LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 4/8 p. 3
  • Dinja bil-Vizzju tat-Tipjip

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dinja bil-Vizzju tat-Tipjip
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • Għala Tieqaf Tpejjep?
    Stenbaħ!—2000
  • It-tipjip—Kif iqisu Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • “Int Tistaʼ Taqtgħu ​—Aħna Rnexxielna!”
    Stenbaħ!—1998
Stenbaħ!—2000
g00 4/8 p. 3

Dinja bil-​Vizzju tat-​Tipjip

BILL kien raġel qalbu tajba, raġel intelliġenti, raġel b’saħħtu. Kien iħobb il-​familja. Iżda t’età żgħira qabad ipejjep. Meta kiber sar jobogħdu dan il-​vizzju. Saħansitra waqt li kien ikun qed ipejjep, kien iwissi bil-​ħeġġa lil uliedu biex ma jpejpux, u kien jgħidilhom kemm hu stupidu min ipejjep. Xi drabi kien jgħaffeġ pakkett sigaretti f’idu b’kemm kellu saħħa u jixħtu għan-​naħa l-​oħra tal-​kamra, waqt li jaħlef li ma kienx se jpejjep iktar. Iżda malajr kien jerġaʼ jaqaʼ għat-​tipjip—l-​ewwel baxx baxx, imbagħad bil-​miftuħ.

Bill miet b’kanċer 15-il sena ilu, wara xhur sħaħ taʼ wġigħ terribbli. Kieku ma kienx ipejjep, forsi kien ikun għadu ħaj illum. Kieku martu għad għandha raġel; kieku wliedu għad għandhom missier.

Il-mewt taʼ Bill, għalkemm kienet tant traġika għall-​familja tiegħu, m’hijiex unika. Skond l-​Organizzazzjoni Dinjija tas-​Saħħa (World Health Organization [WHO]), mard konness mat-​tabakk joqtol madwar erbaʼ miljun ruħ kull sena, jew bniedem wieħed kull tmien sekondi. L-​użu tat-​tabakk huwa l-​kaġun ewlieni tal-​mard fid-​dinja kollha, mard li jistaʼ jiġi evitat. Jekk nibqgħu sejrin hekk, fi żmien 20 sena t-​tipjip se jkun fuqnett fil-​lista t’affarijiet li jikkaġunaw il-​mewt u d-​diżabilità. Se jkun qed joqtol iktar nies mill-​AIDS, mit-​tuberkulosi, mill-​imwiet konnessi mat-​tqala, mill-​inċidenti tat-​traffiku, mis-​suwiċidji, u mill-​omiċidji kollha f’daqqa.

Is-sigaretti joqtlu. Imma dawk li jpejpuhom issibhom maʼ kullimkien. Mad-​dinja kollha, hemm minn taʼ l-​inqas 1.1 elf miljun ruħ li jpejpu, tiddikjara l-​WHO. Bejn wieħed u ieħor dan ifisser terz tan-​nies adulti fid-​dinja.

Xi analisti jikkalkulaw li, filwaqt li l-​kumpaniji tat-​tabakk bħalissa qed ikollhom iħallsu mijiet taʼ miljuni taʼ liri minħabba l-​kawżi li qed jinġiebu kontrihom fil-​qorti, dan l-​ammont huwa ftit meta tqabblu maʼ l-​eluf taʼ miljuni kbar taʼ liri li jaqilgħu. Fl-​Istati Uniti biss, huwa stmat li jiġu prodotti maʼ l-​elf u nofs miljun sigarett f’fabbriki tat-​tabakk kuljum. Mad-​dinja kollha, il-​kumpaniji tat-​tabakk u l-​monopolji tal-​gvern ibigħu iktar minn ħames triljun (5,000,000,000,000) sigarett kull sena!

Ħafna nies għala xorta jibqgħu b’dan il-​vizzju hekk qattiel? Jekk int tpejjep, kif tistaʼ tieqaf? Dawn il-​mistoqsijiet se jiġu mweġbin fl-​artikli li jmiss.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja