GĦANJA 45
Il-meditazzjoni taʼ qalbi
Edizzjoni Stampata 
	- 1. Ħa jkun kull ħsieb fil-fond tal-qalb, - Fuqiex nimmedita mal-jum, - Pjaċevoli għalik, Mulej; - Fi triqtek b’hekk jien sod inkun. - Jekk moħħi jkun mifni bl-inkwiet - U l-lejl ma jġib ebda mistrieħ, - Imbagħ’d nimmedita fil-pront - Fuqek u fuq is-sew bis-sħiħ. 
- 2. Jekk ħsiebi pur u veru jkun; - Jekk naħseb f’dak li hu virtù - U f’kulma fama tajba jġib— - Bil-paċi żgur din qalbi tfur. - Prezzjużi ħsibijietek ferm! - O Alla, l-għadd tagħhom tant kbir. - Għalhekk, nimmedita mill-qalb; - Bi kliemek medhi jien insir. 
(Ara wkoll Salm 49:3; 63:6; 139:17, 23; Flp. 4:7, 8; 1 Tim. 4:15.)