Introduzzjoni għal sezzjoni 8
Ġeħova bierek lil Salamun b’ħafna għerf u tah il-privileġġ li jibni t-tempju, imma hu bil-mod il-mod telaq lil Ġeħova. Jekk int ġenitur, għin lil bintek jew lil ibnek jifhem kif nies li kienu jqimu allat foloz wasslu lil Salamun biex jitbiegħed minn Alla. It-tmexxija tal-pajjiż inqasmet, u slaten ħżiena wasslu lill-poplu biex jaqaʼ fl-apostasija u jqim l-idoli. F’dan iż-żmien, ħafna profeti leali taʼ Ġeħova kienu ppersegwitati u maqtula. Is-Sultana Ġeżabel daħħlet is-saltna tat-Tramuntana f’iktar apostasija. Kien żmien diffiċli fl-istorja taʼ Iżrael. Imma xorta waħda kien baqaʼ qaddejja leali taʼ Ġeħova fost l-Iżraelin, bħas-Sultan Ġeħosafat u l-profeta Elija.