STUDJU 11
Entużjażmu
Rumani 12:11
X’GĦANDEK TAGĦMEL: Ħeġġeġ lis-semmiegħa tiegħek billi titkellem b’żelu.
KIF TAGĦMEL DAN:
Ħalli l-materjal jaffettwa l-ewwel lil qalbek. Hekk kif tipprepara biex tagħti taħdita, aħseb fil-fond dwar l-importanza tal-messaġġ tiegħek. Sir af il-materjal tiegħek sew biex tkun tistaʼ tesprimi lilek innifsek mill-qalb.
Aħseb dwar is-semmiegħa tiegħek. Immedita dwar kif l-informazzjoni li se taqra jew tgħallem se tkun taʼ benefiċċju għal oħrajn. Ikkunsidra modi kif tippreżenta din l-informazzjoni biex is-semmiegħa tiegħek jaraw ċar kif jistgħu jibbenefikaw minnha.
Agħti l-ħajja lit-taħdita tiegħek. Tkellem b’żelu. Uża ġesti naturali u espressjonijiet tal-wiċċ sinċieri biex turi dak li qed tħoss int.