LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • be p. 9-p. 12 para. 3
  • Sib l-Għaxqa Tiegħek fil-Kelma taʼ Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Sib l-Għaxqa Tiegħek fil-Kelma taʼ Alla
  • Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ismaʼ Hekk Kif Jitkellem Ġeħova
  • Aqra l-​Bibbja Kuljum
  • Aqra l-​Kelma taʼ Alla Kollha Kemm Hi
  • Nibbenefikaw mill-Qari taʼ Kuljum tal-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Agħmel Ħiltek fil-Qari
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Il-Qari tal-Bibbja—Taʼ Siwi u Pjaċevoli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Kif Se Tibbenefika l-Iżjed Meta Taqra l-Bibbja?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
be p. 9-p. 12 para. 3

Sib l-​Għaxqa Tiegħek fil-​Kelma taʼ Alla

HIENI l-​bniedem li “l-​għaxqa tiegħu hi fil-​Liġi taʼ Ġeħova.” Bniedem bħal dan jaqra l-​Kelma taʼ Alla ‘lejl u nhar u jimmeditaʼ fuqha. (Salm 1:1, 2) Titgħaxxaq int b’dan? Kif tistaʼ żżid il-​ferħ li ġġiblek il-​Kelma taʼ Alla?

Ismaʼ Hekk Kif Jitkellem Ġeħova

Taqrax sempliċement kliem. Ġib quddiem għajnejk is-​sitwazzjonijiet li taqra dwarhom. Immaġina l-​ilħna taʼ dawk li jkunu kwotati. Int u taqra l-​kapitli tal-​ftuħ tal-​Bibbja, ismaʼ lil Ġeħova nnifsu jikxef pass pass dak li jsir biex l-​art tkun adattata għall-​bniedem. Ismaʼ hekk kif jgħid lil Ibnu, il-​Ħaddiem tas-​Sengħa, li wasal il-​waqt li joħolqu l-​ewwel bnedmin. Immaġina x-​xena: Adam u Eva jirribellaw, Alla jiġġudikahom u, wara dan, hu jkeċċihom mill-​Ġenna tal-​art. (Ġenesi, kap. 1-​3) Ħoss sens taʼ stagħġib int u taqra li leħen mis-​sema jidentifika lil Ġesù Kristu bħala l-​Iben taʼ Alla, il-​maħbub, il-​wieħed mibgħut minn Alla biex jagħti ħajtu għall-​umanità. (Mt. 3:16, 17) Ipprova immaġina r-​reazzjoni tal-​appostlu Ġwanni meta jismaʼ lil Ġeħova jiddikjara: “Ara! Qed nagħmel kollox ġdid.” (Riv. 21:5) Tabilħaqq, il-​qari tal-​Kelma taʼ Alla b’dan il-​mod hu tassew esperjenza pjaċevoli!

Kompli aqra r-​rakkont ispirat, u ssir taf lil Ġeħova bħala persuna maestuża u li tqanqal riverenza profonda. Se tħossok tassew miġbud lejn dan il-​Wieħed li jħobbna, jittrattana bi ħniena, jgħinna jekk b’umiltà nibqgħu nipprovaw nagħmlu r-​rieda tiegħu, u jurina kif nirnexxu f’kulma nagħmlu.—Ġoż. 1:8; Salm 8:1; Is. 41:10.

Iktar ma tqattaʼ ħin taqra l-​Bibbja, iktar se tħossok sodisfatt hekk kif tikber fl-​għarfien dwar ir-​rieda taʼ Alla għalik. Imma l-​għaxqa tiegħek mhix se tieqaf hemm. Meta l-​qari tiegħek jipprovdilek l-​għajnuna li jkollok bżonn biex tkampa mal-​problemi b’mod għaqli, int se tħossok bħas-​salmista li qal: “It-​tfakkiriet tiegħek huma taʼ l-​għaġeb. Għalhekk ħarsithom ruħi.” (Salm 119:129) Int ukoll se tifraħ meta tagħraf mill-​Iskrittura prinċipji li jgħinuk tifforma l-​ħsibijiet u x-​xewqat tiegħek b’mod li jogħġob lil Alla.—Is. 55:8, 9.

Il-​Bibbja tipprovdi gwida morali li tipproteġina mill-​ħsara u turina t-​triq it-​tajba. Aħna u naqrawha nħossu li Ġeħova hu Missier li jaf liema problemi jirriżultaw meta nċedu għax-​xewqat imperfetti tal-​laħam. Hu ma jridniex inbatu l-​konsegwenzi tassew koroh li żgur se nġarrbu jekk minn jeddna ma nimxux mal-​livelli morali għoljin tiegħu. Hu jimpurtah minna u jridna ngawdu l-​aħjar ħajja possibbli. Meta naqraw il-​Kelma tiegħu niġu megħjunin napprezzaw iktar bis-​sħiħ x’barka għandna li hu Alla tagħna u Missierna tas-​sema.

Aqra l-​Bibbja Kuljum

Dwar il-​bniedem li jaqra l-​Kelma taʼ Alla kuljum, is-​salmista qal: “Jirnexxi f’kulma jagħmel.” (Salm 1:3) Iva, minkejja l-​imperfezzjonijiet tagħna, minkejja li qed ngħixu fis-​sistema mill-​agħar taʼ Satana, u minkejja l-​isforzi tax-​Xitan biex jiblagħna, jekk naqraw u napplikaw regolarment dak li nsibu fil-​Kelma taʼ Alla se nkunu nistgħu nirnexxu f’dak kollu li jinvolvi r-​relazzjoni tagħna maʼ Ġeħova.

Ladarba ninsabu taħt pressjoni minħabba din is-​sistema qadima, aħna nistgħu niksbu s-​saħħa meta nitimgħu lilna nfusna bil-​ħsibijiet tal-​Ħallieq anki għal ftit mumenti prezzjużi kuljum. Xi wħud li ntefgħu l-​ħabs minħabba l-​fidi tagħhom setgħu jiksbu biss ftit versi ’l hemm u ’l hawn li sabu kwotati f’artikli tal-​gazzetta. Huma kienu jqasqsuhom, jitgħallmuhom bl-​amment, u jimmeditaw fuqhom. Ġeħova bierek l-​isforzi tagħhom għaliex għamlu dak li ppermettewlhom iċ-​ċirkustanzi biex jieħdu għarfien mill-​Kelma taʼ Alla. (Mt. 5:3) Però, ħafna minna għandna ferm iktar libertà minn dawn l-​uħud. M’għandniex nikkonkludu li jekk naqraw vers Bibliku malajr darba kuljum, dan fih innifsu se jkollu xi effett mirakoluż. Madankollu, se niġu mberkin jekk naġġustaw il-​prijoritajiet tagħna biex naqraw silta mill-​Bibbja kuljum, naħsbu dwar dak li naqraw, u napplikawh f’ħajjitna.

M’għandniex xi ngħidu, anki l-​aqwa pjanijiet tagħna jistgħu jiġu mfixklin. Meta jiġri hekk, aħna nagħtu prijorità lill-​affarijiet li huma l-​iktar importanti. Pereżempju, mhux se nagħmlu ġurnata jew tnejn mingħajr ma nixorbu ilma apposta. Għaldaqstant, jiġri x’jiġri fil-​ħajja tagħna taʼ kuljum, għandna nieħdu ftit ħin biex niffriskaw lilna nfusna bl-​ilmijiet tal-​verità.—Atti 17:11.

Aqra l-​Kelma taʼ Alla Kollha Kemm Hi

Qrajtha kollha personalment il-​Bibbja? Xi wħud ħassew li l-​prospett li jaqraw mill-​Ġenesi sar-​Rivelazzjoni huwa biċċa xogħol kbira wisq. Għalhekk, ħafna li riedu jaqraw il-​Bibbja kollha bdew billi l-​ewwel qraw l-​Iskrittura Griega Kristjana. Għala? Forsi minħabba li setgħu jaraw iktar faċilment kif dawn il-​kotba Bibliċi japplikaw għalihom bħala individwi li qed jipprovaw jimxu fil-​passi taʼ Kristu. Jew forsi kien minħabba li l-​Iskrittura Griega Kristjana ma jidhirx li fiha ħafna x’taqra—ftit iktar minn kwart biss tal-​Bibbja. Imma wara li spiċċaw jaqraw dawk is-​27 ktieb, huma daru għad-​39 ktieb tal-​Iskrittura Ebrajka u bdew jaqrawhom u jieħdu pjaċir jagħmlu dan. Sakemm spiċċaw l-​Iskrittura Ebrajka, huma daħlu f’rutina taʼ qari tal-​Bibbja regulari, u mbagħad komplew, qraw l-​Iskrittura Griega Kristjana għat-​tieni darba, u ma waqfux jaqraw il-​Bibbja. Jalla int ukoll tiħodha drawwa li tul ħajtek kollha taqra l-​Kelma taʼ Alla kuljum.

Hemm xi ħadd fil-​familja jew fil-​kongregazzjoni tiegħek li ma jistax jaqra? Għala ma toffrix li taqra l-​Bibbja regolarment lil dan l-​individwu? Se tibbenefika int u anki hu hekk kif jimmedita fuq dak li jismaʼ u mbagħad japplikah f’ħajtu.—Riv. 1:3.

Maż-​żmien, forsi tkun trid tibda proġetti speċjali marbutin mal-​qari tiegħek tal-​Bibbja. Xi wħud minn dawn jistgħu jkabbru l-​fehma tiegħek dwar kif diversi partijiet tal-​Bibbja huma marbutin flimkien. Jekk il-​Bibbja tiegħek għandha r-​referenzi marġinali, dawn jistgħu jidderiġuk lejn dettalji storiċi u rakkonti relatati. Jistgħu jgħinuk tifhem iċ-​ċirkustanzi li wasslu biex jinkitbu diversi salmi kif ukoll ittri miktubin mill-​appostli taʼ Ġesù Kristu. Il-​ktieb Insight on the Scriptures jipprovdi abbundanza taʼ informazzjoni dwar in-​nies, il-​postijiet, u l-​kwalitajiet imsemmijin fil-​Bibbja. It-​tabelli jiġbdulna l-​attenzjoni lejn it-​twettiq tal-​profeziji Bibliċi, juru liema slaten u profeti kienu jgħixu fl-​istess żmien taʼ xulxin, u jagħtuna dati taʼ meta seħħew bejn wieħed u ieħor ħafna ġrajjiet Bibliċi.

Int u timmedita fuq dak li titgħallem, se tifhem ir-​raġunijiet għala żviluppaw ċerti kundizzjonijiet fost il-​poplu taʼ Alla. Se tiskopri wkoll għala Ġeħova ttratta lill-​poplu tiegħu kif ittrattah. Se tara kif Ġeħova jqis dak li jagħmlu l-​gvernijiet, il-​popli, u l-​individwi. Dan se jgħinek tifhem aħjar kif jaħsibha hu.

L-​istorja tal-​Bibbja se ssir iktar interessanti għalik meta timmaġina r-​reġjun li fih seħħew il-​ġrajjiet. Il-​mapep tal-​artijiet tal-​Bibbja juruk kif kienet l-​art kif ukoll id-​distanzi bejn il-​postijiet. Pereżempju, bejn wieħed u ieħor l-​Israelin minn fejn qasmuh il-​Baħar l-​Aħmar? Kemm kienet kbira l-​Art Imwiegħda? Ġesù kemm mexa ’l bogħod meta kien qed iwettaq il-​ministeru tiegħu fuq l-​art? Pawlu liema postijiet ra matul il-​vjaġġi missjunarji tiegħu? Il-​mapep u d-​deskrizzjonijiet ġeografiċi jagħtu dettalji li jagħmlu l-​qari tiegħek wieħed ħaj. Fejn tistaʼ ssib mapep tal-​artijiet Bibliċi? Il-​pubblikazzjoni “See the Good Land” fiha ħafna mapep. Xi mapep oħrajn jinsabu fit-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Mqaddsa. Il-​volumi tal-​Insight fihom xi 70 mappa, u fi tmiem l-​ewwel volum hemm indiċi tal-​mapep. Uża l-​Watch Tower Publications Index biex tara fejn tistaʼ ssib mapep oħrajn. Jekk xi wħud minn dawn ir-​riżorsi mhumiex disponibbli b’lingwa li tifhimha, uża l-​mapep stampati fit-​Torri tal-​Għassa biex jgħinuk fil-​qari tiegħek tal-​Bibbja.

Fl-​Iskrittura Ebrajka, is-​Sultan David faħħar lil Ġeħova billi qal: “Kemm huma prezzjużi għalija ħsibijietek! O Alla, kemm hu kbir l-​għadd kollu tagħhom!” (Salm 139:17) Fl-​Iskrittura Griega Kristjana, l-​appostlu Pawlu faħħar lil Ġeħova minħabba li Hu “idda fi qlubna biex idawwalhom bl-​għarfien glorjuż dwar Alla permezz taʼ wiċċ Kristu.” (2 Kor. 4:6) David għex ħafna sekli qabel Pawlu; madankollu, it-​tnejn li huma kienu jitgħaxxqu bil-​Kelma taʼ Alla. L-​istess tistaʼ tagħmel int jekk twarrab il-​ħin biex taqra dak kollu li tak Ġeħova fil-​paġni tal-​Kelma ispirata tiegħu.

KIF JIRNEXXILEK TAQRA L-​BIBBJA KULJUM

Parti ewlenija mill-​edukazzjoni li toffri l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku tiffoka fuq il-​programm tal-​qari tal-​Bibbja. Inħeġġuk tieħu sehem fih.

Porzjon żgħir mill-​Bibbja jkun fl-​iskeda għall-​qari persunali u għal diskussjoni fl-​iskola kull ġimgħa. Bil-​mod il-​mod, dan se jgħinek taqra l-​Bibbja kollha kemm hi.

Sabiex jirnexxilek tagħmel il-​qari tal-​Bibbja parti minn ħajtek, warrab ħin regulari għalih—forsi kmieni filgħodu, f’nofsinhar, qabel l-​ikla taʼ filgħaxija, jew qabel tidħol torqod. Il-​qari tal-​Bibbja mhux se jkun regulari jekk taqra biċċa ’l hawn u ’l hemm matul il-​jum meta jinzerta jkollok ftit ħin.

Jekk int kap taʼ familja, uri interess persunali billi tgħin lill-​membri tal-​familja jiżviluppaw rutina tajba. Jekk tagħmlu xi tip taʼ qari tal-​Bibbja bħala familja għandu mnejn li xi membri tal-​familja jiġu inkuraġġiti jibdew jaqraw il-​Bibbja kuljum personalment.

Il-​qari tal-​Bibbja kuljum jeħtieġ dixxiplina fuqek innifsek. Ma twilidtx bix-​xewqa li tagħmlu. Għandek bżonn “tifforma xenqa” għall-​Kelma taʼ Alla. (1 Pt. 2:2) Hekk kif tikkultiva d-​drawwa, l-​aptit spiritwali tiegħek se jiżdied. Imbagħad tistaʼ ssib li tkun trid tkabbar il-​qasam tal-​istudju tiegħek billi tibda proġetti speċjali tal-​qari u l-​istudju tal-​Bibbja biex iżżid il-​fehma u l-​apprezzament tiegħek għall-​għana spiritwali li Ġeħova għamel disponibbli għalina.

Meta tagħmel il-​qari tiegħek tal-​Bibbja, ħu l-​ħin biex timmedita fuq it-​tifsir taʼ dak li taqra—x’jgħidlek dwar Ġeħova, kif jistaʼ jinfluwenzalek ħajtek għall-​aħjar, u kif tistaʼ tużah biex tgħin lil oħrajn.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja