LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwbr24 Settembru pp. 1-2
  • Referenzi għall-“Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Referenzi għall-“Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna”
  • Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna—2024
  • Sottitli
  • 2-8 TAʼ SETTEMBRU
  • 9-15 TAʼ SETTEMBRU
  • 16-22 TAʼ SETTEMBRU
  • 14-20 T’OTTUBRU
  • 21-27 T’OTTUBRU
Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna—2024
mwbr24 Settembru pp. 1-2

Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna

© 2024 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania

2-8 TAʼ SETTEMBRU

Ġawhar Spiritwali

it-2 111

Ġużeppi

L-Isem taʼ Ġużeppi Kien Importanti. Minħabba l-pożizzjoni importanti li Ġużeppi kellu fost it-tfal taʼ Ġakobb, ismu xi kultant kien jintuża biex jirreferi għat-tribujiet kollha taʼ Iżrael (Sa 80:1) jew għal dawk li iktar tard saru l-għaxar tribujiet taʼ Iżrael.—Sa 78:67; Għm 5:6, 15; 6:6.

9-15 TAʼ SETTEMBRU

Ġawhar Spiritwali

it-1 816

L-Orfni

Peress li fi żmien l-Iżraelin kien faċli li l-orfni jintesew, Ġeħova setaʼ jara jekk il-poplu tiegħu kienx spiritwali mill-mod kif kienu jittrattawhom. (Sa 82:3; 94:6; Is 1:17, 23; Ġer 7:5-7; 22:3; Eże 22:7; Ża 7:9-11; Mal 3:5) Ġeħova kien jisħet lil dawk li ma kinux jittrattaw sew lill-orfni. (Dt 27:19; Is 10:1, 2) Ġeħova jgħid li hu “Dak li Jaqbeż Għalihom” (Pr 23:10, 11), jgħinhom (Sa 10:14), u hu bħal missier għalihom. (Sa 68:5) Hu jara li ssir ġustizzja magħhom (Dt 10:17, 18), jurihom ħniena (Ħo 14:3), jappoġġahom (Sa 146:9), u jżommhom ħajjin.—Ġer 49:11.

Waħda mill-affarijiet li turi min huma l-Kristjani veri hi li jieħdu ħsieb lill-orfni u lir-romol. Ġakbu kiteb hekk lill-Kristjani: “Il-qima li hi nadifa u bla tinġis mill-ħarsa t’Alla tagħna u Missierna hi din: li tieħu ħsieb l-iltiema [jiġifieri, l-orfni] u r-romol fit-tribulazzjoni tagħhom, u li żżomm ruħek mingħajr tebgħa mid-dinja.”—Ġk 1:27.

16-22 TAʼ SETTEMBRU

Ġawhar Spiritwali

it-1 1058 ¶5

Qalb

Aqdi lil Alla ‘b’qalbek kollha.’ Biex qalb letterali taħdem sew ma tistax tkun maqsuma, imma qalb spiritwali tistaʼ tkun maqsuma. Hu għalhekk li David talab: “Għinni nirrispetta lil ismek b’qalbi kollha,” għax xi ħadd jistaʼ ma jaqdix lil Alla b’qalb sħiħa minħabba x-xewqat jew il-beżgħat tiegħu. (Sa 86:11) Din il-persuna tistaʼ anki titlef iż-żelu tagħha u taqdi lil Alla ‘b’nofs qalb.’ (Sa 119:113, ntt.; Ri 3:16) Xi ħadd jistaʼ anki jkollu “qalb doppja” billi jipprova jaqdi żewġ sidien, jew jgħid mod u jaħseb mod ieħor. (1Kr 12:33; Sa 12:2, ntt.) Fil-fatt, Ġesù qal li nies bħal dawn huma ipokriti.—Mt 15:7, 8.

14-20 T’OTTUBRU

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA SALMI 96-99

“Xandru l-Aħbar Tajba”!

w11 3/1 6 ¶1-2

X’Inhi l-Aħbar Tajba?

Il-Kristjani jippritkaw “l-aħbar tajba tas-Saltna” billi jgħidu lin-nies li s-Saltna t’Alla se tmexxi fuq l-art fil-futur. Però, l-espressjoni “aħbar tajba” tintuża b’modi oħra fil-Bibbja. Pereżempju, insibu “l-aħbar tajba dwar kif isalva lin-nies” (Salm 96:2) u “l-aħbar tajba dwar Ġesù Kristu.”—Marku 1:1.

Fi kliem sempliċi, l-aħbar tajba tinkludi l-veritajiet kollha li Ġesù tkellem dwarhom u li qegħdin fil-Bibbja. Qabel ma Ġesù telaʼ s-sema, hu qal lid-dixxipli: “Morru u għallmu n-nies mill-popli kollha biex isiru dixxipli tiegħi u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-ispirtu qaddis. U għallmuhom jobdu dak kollu li kkmandajtkom.” (Mattew 28:19, 20) Għalhekk, ix-xogħol tal-Kristjani veri mhuwiex biss li jgħidu lill-oħrajn dwar is-Saltna, imma wkoll iridu jaħdmu iebes biex jagħmlu dixxipli.

Ġawhar Spiritwali

it-2 994

Għanja

L-espressjoni “għanja ġdida” ma tidhirx biss fis-Salmi imma tidher ukoll fil-kotba li kitbu Isaija u l-appostlu Ġwanni. (Sa 33:3; 40:3; 96:1; 98:1; 144:9; 149:1; Is 42:10; Ri 5:9; 14:3) Ħafna drabi l-kuntest tal-espressjoni “għanja ġdida” juri li kien hemm żvilupp ġdid fil-mod kif Ġeħova jmexxi.

21-27 T’OTTUBRU

Ġawhar Spiritwali

it-2 596

Il-Pellikan

Spiss, meta l-pellikan jiekol ħafna ikel itir lejn post biex joqgħod waħdu. Hu jdaħħal rasu bejn ġwinħajh u jagħmel sigħat twal ma jiċċaqlaqx minħabba li jkun imdejjaq. Dan l-għasfur kbir jippreferi postijiet fejn ma jkunx hemm nies. Hu għalhekk li meta s-salmista kien imdejjaq qabbel il-mod kif kien qed iħossu mal-pellikan. Fil-fatt hu kiteb: “Jien waħdi bħall-pellikan tad-deżert.” (Sa 102:6) Hawnhekk “deżert” tistaʼ tirreferi għal post fejn ma jgħixux nies u mhux bilfors għal deżert letterali.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja