Għal darba wara l-oħra, huma għaddew lil Alla minn prova, u weġġgħu lill-Qaddis t’Iżrael. Huma ma ftakrux fil-qawwa li għandu, nesew il-ġurnata li salvahom mill-għadu.” Maż-żmien, minħabba li baqgħu jinsew il-kmandamenti taʼ Ġeħova, hu ma baqax iqishom bħala l-poplu tiegħu.—Mattew 21:42, 43.
Is-salmista kien eżempju tajjeb għax hu kiteb: “Jien se niftakar dak li għamilt int, Jah; jien se niftakar l-affarijiet mill-isbaħ li għamilt int żmien twil ilu. Se nimmedita fuq dak kollu li għamilt, u naħseb dwar xogħol idejk.” (Salm 77:11, 12) Meta niftakru x’għamilna għal Ġeħova fil-passat u kemm hu għenna se nħossuna inkuraġġiti u se jgħinna napprezzaw dak li jagħmel għalina. Ukoll, li ‘niftakru fiż-żmien taʼ qabel’ se jgħinna meta nħossuna għajjenin u se jagħtina s-saħħa biex nibqgħu nagħmlu l-aħjar li nistgħu u nissaportu.